29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/5


RAKKOMANDAZZJONI Nru A1

tat-18 ta’ Ottubru 2017

dwar il-ħruġ tal-attestazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

(2018/C 183/06)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TA’ SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li taħtu, il-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli sabiex tindirizza l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew mistoqsijiet relatati ma’ interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 dwar il-valur legali tad-dokumenti u l-evidenza ta’ appoġġ li turi l-pożizzjoni ta’ persuna,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 dwar l-attestazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Li jaġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedi li fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddem, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli skont it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandha tipprovdi attestazzjoni li tali leġiżlazzjoni hija applikabbli u għandha tindika, fejn xieraq, sa liema data u taħt liema kundizzjonijiet.

(2)

Il-Kummissjoni Amministrattiva tiddetermina l-istruttura u l-kontenut tad-Dokument Portabbli A1 fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli li tapplika għad-detentur.

(3)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedi li dan id-dokument għandu jiġi aċċettat mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn diment li ma jkunx ġie rtirat jew iddikjarat invalidu mill-Istat Membru li fih ikun inħareġ.

(4)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u speċifikat fl-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu valutazzjoni xierqa tal-fatti relevanti għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tas-sigurtà soċjali u konsegwentament li jikkonfermaw il-korrettezza tal-informazzjoni li tinsab f’Dokument Portabbli A1.

(5)

Dawn id-dokumenti jistabbilixxu suppożizzjoni li d-detentur ikun affiljat bix-xieraq fis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li l-istituzzjoni tiegħu tkun ħarġithom,

BIL-PREŻENTI TIRRAKKOMANDA LIS-SERVIZZI KOMPETENTI U LILL-ISTITUZZJONIJIET LI:

1.

Sabiex tiġi iprevenuta l-falsifikazzjoni tad-Dokument Portabbli A1, pereżempju bl-iskambju ta’ paġni bejn dokumenti differenti, huwa rrakkomandat li l-karatteristiċi ta’ awtentifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikati maħruġin, jiġifieri:

(a)

fejn id-dokumenti huma maħruġin elettronikament, dawn għandu jkollhom numru serjali jew numru ta’ identifikazzjoni fuq kull paġna. F’dan il-każ, firma manwali jew stampar bl-inka ma jkunux meħtieġa aktar;

(b)

fejn id-dokumenti jinħarġu manwalment, għandhom jiġu stampati fuq iż-żewġ naħat tal-folja u l-folji għandhom ikunu mehmużin ma’ xulxin b’tali mod li ma jkunux jistgħu jiġu sseparati faċilment. Dan jista’ jinkiseb, pereżempju, billi tintlewa l-kantuniera ta’ fuq tax-xellug, din il-kantuniera tiġi stejpiljata u jitpoġġa timbru fuq in-naħa ta’ wara.

2.

Barra minn hekk, huwa irrakkomandat li kull Dokument Portabbli A1 ikun irreġistrat b’tali mod li l-awtentiċità tiegħu tkun tista’ tiġi ivverifikata faċilment u malajr.

3.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Amministrattiva dwar il-modi differenti li bihom jinħarġu d-Dokumenti Portabbli A1 mill-istituzzjonijiet tagħhom. Id-delegazzjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għandhom jikkondividu din l-informazzjoni mal-ispettorati rispettivi tagħhom.

4.

Huwa irrakkomandat illi, qabel il-ħruġ tad-Dokument Portabbli A1, l-istituzzjonijiet jivvalutaw il-fatti relevanti kollha, jew permezz ta’ data li tkun f’sorsi uffiċjali, jew billi l-applikant jintalab jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Bħala gwida għall-istituzzjonijiet, lista standardizzata mhux eżawrjenti ta’ mistoqsijiet komuni u mistoqsijiet speċifiċi għall-artikoli relevanti differenti tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tista’ tinstab fl-Anness. Dawn jistgħu jiġu adattati skont kif jidher xieraq fil-każ involut.

5.

Għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà fil-formoli tal-applikazzjoni li permezz tagħha, l-applikant jiddikjara li huwa wieġeb il-mistoqsijiet kollha tajjeb bl-aħjar għarfien tiegħu u li huwa konxju tal-possibilità li jsiru kontrolli bil-konsegwenza li d-dokument jista’ jiġi rtirat retroattivament.

6.

Huwa irrakkomandat li l-istituzzjonijiet kompetenti jkollhom l-informazzjoni dwar id-Dokumenti Portabbli A1 maħruġin disponibbli, preferibbilment f’bażi ta’ data elettronika. Għandhom jinnotifikaw lil xulxin, permezz tas-Sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI, Electronic Exchange of Social Security Information), bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każ ta’ attività segwita fl-Istat Membru l-ieħor skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

7.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Agne NETTAN-SEPP


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


ANNESS

Settijiet standardizzati ta’ mistoqsijiet għall-applikazzjoni għal Dokument Portabbli A1

A.   MISTOQSIJIET KOMUNI DWAR IL-PERSUNA KKONĊERNATA TAD-DOKUMENT PORTABBLI A1 (PD A1)

Il-mistoqsijiet li ġejjin jeħtieġu jintużaw f’kull formola tal-applikazzjoni u jeħtieġu jiġu ivverifikati mill-istituzzjoni mittenti:

Kunjom

Isem

Data tat-twelid

Sess: raġel/mara/mhux magħruf

Numru ta’ identifikazzjoni personali

Post tat-twelid

Nazzjonalità

Il-persuna għandha r-residenza tagħha legalment fi Stat Membru (għal ċittadini ta’ pajjiż terz)

Indirizz fl-Istat tar-residenza (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Indirizz fl-Istat tas-soġġorn (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Indirizz ta’ kuntatt tal-persuna

Titlu tal-impjieg/Professjoni/Negozju

B.   MISTOQSIJIET SPEĊIFIĊI LI JIDDEPENDU FUQ IĊ-ĊIRKOSTANZI DIFFERENTI LI FIHOM IKUN MITLUB PD A1

Barra minn hekk, mistoqsijiet speċifiċi li jiddependu fuq iċ-ċirkustanzi varji li fihom jista’ jintalab PD A1 abbażi ta’ Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1) huma stabbiliti hawn taħt.

1.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (attività bħala impjegat jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru wieħed)

Min iħaddem

Isem

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Attività ta’ impjieg indipendenti

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Data tal-bidu/tat-tmiem tax-xogħol

2.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjegati taċ-ċivil)

Min iħaddem(l-amministrazzjoni li timpjega)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Post(ijiet) tax-xogħol barra mill-pajjiż (irrepeti għal kemm drabi jkun hemm bżonn)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tax-xogħol barra minn pajjiżek

Data tat-tmiem tax-xogħol barra minn pajjiżek

3.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (attività ekonomika abbord bastiment fuq il-baħar)

Min iħaddem

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

L-isem tal-bastiment

L-Istat li l-bastitment qed itajjar il-bandiera tiegħu

Ir-remunerazzjoni titħallas mill-impriża li l-uffiċċju jew il-post tan-negozju reġistrat tagħha huwa fi Stat ieħor: iva/le

Data tal-bidu tax-xogħol

Data tat-tmiem tax-xogħol

4.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (membri tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina)

Min iħaddem

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Post fejn tinsab il-bażi domestika

Data tal-bidu tax-xogħol

Data tat-tmiem tax-xogħol

5.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (kollokament ta’ ħaddiema)

Min iħaddem fl-Istat tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea skont NACE

Impriża(i) fl-Istat riċeventi/post(ijiet) tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tal-kollokament

Data tat-tmiem tal-kollokament

L-impjegat huwa soġġett għall-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-kollokament fi ħdan xahar qabel il-kollokament: iva/le

Dettalji tal-attività mwettqa xahar immedjatament qabel il-kollokament

Natura tal-attività fl-Istat ta’ kollokament

Natura tal-attività fl-Istat riċevitur

L-impjegat qiegħed jiġi ikkollokat biex jissostitwixxi ħaddiem ikkollokat ieħor: iva/le

Jekk iva, jekk jogħġbok indika għala din is-sostituzzjoni hija meqjusa bħala neċessarja

L-impjegat diġà ħadem fl-Istat Membru riċevitur konċernat: iva/le

Jekk iva, indika l-perjodi preċedenti tal-kollokament (data minn, data sa)

Numru ta’ impjegati ta’ min iħaddem fl-Istat tal-kollokament (għajr ħaddiema amministrattivi)

Numru ta’ ħaddiema amministrattivi fl-Istat tal-kollokament

Għadd ta’ impjegati f’kollokament

Numru ta’ kuntratti eżerċitati fl-Istat tal-kollokament

Numru ta’ kuntratti eżerċitati fl-Istat riċevitur

Fatturat fl-Istat tal-kollokament (f’%)

Fatturat fl-Istat Membru riċevitur (f’%)

Min iħaddem fl-Istat tal-kollokament jista’ jiddeċiedi li jtemm il-kuntratt mal-impjegati matul il-kollokament tagħhom: iva/le

Min iħaddem fl-Istat tal-kollokament huwa kapaċi jiddeċiedi fuq l-aspetti ewlenin tal-attività mwettqa fl-Istat riċevitur: iva/le

Il-kuntratt tal-impjieg jiġi konkluż ma’: min iħaddem fl-Istat tal-kollokament/l-impriża fl-Istat riċevitur

L-impjegat sejjer jitħallas minn: min iħaddem fl-Istat tal-kollokament/l-impriża fl-Istat riċevitur

Ir-relazzjoni tal-impjieg sejra tkompli matul il-perjodu tal-kollokament: iva/le

L-impriża li fiha jiġi ikkollokat l-impjegat se tpoġġi lill-impjegat għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra: iva/le

6.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (kollokament ta’ nies jaħdmu għal rashom)

Impjieg indipendenti fl-Istat tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Impjieg indipendenti fl-Istat riċeventi/Post tal-kollokament

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tal-kollokament

Data tat-tmiem tal-kollokament

Il-persuna b’impjieg indipendenti diġà ħadmet fl-Istat Membru riċevitur: iva/le

Jekk iva, indika l-perjodi preċedenti tal-kollokament (data minn, data sa)

Matul il-kollokament, struttura kummerċjali sejra tinżamm fl-Istat tal-kollokament, sabiex l-attività kummerċjali tkun tista’ tissokta mar-ritorn minn barra: iva/le

L-attività kummerċjali sejra tissokta malli tiġi lura mill-Istat Membru riċevitur

Natura tal-attività fl-Istat ta’ kollokament

Natura tal-attività fl-Istat riċevitur

7.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg f’żewġ Stati Membri jew aktar meta min iħaddem jinsab(u) fl-Istat ta’ residenza tal-persuna)

Min iħaddem

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-post(ijiet) tax-xogħol (irrepeti kemm-il darba hemm bżonn)

L-isem tal-kumpanija

Numru(i) tal-Identità

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal inqas minn 5 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew inqas minn 5 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Data tal-bidu tax-xogħol f’kull impriża

Data tat-tmiem tax-xogħol f’kull impriża

8.   Applikazzjoni skont Art. 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg f’żewġ Stati Membri jew iktar – sitwazzjonijiet oħrajn)

Min iħaddem (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea ta’ min iħaddemskont NACE

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-post(ijiet) tax-xogħol (irrepeti kemm-il darba hemm bżonn)

L-isem tal-kumpanija

Numru(i) tal-Identità

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal inqas minn 5 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew inqas minn 5 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal mill-inqas 25 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew għal mill-inqas 25 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Data tal-bidu tax-xogħol f’kull impriża

Data tat-tmiem tax-xogħol f’kull impriża

9.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg indipendenti f’żewġ Stati Membri jew aktar)

Attività ta’ impjieg indipendenti

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea tal-impjieg indipendenti skont NACE

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-post(ijiet) ta’ attività ta’ impjieg indipendenti (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem tal-kumpanija (jekk applikabbli)

Numru(i) tal-Identità (jekk applikabbli)

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Fatturat u/jew dħul f’kull Stat fejn issir l-attività

Ħin tax-xogħol f’kull Stat fejn issir l-attività

Numru ta’ servizzi mwettqa f’kull Stat fejn issir l-attività

Data tal-bidu tal-attività

Data tat-tmiem tal-attività

10.   Applikazzjoni skont l-Art. 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjieg u impjieg indipendenti f’żewġ Stati Membri jew iktar)

Attività ta’ impjieg indipendenti (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Min iħaddem (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Isem

Numru tar-reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas belt/raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Il-Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea ta’ min iħaddem skont NACE

Stati fejn sar ix-xogħol

Dettalji dwar il-postijiet tal-attività (irrepeti għal kemm-il darba jkun hemm bżonn)

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal inqas minn 5 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew inqas minn 5 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Stati fejn l-attivitajiet jammontaw għal mill-inqas 25 % tal-ħin tax-xogħol regolari tal-ħaddiem u/jew għal mill-inqas 25 % tar-remunerazzjoni ġenerali

Data tal-bidu tal-attività

Data tat-tmiem tal-attività

11.   Applikazzjoni skont l-Art. 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (impjegat taċ-ċivil fi Stat wieħed u impjegat jew persuna taħdem għal rasha f’ieħor)

Min iħaddem (li jimpjiega amministrazzjoni)

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Attività ta’ impjieg indipendenti u/jew attività ta’ impjieg (irrepeti għal kemm drabi jkun hemm bżonn)

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Data tal-bidu tax-xogħol

Data tat-tmiem tax-xogħol

12.   Applikazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (persunal tal-Unjoni Ewropea b’kuntratt)

Min iħaddem (li jimpjiega istituzzjoni jew korp tal-UE)

Isem

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

Post tax-xogħol barra minn pajjiżek

Isem

Numru ta’ reġistrazzjoni

Numru tas-sigurtà soċjali

Numru fiskali

Indirizz (għallinqas raħal, kodiċi postali, pajjiż)

L-ebda indirizz fiss fl-istat tax-xogħol

Data tal-bidu tax-xogħol bħala Personal b’kuntratt tal-Unjoni Ewropea

Il-leġiżlazzjoni li tkun għażlitha l-persuna ikkonċernata: il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih hu/hi tkun impjegat/il-leġiżlazzjoni tal-Istat li fih hu/hi kienet soġġetta l-aħħar/il-leġiżlazzjoni tal-Istat tan-nazzjonalità tiegħu/tagħha

C.   KAMPJUNI TA’ RINUNZJI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-FORMOLI TAL-APPLIKAZZJONI

1.   Ġenerali:

“Jien niddikjara li l-informazzjoni fuq din il-formola hija vera u kompleta.”

“Weġibt għall-mistoqsijiet kollha b’mod korrett bl-aħjar għarfien tiegħi.”

2.   Kollokament ta’ persuni impjegati:

“Niddikjara li jiena naf bil-possibilità li jsiru kontrolli matul il-perjodu kollu tal-kollokament sabiex jiġi aċċertat li dan il-perjodu ma ntemmx. Kontrolli bħal dawn jista’ jkollhom x’jaqsmu, partikolarment, mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u mal-manteniment tar-relazzjoni diretta.”

“Bħala persuna li nħaddem persuni ikkollokati, jiena niddikjara li t-tagħrif huwa sħiħ u korrett. Jiena konxju tal-fatt, li l-informazzjoni pprovduta tista’ tiġi skrutinizzata fi <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> kif ukoll fl-Istat riċevitur mill-istituzzjoni kompetenti. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma tkunx skont is-sitwazzjoni fattwali, id-dokument dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli jista’ jiġi rtirat retroattivament. F’dan il-każ, sejra tkun applikabbli l-leġiżlazzjoni tal-Istat riċevitur fejn l-impjieg isir tabilħaqq. Nimpenja ruħi li ninforma lill-istituzzjoni kompetenti fi <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> (i) jekk l-impjegat ma jkunx ġie kkollokat jew jekk il-perjodu tal-kollokament ikun ġie interrott għal aktar minn xahrejn jew (ii) jekk il-kollokament ikun intemm qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ kollokament preżunt.”

3.   Kollokament ta’ persuni b’impjieg indipendenti:

“Niddikjara li jiena naf bil-possibilità ta’ kontrolli matul il-perjodu kollu li matulu jien se nkun qed nagħmel attività temporanja fl-Istat li fih jien attiv, sabiex jiġi aċċertat li l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dik l-attività ma nbidlux. Kontrolli bħal dawn jista’ jkollhom x’jaqsmu, mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u l-manteniment tal-infrastruttura meħtieġa sabiex titkompla l-attività fl-Istat li fih jiena stabbilit.”

4.   Attivitajiet għal min iħaddem wieħed f’żewġ Stati Membri jew aktar - rinunzja għal min iħaddem:

“Jiena niddikjara li t-tagħrif huwa sħiħ u korrett. Jiena konxju tal-fatt, li l-informazzjoni pprovduta tista’ tiġi skrutinizzata fi <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> kif ukoll fl-Istat riċevitur tal-impjieg mill-istituzzjoni kompetenti. Jekk l-informazzjoni pprovduta ma tkunx skont is-sitwazzjoni fattwali, id-dokument dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli jista’ jiġi irtirat retroattivament. F’dan il-każ, il-kwistjoni dwar liema leġiżlazzjoni hija applikabbli trid tiġi determinata mill-ġdid abbażi taċ-ċirkostanzi attwali. Nimpenja ruħi li ninforma lill-istituzzjoni kompetenti ta’ <isem tal-Istat Membru tal-kollokament> bit-tibdiliet kollha dwar ir-relazzjoni ta’ impjieg (jiġifieri bidla ta’ min iħaddem, bidla taċ-ċentru tal-interessi, bidla fis-sigħat tax-xogħol, assunzjoni ta’ attivitajiet ġodda).”


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.