11.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/31
tal-10 ta' Jannar 2018
li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-3 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012. |
(2) |
Fl-20 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, neħħa persuna mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Jenħtieġ li dik il-persuna titneħħa mill-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa b'dan emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KRALEVA
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, l-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt hija mħassra:
11. |
Sanha CLUSSÉ. |