23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/98

tat-22 ta' Jannar 2018

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tas-sorbat tal-kalċju (E 203)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel li huma elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Is-sorbat tal-kalċju (E 203) huwa sustanza awtorizzata bħala preservattiv f'diversità ta' ikel, kif ukoll fil-preparazzjonijiet tal-kulur tal-ikel u fl-aromatizzanti tal-ikel, b'konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(5)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula li l-addittivi tal-ikel kollha li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta' Jannar 2009 huma soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(6)

Għal dak l-għan, programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (3). Skont ir-Regolament (UE) Nru 257/2010, ir-rivalutazzjoni tal-preżervattivi kellha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2015.

(7)

Fit-30 ta' Ġunju 2015, l-Awtorità ppreżentat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-aċidu sorbiku (E 200), tas-sorbat tal-potassju (E 202) u tas-sorbat tal-kalċju (E 203) bħala addittivi tal-ikel (4). L-opinjoni ddikjarat li kien hemm nuqqas ta' dejta dwar il-ġenotossiċità tas-sorbat tal-kalċju. B'konsegwenza ta' dan, l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma li s-sorbat tal-kalċju huwa sikur bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li jenħtieġ li jiġi eskluż mill-grupp tad-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum iddefinit għall-aċidu sorbiku (E 200) u għas-sorbat tal-potassju (E 202). L-opinjoni ddikjarat li jeħtieġ li jitwettqu studji dwar il-ġenotossiċità tas-sorbat tal-kalċju sabiex jitqies jekk is-sorbat tal-kalċju għandux jiġi inkluż f'dak il-grupp tad-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum.

(8)

Fl-10 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal dejta xjentifika u teknoloġika dwar l-aċidu sorbiku (E 200), dwar is-sorbat tal-potassju (E 202) u dwar is-sorbat tal-kalċju (E 203) (5), li timmira lejn il-ħtiġijiet ta' dejta li ġew identifikati fl-Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni ta' dawk is-sustanzi bħala addittivi tal-ikel. Madankollu, l-ebda operatur tan-negozju ma ħa l-impenn li jipprovdi d-dejta mitluba dwar il-ġenotossicità għas-sorbat tal-kalċju (E 203). Mingħajr dik id-dejta, l-Awtorità ma tistax tlesti r-rivalutazzjoni tas-sikurezza tas-sorbat tal-kalċju bħala addittiv tal-ikel u b'hekk ma jistax jiġi stabbilit jekk dik is-sustanza għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għal inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati.

(9)

Għaldaqstant jixraq li s-sorbat tal-kalċju (E 203) jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati.

(10)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-lista tal-Unjoni ta' adittivi tal-ikel approvati għandha tiġi emendata b'konformità mal-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(11)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jistipula li l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara li ssir applikazzjoni.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati bit-tħassir tas-sorbat tal-kalċju (E 203) mil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel awtorizzati peress li l-inklużjoni tiegħu fil-lista ma tistax tkun iġġustifikata iktar minħabba n-nuqqas ta' dejta xierqa dwar il-ġenotossicità.

(13)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda jew isibu alternattivi għas-sorbat tal-kalċju (E 203), jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta' Awwissu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).

(4)  EFSA Journal 2015;13(6):4144.

(5)  http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/re-evaluation_en

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 3 tal-Parti B: Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju;

(b)

fil-Parti C, fit-Tabella 5: Addittivi oħra li jistgħu jiġu rregolati kkombinati, hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (a) “E 200 – 203: Aċidu sorbiku – sorbati (AS)” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

E 200 – 202: Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju (AS)

Numru E

Isem

E 200

Aċidu sorbiku

E 202

Sorbat tal-potassju”

(ii)

fil-punt (c) “E 200 – 213: Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati (AS + AB)”, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju;

(iii)

fil-punt (d) “E 200 – 219: Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati (AS + AB + PIB)”, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju;

(iv)

il-punt (e) “E 200 – 203; 214 – 219: Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati (AS + PIB)” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

E 200 – 202; 214 – 219: Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati (AS + PIB)

Numru E

Isem

E 200

Aċidu sorbiku

E 202

Sorbat tal-potassju

E 214

Etil-p-idrossibenżoat

E 215

Etil p-idrossibenżoat tas-sodju

E 218

Metil p-idrossibenżoat

E 219

Metil p-idrossibenżoat tas-sodju”

(c)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

1.

Fil-kategorija 01.3 (Prodotti tal-ħalib iffermentat mingħajr togħmiet miżjuda, trattati bis-sħana wara l-fermentazzjoni), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

baqta biss”

2.

Fil-kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentat b'togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

300

(1) (2)

deżerti abbażi ta' prodotti tal-ħalib mhux ittrattati bis-sħana biss”

3.

Fil-kategorija 01.7.1 (Ġobon mhux misjur minbarra prodotti fil-kategorija 16), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)”

 

4.

Fil-kategorija 01.7.2 (Ġobon misjur), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

ġobon biss, ippakkjat minn qabel, imfettet u maqtugħ; ġobon bis-saffi u ġobon b'ikel miżjud

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

 

trattament tas-superfiċe għal prodotti misjura biss”

5.

Fil-kategorija 01.7.4 (Ġobon tax-xorrox), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

ġobon biss, ippakkjat minn qabel, imfettet; ġobon bis-saffi u ġobon b'ikel miżjud”

6.

Fil-kategorija 01.7.5 (Ġobon ipproċessat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)”

 

7.

Fil-kategorija 01.7.6 (Prodotti tal-ġobon (minbarra prodotti fil-kategorija 16)), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

prodotti mhux misjura biss; prodotti misjura, ippakkjati minn qabel, imfettin; prodotti misjura bis-saffi u prodotti misjura b'ikel miżjud

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

 

trattament tas-superfiċe għal prodotti misjura biss”

8.

Fil-kategorija 01.8 (Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

analogi tal-ġobon abbażi ta' proteina biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

(1) (2)

analogi tal-ġobon biss (trattament tas-superfiċe biss)”

9.

Fil-kategorjia 02.2.2 (Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

emulsjonijiet tax-xaħam biss (eskluż il-butir) b'kontenut tax-xaħam ta' 60 % jew iktar

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

emulsjonijiet tax-xaħam biss b'kontenut tax-xaħam ta' inqas minn 60 %”

10.

Fil-kategorija 04.1.1 (Frott u ħxejjex friski, sħaħ), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

20

 

trattament tas-superfiċe biss ta' frott taċ-ċitru frisk mhux imqaxxar”

11.

Fil-kategorija 04.2.1 (Frott u ħxejjex imnixxfa), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

frott imnixxef biss”

12.

Il-kategorija 04.2.2 (Frott u ħxejjex fil-ħall, żejt jew ilma mielaħ) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

ħxejjex biss (eskluż iż-żebbuġ)”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

żebbuġ u preparazzjonijiet abbażi taż-żebbuġ biss”

(iii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

żebbuġ u preparazzjonijiet abbażi taż-żebbuġ biss”

13.

Il-kategorija 04.2.4.1 (Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex għajr għall-frott preżervat fil-ġulepp) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

preparazzjonijiet ta' frott u ħxejjex biss, inklużi preparazzjonijiet abbażi tal-alka, zlazi abbażi tal-frott, aspic, eskluż purée, mousse, zalza tal-frott, insalata u prodotti simili, fil-laned jew fil-fliexken”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

preparazzjonijiet abbażi taż-żebbuġ biss”

14.

Fil-kategorija 04.2.5.1 (Ġamm żejjed u ġelatina żejda kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

prodotti b'ammont baxx ta' zokkor u prodotti simili b'ammont baxx ta' kaloriji jew mingħajr zokkor biss, mermeladas

15.

Fil-kategorija 04.2.5.2 (Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan dolċifikata kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

prodotti b'ammont baxx ta' zokkor u pesjts minn prodotti simili b'ammont baxx ta' kaloriji jew minn prodotti mingħajr zokkor biss, mermeladas

16.

Fil-kategorija 04.2.5.3 (Taħlitiet oħra li jiddellku tal-frott u tal-ħaxix simili), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

pejsts oħra abbażi tal-frott, mermeladas

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)

marmelada biss”

17.

Fil-kategorija 04.2.6 (Prodotti tal-patata pproċessati), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

għaġina tal-patata u biċċiet tal-patata moqlija minn qabel biss”

18.

Il-kategorija 05.2 (Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

1 500

(1) (2) (5)

ħlief frott u ħxejjex f'konfettura, kristallizzati jew glacé”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

frott u ħxejjex f'konfettura, kristallizzati jew glacé biss”

19.

Fil-kategorija 05.3 (Ċuwingamm), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

20.

Il-kategorija 05.4 (Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

oġġetti li jintraxxu fil-wiċċ biss (ġuleppijiet għal pancakes, ġuleppijiet b'togħma għal milkshakes u ġelat; prodotti simili)”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

1 500

(1) (2) (5)”

 

21.

Fil-kategorija 06.4.4 (Njokki tal-patata), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1)”

 

22.

Fil-kategorija 06.4.5 (Mili ta' għaġin mimli (ravjul u simili)), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)”

 

23.

Fil-kategorija 06.6 (Panuri), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)”

 

24.

Fil-kategorija 06.7 (Ċereali msajrin minn qabel jew ipproċessati), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

polenta biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

Semmelknödelteig biss”

25.

Fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

ħobż imqatta' ppakkjat minn qabel u ħobż tas-segala, moħmi parzjalment, prodotti tal-forn ippakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut u ħobż b'enerġija mnaqqsa maħsub għall-bejgħ bl-imnut biss”

26.

Fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

b'attività tal-ilma ta' iktar minn 0,65 biss”

27.

Fil-kategorija 08.3.1 (Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

quantum satis

(1) (2)

trattament tas-superfiċe ta' prodotti tal-laħam imnixxfin biss”

28.

Il-kategorija 08.3.2(Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2)

pâté biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

aspic biss”

(iii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati, Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju, Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

quantum satis

(1) (2)

trattament tas-superfiċe ta' prodotti tal-laħam imnixxfin biss”

29.

Il-kategorija 08.3.3 (Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

 

kisi abbażi ta' kollaġen biss b'attività tal-ilma ta' iktar minn 0,6”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2)

kisi tal-ġelatina tal-prodotti tal-laħam biss (imsajrin, staġjonati jew imnixxfin)”

30.

Il-kategorija 09.2 (Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

aspic”

(ii)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

200

(1) (2)

ħut immellaħ u mnixxef biss

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

ħut u prodotti tal-ħut semikonservati biss, inklużi l-krustaċji, il-molluski, is-surimi u l-pejst tal-ħut u tas-surimi/tal-krustaċji; il-krustaċji u l-molluski msajrin

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

6 000

(1) (2)

Crangon crangon u Crangon vulgaris imsajrin biss”

31.

Fil-kategorija 09.3 (Bajd tal-ħut), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

prodotti tal-ħut semikonservati biss inklużi prodotti tal-bajd tal-ħut”

32.

Il-kategorija 10.2 (Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

prodotti tal-bajd deidrati u kkonċentrati ffriżati u ffriżati f'temperatura baxxa ħafna biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

5 000

(1) (2)

bajd likwidu biss (l-abjad jew l-isfar tal-bajd jew bajda sħiħa)”

33.

Fil-kategorija 11.4.1 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda f'forma likwida), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

500

(1) (2)

jekk il-kontenut tal-ilma jkun ogħla minn 75 % biss”

34.

Fil-kategorija 12.2.2 (Ħwawar u kondimenti), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)”

 

35.

Fil-kategorija 12.4 (Mustarda), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)”

 

36.

Fil-kategorija 12.5 (Sopop u brodi), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

500

(1) (2)

sopop u brodi likwidi biss (esklużi tal-bott)”

37.

Il-kategorija 12.6 (Zlazi) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' 60 % jew iktar biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' inqas minn 60 % biss”

(ii)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' 60 % jew iktar biss; zlazi mhux emulsifikati

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' inqas minn 60 % biss”

38.

Fil-kategorija 12.7 (Insalati u taħlitiet li jiddellku mal-ħobż abbażi ta' ikel mhux ħelu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

39.

Fil-kategorija 12.9 (Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

prodotti simili tal-laħam, ħut, krustaċji u ċefalopodi u ġobon abbażi ta' proteini”

40.

Fil-kategorija 13.2 (Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200–213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

41.

Fil-kategorija 13.3 (Ikel djetetiku għal dieti ta' kontroll tal-piż maħsub biex jieħu post l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta' kuljum totali jew parti minnha)), l-entrata li tikkonċerna l-additivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

42.

Il-kategorija 14.1.2 (Meraq tal-frott kif iddefinit mid-Direttiva 2001/112/KE u meraq tal-ħaxix) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

500

(1) (2)

Sød … saft u sødet … saft biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

meraq tal-għeneb biss, mhux iffermentat, għal użu fis-sagramenti”

43.

Fil-kategorija 14.1.3 (Nettari tal-frott kif definiti mid-Direttiva 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

250

(1) (2)

ġuleppijiet Żvediżi tradizzjonali tal-frott biss, japplika l-massimu jekk ikunu ntużaw ukoll E 210 – 213, aċidu benżojku – benżoati

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

300

(1) (2)

ġuleppijiet tradizzjonali Żvediżi u Finlandiżi tal-frott biss”

44.

Fil-kategorija 14.1.4 (Xarbiet bit-togħma), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

250

(1) (2)

japplika l-massimu jekk ikunu ntużaw ukoll E 210 – 213, aċidu benżojku – benżoati

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

300

(1) (2)

esklużi x-xarbiet abbażi ta' prodotti tal-ħalib”

45.

Fil-kategorija 14.1.5.2 (Oħrajn), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

600

(1) (2)

konċentrati tat-te likwidi u konċentrati tal-infużjonijiet likwidi tal-frott u tal-ħxejjex aromatiċi biss”

46.

Fil-kategorija 14.2.1 (Birra u xarbiet tax-xgħir), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

birra f'kegs li fihom iktar minn 0,5 % zokkor miżjud li jiffermenta u/jew meraq tal-frott jew konċentrati biss”

47.

Fil-kategorjia 14.2.2 (Inbid u prodotti oħra definiti bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u prodotti simili mingħajr alkoħol), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

mingħajr alkoħol biss”

48.

Fil-kategorija 14.2.3 (Sidru u perry), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

49.

Fil-kategorija 14.2.4 (Inbid tal-frott u nbid magħmul), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

50.

Fil-kategorija 14.2.5 (Mead), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

51.

Fil-kategorija 14.2.7.1 (Inbid aromatizzat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

52.

Fil-kategorija 14.2.7.2 (Xarbiet abbażi ta' inbid aromatizzat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

53.

Fil-kategorija 14.2.7.3 (Cocktails ta' prodotti tal-inbid aromatizzati), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

54.

Fil-kategorija 14.2.8 (Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta' xarbiet alkoħoliċi ma' xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b'inqas minn 15 % ta' alkoħol), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

xarbiet alkoħoliċi b'kontenut alkoħoliku ta' inqas minn 15 % u nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”

55.

Fil-kategorija 15.1 (Ikel ħafif abbażi ta' patata, ċereali, dqiq jew lamtu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2) (5)”

 

56.

Fil-kategorija 15.2 (Ġewż ipproċessat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2) (5)

ġewż miksi biss”

57.

Il-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

frugtgrød, rote Grütze u pasha biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

ostkaka biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

300

(1) (2)

deżerti abbażi ta' ħalib mhux trattati bis-sħana biss”

58.

Fil-kategorija 17.1 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

meta jiġu pprovduti f'forma niexfa u li fihom preparazzjonijiet tal-vitamina A u kombinazzjonijiet tal-vitamini A u D biss”

59.

Fil-kategorija 17.2 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma likwida), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)”

 

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 2 (Addittivi tal-ikel minbarra l-carriers fl-addittivi tal-ikel), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203, E 210, E 211 u E 212 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju (it-Tabella 2 tal-Parti 6)

1 500 mg/kg waħedhom jew ikkombinati fil-preparazzjoni ta' 15 mg/kg fil-prodott finali espress bħala aċidu liberu

Preparazzjonijiet tal-kulur”

E 210

Aċidu benżojku

E 211

Benżoat tas-sodju

E 212

Benżoat tal-potassju

(b)

Fil-Parti 4 (Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203, E 210, E 211, E 212 u E 213 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku u sorbat tal-potassju (it-Tabella 2 tal-Parti 6)

L-aromatizzanti kollha

1 500 mg/kg (waħedhom jew f'kombinazzjoni espressi bħala l-aċidu liberu) fl-aromatizzanti”

E 210

Aċidu benżojku

E 211

Benżoat tas-sodju

E 212

Benżoat tal-potassju

E 213

Benżoat tal-kalċju

(c)

Fil-Parti 6 (Definizzjonijiet tal-gruppi tal-addittivi tal-ikel għall-finijiet tal-Partijiet 1 sa 5), it-Tabella 2 (Tabella 2: Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

“Tabella 2

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

Numru E

Isem

E 200

Aċidu sorbiku

E 202

Sorbat tal-potassju”