21.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/89 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2050
tad-19 ta' Diċembru 2018
dwar l-allinjament tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-kundizzjonijiet għal-liċenzji ġenerali ta' trasferiment għall-iskopijiet ta' dimostrazzjoni u evalwazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2018) 8598)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Istati Membri huma obbligati li jippubblikaw mill-inqas erba' liċenzji ġenerali ta' trasferiment. |
(2) |
Il-liċenzji ġenerali ta' trasferiment huma element ewlieni tas-sistema ta' liċenzjar issimplifikata li ddaħħlet bid-Direttiva 2009/43/KE. |
(3) |
Id-differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liċenzji ġenerali ta' trasferiment ippubblikati mill-Istati Membri f'termini tal-prodotti relatati mad-difiża koperti u l-kundizzjonijiet diverġenti applikati għat-trasferimenti ta' dawn il-prodotti jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE u l-kisba tal-għan tagħha ta' simplifikazzjoni. L-allinjament tal-approċċi nazzjonali fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-kundizzjonijiet għat-trasferimenti skont il-liċenzji ġenerali ta' trasferiment ippubblikati mill-Istati Membri huwa importanti biex jiżgura l-attraenza u l-użu ta' dawk il-liċenzji. |
(4) |
Il-Kunsill tenna mill-ġdid fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Mejju 2015, il-bżonn tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni, inter alia, tad-Direttiva 2009/43/KE,. Wara l-adozzjoni ta' żewġ rakkomandazzjonijiet preċedenti dwar liċenzji ġenerali ta' trasferiment għall-forzi armati (2) u għar-riċevituri ċertifikati (3), il-Kummissjoni ħabbret fil-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża (4) u fir-Rapport dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trasferimenti (5) l-fokus tagħha fuq iż-żewġ liċenzji ġenerali ta' trasferiment li fadal, li jkopru t-trasferimenti għall-iskopijiet ta' dimostrazzjoni, evalwazzjoni, wiri, tiswija u manutenzjoni. |
(5) |
L-inizjattiva ta' din ir-Rakkomandazzjoni kienet appoġġata bil-qawwa mir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/43/KE. Il-linji gwida stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni jirriflettu d-diskussjonijiet ta' grupp ta' esperti stabbilit taħt dan il-Kumitat. |
(6) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (li jikkorrispondu għal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea), kif imniżżel fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE. Din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi aġġornata meta jkun meħtieġ sabiex tirrifletti l-aġġornamenti futuri tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża. |
(7) |
Abbażi tad-diskussjonijiet mal-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-prodotti (inklużi l-eċċezzjonijiet), bħal pereżempju s-sensittività tagħhom, il-prodotti relatati mad-difiża mniżżla taħt il-punt 1.1. ta' din ir-Rakkomandazzjoni huma lista minima u mhux eżawrjenti ta' prodotti li l-Istati Membri jippermettu t-trasferiment tagħhom taħt il-GTL-DE tagħhom. Dan ifisser li l-GTL-DE ippubblikata minn Stat Membru tista' tippermetti wkoll it-trasferiment ta' prodotti oħra relatati mad-difiża inklużi fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE u li mhumiex elenkati f'din ir-Rakkomandazzjoni. |
(8) |
Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri fakkru li huma marbuta b'impenji skont id-dritt Ewropew, bħalma hija l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (6), kif ukoll b'impenji internazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-esportazzjoni. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri rrikonoxxew id-dikjarazzjoni “Impenn Politiku tal-Istati Membri dwar is-Sigurtà tal-Provvista”. (7) |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. LIĊENZJI ĠENERALI TA' TRASFERIMENT GĦAD-DIMOSTRAZZJONI U L-EVALWAZZJONI
L-Istati Membri huma rakkomandati li jadattaw il-liċenzji ġenerali ta' trasferiment tagħhom għad-dimostrazzjoni u l-evalwazzjoni b'konformità mal-elementi li ġejjin.
1.1. Prodotti relatati mad-difiża eliġibbli għal trasferiment taħt il-liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-iskopijiet ta' dimostrazzjoni u evalwazzjoni kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2009/43/KE
Dawn il-kategoriji ML li ġejjin huma subsett tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża, kif stabbilit fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE. Il-liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-iskopijiet ta' dimostrazzjoni u evalwazzjoni (GTL-DE) għandha, bħala minimu, tippermetti t-trasferiment tal-prodotti relatati mad-difiża speċifikati fil-kategoriji ML ta' hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinkludu fil-GTL-DE tagħhom aktar kategoriji ML mal-prodotti relatati mad-difiża korrispondenti.
Il-lista tal-kategoriji ML li għandhom jiġu koperti bħala minimu:
— |
ML 3. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 5. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
Il-prodotti kollha għandhom jitwasslu mingħajr il-komponent ta' ċifraġġ u mingħajr bażi tad-data integrata. |
— |
ML 6. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 7. Il-prodotti li jmiss huma inklużi:
|
— |
ML 8. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 9. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 10. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 11. Il-prodotti li jmiss huma inklużi:
|
— |
ML 13. Il-prodotti kollha huma inklużi. |
— |
ML 15. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 16. Il-prodotti kollha huma inklużi, ħlief:
|
— |
ML 17. Il-prodotti li jmiss huma inklużi:
|
— |
ML 21. Il-prodotti li jmiss huma inklużi:
|
— |
ML 22. Dan li ġej huwa inkluż:
|
1.2. Kondizzjonijiet li għandhom jiġu inkorporati fil-liċenzja ġenerali ta' trasferiment għad-dimostrazzjoni u l-evalwazzjoni
Il-lista li ġejja mhix eżawrijenti. Madankollu, kundizzjonijiet oħra miżjuda minn Stat Membru ma jridux jikkontradixxu jew jimminaw il-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt.
Validità ġeografika |
: |
Żona Ekonomika Ewropea (8) |
||||||
Trasferiment għal dimostrazzjoni |
: |
Trasferiment ta' prodott relatat mad-difiża għall-użu f'ambjent li jissimula l-kundizzjonijiet operattivi. It-terminu “Trasferiment għal Dimostrazzjoni” jkopri t-test ta' sparar tal-armi. |
||||||
Trasferiment għal evalwazzjoni |
: |
Trasferiment ta' prodott relatat mad-difiża għall-ittestjar tal-prodott u l-kondiviżjoni tar-riżultati tat-test. It-terminu “Trasferiment għal Evalwazzjoni” ikopri t-trasferiment tat-teknoloġija għall-kondiviżjoni tar-riżultati. |
||||||
Trasferiment mill-ġdid |
: |
L-Istati Membri għandhom jagħżlu waħda minn dawn l-għażliet għat-trasferiment mill-ġdid ta' prodott relatat mad-difiża wara d-dimostrazzjoni jew l-evalwazzjoni:
|
||||||
It-tul taż-żmien |
: |
L-Istati Membri ta' Oriġini jistgħu jispeċifikaw limitu ta' żmien għar-ritorn ta' prodotti relatati mad-difiża li għandhom jiġu osservati mill-fornitur lejn l-Awtorità Kompetenti fl-Istat Membru ta' Oriġini. L-Istati Membri li minnhom il-prodott relatat mad-difiża jiġi trasferit mill-ġdid jistgħu jispeċifikaw ukoll limitu ta' żmien għat-trasferiment mill-ġdid li għandu jiġi osservat mill-fornitur, jew mir-rappreżentant tiegħu. |
2. SEGWITU
L-Istati Membri huma mistiedna jagħtu effett lil din ir-Rakkomandazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019.
L-Istati Membri huma mħeġġa biex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura meħuda biex tagħti effett lil din ir-Rakkomandazzjoni.
3. DESTINATARJI
Din ir-Rakkomandazzjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).
(2) ĠU L 329, 3.12.2016, p. 101.
(3) ĠU L 329, 3.12.2016, p. 105.
(4) COM(2016) 950 final.
(5) COM(2016) 760 final.
(6) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).
(7) Adottata mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-EDA, li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill fit-3551 laqgħa tiegħu li saret fid-19 ta' Ġunju 2017.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 318, 28.11.2013, p. 12), li inkorporat id-Direttiva 2009/43/KE fil-Ftehim taż-ŻEE inkludiet test ta' adattament espliċitu: “Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein”.