13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/55

tad-9 ta' Jannar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 f'dak li għandu x'jaqsam maż-żieda tar-Repubblika ta' Singapore mal-pajjiżi terzi rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) jelenka l-pajjiżi terzi rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi ssalvagwardjata minn atti ta' interferenza mhux skont il-liġi li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat ukoll li r-Repubblika ta' Singapore tissodisfa l-kriterji għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza ta' standards tas-sigurtà ta' pajjiżi terzi stabbiliti fit-Taqsima E tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (3).

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Jenħtieġ li jiġi previst perjodu xieraq taż-żmien qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament minħabba li jista' jkun hemm bżonn li jsir xi tibdil fl-operat jew fl-infrastruttura tal-ajruporti, jew fit-tnejn li huma.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-6 ta' Frar 2018 'il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)   ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).


ANNESS

L-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu 3, id-Dokument Mehmuż 3-B huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ID-DOKUMENT MEHMUŻ 3-B

SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

 

Greenland, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

 

Guernsey

 

Isle of Man

 

Jersey

 

Il-Montenegro

 

Ir-Repubblika ta' Singapore, fir-rigward tal-ajruport Singapore Changi

 

L-Istati Uniti tal-Amerka

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”;

(2)

fil-Kapitolu 4, id-Dokument Mehmuż 4-B huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ID-DOKUMENT MEHMUŻ 4-B

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Fir-rigward tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

 

Greenland, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

 

Guernsey

 

Isle of Man

 

Jersey

 

Il-Montenegro

 

Ir-Repubblika ta' Singapore, fir-rigward tal-ajruport Singapore Changi

 

L-Istati Uniti tal-Amerka

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”;

(3)

fil-Kapitolu 5, id-Dokument Mehmuż 5-A huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ID-DOKUMENT MEHMUŻ 5-A

BAGALJI TAL-ISTIVA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:

 

Il-Kanada

 

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

 

Greenland, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

 

Guernsey

 

Isle of Man

 

Jersey

 

Il-Montenegro

 

Ir-Repubblika ta' Singapore, fir-rigward tal-ajruport Singapore Changi

 

L-Istati Uniti tal-Amerka

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”.