30.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/137

tad-29 ta' Jannar 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Fuq il-bażi ta' rieżami tal-lista fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, jenħtieġ li tiġi emendata l-entrata għal persuna waħda.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)   ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrata għall-persuna li ġejja li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

“5

Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI

Tuneżin, twieled f'Tuneż fit-2 ta' Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tal-NIC Nru 04682068

Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi Tuneżini minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika, l-ex President Ben Ali, bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u għal kompliċità fir-reat ta' riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta' fondi pubbliċi li kien jaf li ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta' membri tal-familja tiegħu.”