|
31.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 26/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/148
tas-27 ta' Settembru 2017
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3), 10(5) u 17(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“SĠP”). |
|
(2) |
Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jipprevedu rispettivament li, pajjiż li jkun ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju superjuri għal tliet snin konsekuttivi, jew pajjiż li jibbenefika minn arranġament ta' aċċess preferenzjali għas-suq li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu,jenħtieġ li ma jibbenefikax mill-SĠP. |
|
(3) |
Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, hija stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jipprevedi li l-Anness II għandu jiġi rieżaminat sal-1 ta' Jannar ta' kull sena. Ir-rieżami jenħtieġ li jikkunsidra l-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, tal-iżvilupp jew kummerċjali tal-pajjiżi benefiċjarji meta mqabblin mal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 4. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, hemm bżonn li jingħata żmien biżżejjed biex pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-istatus rivedut tal-pajjiż fir-rigward tal-SĠP. Għalhekk, l-arranġament tal-SĠP ikompli għal sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' bidla fl-istatus ta' pajjiż kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) u għal sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b). |
|
(5) |
Il-Paragwaj ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju superjuri fl-2015, l-2016 u l-2017. Għaldaqstant, il-Paragwaj ma għadux jikkwalifika għal status ta' pajjiż benefiċjarju tal-SĠP skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness II ta' dak ir-Regolament, b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. |
|
(6) |
Arranġamenti ta' aċċess preferenzjali għas-suq bdew japplikaw għall-Côte d'Ivoire fit-3 ta' Settembru 2016, għas-Sważiland fl-10 ta' Ottubru 2016 u għall-Ghana fil-15 ta' Diċembru 2016. Għalhekk, skont l-Artikolu 4(1)(b), il-Côte d'Ivoire, is-Swaziland u l-Ghana jenħtieġ li jitneħħew ukoll mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. |
|
(7) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta' eliġibilità għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament speċjali dwar l-inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba (“SĠP+”) lil pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP. Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP+ hija stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012. |
|
(8) |
Bħala konsegwenza tal-fatt li ma jibqax pajjiż benefiċjarju tal-SĠP b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2019, il-Paragwaj lanqas ma jibqa' benefiċjarju tal-SĠP+ skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012. Il-Paragwaj jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness III ta' dak ir-Regolament b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. |
|
(9) |
L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistipula li pajjiż, li jkun identifikat min-Nazzjonijiet Uniti bħala pajjiż l-anqas żviluppat jenħtieġ li jibbenefika mill-preferenzi tariffarji taħt l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (EBA — Kollox Barra l-Armi). Il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji EBA hija stabbilita fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament. |
|
(10) |
In-NU neħħew lill-Guinea Ekwatorjali mill--kategorija ta' pajjiż l-inqas żviluppat fl-4 ta' Ġunju 2017. Għaldaqstant, il-Guinea Ekwatorjali ma għadhiex tikkwalifika għal status ta' benefiċjarju EBA skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u jenħtieġ li titneħħa mill-Anness IV ta' dak ir-Regolament. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, it-tneħħija tal-Guinea Ekwatorjali mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-EBA jenħtieġ li tapplika wara perjodu ta' tranżizzjoni ta' tliet snin mid-data li fiha r-Regolament jidħol fis-seħħ, jiġifieri l-1 ta' Jannar 2021. |
|
(11) |
Barra minn hekk, il-Guinea Ekwatorjali ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż ta' dħul għoli fl-2015 u bħala pajjiż bi dħul medju superjuri fl-2016 u l-2017. Għaldaqstant, il-Guinea Ekwatorjali ma għadhiex tikkwalifika għal status ta' pajjiż benefiċjarju tal-SĠP skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 u jenħtieġ li titneħħa mill-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament (UE) Nru 978/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kodiċi alfabetiċi u l-pajjiżi korrispondenti li jmiss jiġu mħassra mill-kolonni A u B, rispettivament:
|
|
(2) |
Fl-Anness III, il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti li ġejjin jitħassru mill-kolonni A u B, rispettivament:
|
|
(3) |
Fl-Annessi II u IV, il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti li ġejjin jitħassaru mill-kolonni A u B, rispettivament:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.
L-Artikolu 1(1) u (2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019.
L-Artikolu 1(3) għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER