22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 16/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/87

tat-22 ta' Jannar 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fid-dawl tal-programmi nukleari u ballistiċi kontinwi u aċċellerati tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) li huma bi ksur tal-obbligi tar-RDPK kif stipulati f'bosta Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, kif jidher mill-isparar l-aktar reċenti ta' missili ballistiċi mir-RDPK fit-28 ta' Novembru 2017, jenħtieġ li sbatax-il persuna jinżdiedu mal-lista ta' persuni fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni li tidher fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(a) Persuni fiżiċi”:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“2.

CHOE Chan Il

 

22.1.2018

Direttur tal-Uffiċċju ta' Dandong tal-Korea Heungjin Trading Company, entità ddeżinjata min-NU. Il-Korea Heungjin tintuża mill-KOMID, entità ddeżinjata oħra min-NU, għal finijiet ta' kummerċ. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

3.

KIM Chol Nam

 

22.1.2018

Direttur tal-fergħa ta' Dandong ta' Sobaeksu United Corp li ġiet deżinjata mill-Unjoni. Rappreżentant tal-fergħa ta' Beijing tal-Korea Changgwang Trading Corporation, li ġiet identifikata mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala psewdonimu tal-KOMID. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

4.

JON Chol Young

Numru tal-passaport: 563410192

Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Angola

Data tat-twelid: 30.4.1975

22.1.2018

Rappreżentant fl-Angola tal-Green Pine Associated Corporation u diplomatiku akkreditat għar-RDPK fl-Angola.

Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inkluż il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi. Green Pine nnegozjat ukoll kuntratti għar-rinnovazzjoni ta' bastimenti navali tal-Angola bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

5.

AN Jong Hyuk

Magħruf ukoll bħala: An Jong Hyok

Diplomatiku fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Eġittu

Data tat-twelid: 14.3.1970

Numru tal-passaport: 563410155

22.1.2018

Rappreżentant ta' Saeng Pil Trading Corporation, psewdonimu ta' Green Pine Associated Corporation, u diplomatiku tar-RDPK fl-Eġittu.

Green Pine ġiet deżinjata min-NU għal attivitajiet inkluż il-ksur tal-embargo tan-NU fuq l-armi.

An Jong Hyuk kien awtorizzat jagħmel kull tip ta' negozju f'isem Saeng Pil, inkluż l-iffirmar u l-implimentazzjoni ta' kuntratti u ta' negozju bankarju. Il-kumpannija tispeċjalizza fil-kostruzzjoni ta' bastimenti navali u d-disinn, il-fabbrikazzjoni u l-installazzjoni ta' tagħmir ta' komunikazzjoni elettronika u ta' navigazzjoni bil-baħar.

6.

CHOL Yun

It-tielet Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK għaċ-Ċina

22.1.2018

Chol Yun ġie identifikat mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala l-persuna ta' kuntatt tal-Kumpannija tar-RDPK General Precious Metal involuta fil-bejgħ ta' litju-6, oġġett marbut mal-armi nukleari ipprojbit min-NU, u diplomatiku tar-RDPK.

General Precious Metal kienet identifikata qabel mill-Unjoni bħala psewdonimu tal-entità ddeżinjata min-NU Green Pine.

7.

CHOE Kwang Hyok

 

22.1.2018

Choe Kwang Hyok serva bħala rappreżentant ta' Green Pine Associated Corporation, entità ddeżinjata min-NU.

Choe Kwang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala l-kap eżekuttiv ta' Beijing King Helong International Trading Ltd, psewdonimu ta' Green Pine. Ġie identifikat ukoll mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala direttur ta' Hong Kong King Helong Int'l Trading Ltd u operatur tal-entità tar-RDPK magħżula bħala l-uffiċċju rappreżentattiv tal-Korea Unhasu Trading Company f'Beijing, li huma wkoll psewdonimi ta' Green Pine.

8.

KIM Chang Hyok

Magħruf ukoll bħala: James Jin jew James Kim

Data tat-twelid: 29.4.1963

Post tat-twelid: N. Hamgyong

Numru tal-passaport: 472130058

22.1.2018

Kim Chang Hyok ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fil-Malasja. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

Huwa stabbilixxa diversi kontijiet fil-Malasja f'isem il-kumpanniji tal-isem ta' “Glocom”, hija stess kumpannija tal-isem tal-entità ddeżinjata Pan Systems Pyongyang.

9.

PARK Young Han

 

22.1.2018

Direttur ta' Beijing New Technology li ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala kumpannija tal-isem tal-KOMID. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatriċi prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

Ir-rappreżentant legali ta' Guancaiweixing Trading Co., Ltd, li ġiet identifikata mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li bagħtet kunsinna interċettata lejn l-Eritrea ta' oġġetti marbuta mal-militar f'Awwissu 2012.

10.

RYANG Su Nyo

Data tat-twelid: 11.8.1959

Post tat-twelid: Ġappun

22.1.2018

Direttur ta' Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

11.

PYON Won Gun

Data tat-twelid: 13.3.1968

Post tat-twelid: S. Phyongan

Numru tal-passaport tas-servizz: 836220035

Numru tal-passaport: 290220142

22.1.2018

Direttur ta' Glocom, kumpannija tal-isem ta' Pan Systems Pyongyang, Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill- Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

Glocom tirreklama tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju għal organizzazzjonijiet militari u paramilitari.

Pyon Won Gun ġie identifikat ukoll mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang.

12.

PAE Won Chol

Data tat-twelid: 30.8.1969

Post tat-twelid: Pyongyang

Nru tal-Passaport Diplomatiku: 654310150

22.1.2018

Pae Won Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

13.

RI Sin Song

 

22.1.2018

Ri Sin Song ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

14.

KIM Sung Su

 

22.1.2018

Kim Sung Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala r-rappreżentant ta' Pan Systems Pyongyang fiċ-Ċina. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

15.

KIM Pyong Chol

 

22.1.2018

Kim Pyong Chol ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala ċittadin tar-RDPK li jħaddem il-Pan Systems Pyongyang. Pan Systems Pyongyang ġiet deżinjata mill-Unjoni talli assistiet fl-evażjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tat-tentattiv ta' bejgħ ta' armi u materjal relatat lill-Eritrea. Pan Systems hija wkoll ikkontrollata mir-Reconnaissance General Bureau u taħdem f'ismu, li ġie ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti.

16.

CHOE Kwang Su

It-tielet Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Afrika t'Isfel

Data tat-twelid: 20.4.1955

Numru tal-passaport: 381210143 (data l-għeluq: 3.6.2016)

22.1.2018

Choe Kwang Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala rappreżentant ta' Haegeumgang Trading Company. F'din il-kapaċità, Choe Kwang Su ffirma kuntratt ta' kooperazzjoni militari bejn ir-RDPK u l-Mozambique bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-kuntratt kien jikkonċerna l-forniment ta' armi u materjal marbut mal-armi lil Monte Binga, kumpannija kkontrollata mill-Gvern tal-Mozambique.

17.

PAK In Su Magħruf ukoll bħala:

Daniel Pak

Data tat-twelid: 22.5.1957

Post tat-twelid: N. Hamgyong

Numru tal-passaport diplomatiku: 290221242

22.1.2018

Pak In Su ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li huwa involut f'attivitajiet marbuta mal-bejgħ ta' faħam mir-RDPK fil-Malasja bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

18.

SON Young-Nam

L-Ewwel Segretarju fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Bangladexx

22.1.2018

Son Young-Nam ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti tan-NU bħala li huwa involut f'attivitajiet marbuta mal-kuntrabandu ta' deheb u oġġetti oħrajn fir-RDPK bi ksur tal-projbizzjonijiet imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”.