28.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 331/225


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2079

tad-19 ta' Diċembru 2018

dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-manifatturi Audi AG, BMW AG, FCA Italy S.p.A., Ford Motor Company, Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, JLR Jaguar Land Rover LTD, Opel Automobile GmbH, PSA Peugeot Citroën, Groupe Renault, Robert Bosch GmbH, Toyota Motor Europe NV/SA, Volvo Cars Corporation u Volkswagen AG (“l-applikanti”) ippreżentaw applikazzjoni b'mod konġunt għall-approvazzjoni tal-funzjoni tal-engine idle coasting bħala ekoinnovazzjoni fil-21 ta' Marzu 2018.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2).

(3)

L-applikazzjoni tirreferi għall-funzjoni tal-engine idle coasting li se tintuża fil-vetturi tal-kategorija M1 b'sistema konvenzjonali motopropulsiva (magna termali mhux ibrida). Il-prinċipju bażiku ta' din it-teknoloġija innovattiva huwa li l-magna tal-kombusjoni tiġi skonnessa mis-sistema tal-mototrażmissjoni u b'hekk tiġi evitata d-deċellerazzjoni kkawżata mill-ibbrejkjar tal-magna. Il-funzjoni għandha tiġi attivata awtomatikament fil-modalità ta' sewqan predominanti, li hija l-modalità magħżula awtomatikament meta tinxtegħel il-vettura. B'hekk il-coasting jintuża biex tiżdied id-distanza li tibqa' miexja l-vettura meta ma jkunx hemm propulsjoni u ma jkunx meħtieġ tnaqqis bil-mod tal-veloċità. Waqt il-“coasting”, l-enerġija kinetika u potenzjali tal-vettura tintuża direttament biex tingħeleb ir-reżistenza tas-sewqan u, bħala konsegwenza, sabiex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil. Biex tinkiseb deċellerazzjoni inqas b'saħħitha, il-magna tiġi skonnessa mis-sistema ta' mototrażmissjoni billi jinfetaħ klaċċ. Dan isir b'mod awtomatiku mill-unità ta' kontroll tat-trażmissjoni awtomatika jew permezz ta' sistema awtomatizzata tal-klaċċ fil-każ ta' gerboks manwali. Fil-fażijiet tal-coasting il-magna tkun qed taħdem mingħajr ingranaġġ.

(4)

Permezz tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1132 (3) u (UE) 2017/1402 (4), il-Kummissjoni approvat l-applikazzjonijiet rispettivament, ta' Porsche AG dwar funzjoni tal-coasting maħsuba għall-użu esklussivament fil-vetturi Porsche S-segment tal-kategorija M1 (sport coupé) u ta' BMW AG dwar funzjoni tal-engine idle coasting, maħsuba għall-użu esklussivament fil-vetturi BMW tal-kategorija M1, li jkollhom motopropulsjoni konvenzjonali u trażmissjoni awtomatika. Il-funzjoni tal-engine idle coasting, li hija s-suġġett tal-applikazzjonijiet attwali, hija maħsuba biex tintuża fi kwalunkwe vettura tal-kategorija M1 b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni awtomatika jew manwali.

(5)

L-applikanti pprovdew metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis tas-CO2 bl-użu tal-funzjoni tal-engine idle coasting, li tinkludi ċiklu ta' testijiet NEDC immodifikat biex jagħti l-possibbiltà li l-vettura timxi mingħajr ingranaġġ (coasting). Biex jiġi ddeterminat kemm jinkiseb iffrankar ta' CO2, il-vettura mgħammra bil-funzjoni tal-engine idle coasting trid titqabbel ma' vettura ta' referenza li ma tkunx mgħammra b'din l-istess funzjoni, jew li fiha l-funzjoni ma tistax tintuża fil-modalità ta' sewqan predominanti inkella li tkun ġiet diżattivata għall-fini tal-ittestjar. Biex jinkiseb tqabbil tajjeb, il-vettura ta' referenza trid tiġi ttestjata bl-NEDC standard f'kundizzjonijiet ta' startjar sħun, filwaqt li l-kundizzjonijiet immodifikati li japplikaw għall-vettura mgħammra bl-ekoinnovazzjoni jridu jitqiesu billi jintuża fattur tal-konverżjoni għall-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2. Huwa meqjus xieraq li l-fattur ta' konverżjoni jinżamm fil-valur ta' 0,960, bi qbil mal-fattur ta' konverżjoni stipulat fid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1132 u (UE) 2017/1402.

(6)

Element ewlieni biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 huwa l-proporzjon tad-distanza li tivvjaġġa vettura li tulha tkun attivata l-funzjoni tal-coasting, filwaqt li jitqies li l-funzjoni tal-coasting tista' tiġi diżattivata f'modalitajiet ta' sewqan differenti mill-modalità ta' sewqan predominanti. Sabiex titqies id-diversità ta' vetturi le hemm fis-suq, jixraq li jiġi stabbilit fattur tal-użu li jkun rappreżentattiv tar-rata ta' attivazzjoni ta' din it-teknoloġija għal firxa wiesgħa ta' vetturi f'kundizzjonijiet reali tal-użu. Abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti, huwa ċar li l-attivazzjoni tat-teknoloġija tal-engine idle coasting tiddependi minn ċerti limiti ta' veloċità li jistgħu jvarjaw bejn vetturi differenti. Abbażi tad-data pprovduta, jixraq li l-funzjoni tal-coasting titqies bħala attiva f'veloċitajiet ogħla minn 15 km/h.

(7)

L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni turi li l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 huma ssodisfati għal firxa ta' vetturi tal-kategorija M1 mgħammrin bi trażmissjoni awtomatika jew manwali li għandhom sistema ta' motopropulsjoni konvenzjonali. Barra minn hekk, l-applikazzjoni hija sostnuta minn rapporti ta' verifika stabbiliti minn korpi ċċertifikati u indipendenti kif meħtieġ mill-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(8)

Abbażi tal-informazzjoni li ngħatat mal-applikazzjoni konġunta attwali, u filwaqt li titqies l-esperjenza li nkisbet mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-funzjoni tal-coasting tal-Porsche AG fil-qafas tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1132, mill-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-funzjoni tal-engine idle coasting tal-BMW AG fil-qafas tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1402, u minn studju intern li evalwa d-distanza relattiva li l-vettura timxi waħedha mingħajr ingranaġġ (coasting), il-fatturi tal-użu u l-iffrankar ta' CO2 tat-teknoloġija tal-coasting (5), intwera b'mod sodisfaċenti li l-funzjoni tal-engine idle coasting tissodisfa l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li din hija kapaċi trendi tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' mill-inqas 1 gm CO2/km bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 għall-vetturi tal-kategorija M1 b'sistema ta' motopropulsjoni konvenzjonali. Għalhekk hija l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li trid tivverifika li l-limitu massimu ta' 1gCO2/km speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 huwa ssodisfat u li trid tiċċertifika l-iffrankar reali ta' CO2 minn verżjonijiet diversi tal-vetturi fil-kategorija M1 mgħammra bil-funzjoni tal-engine idle coasting.

(9)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma għandha tagħmel l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.

(10)

Biex jiġi ċċertifikat l-iffrankar ta' CO2 bil-funzjoni tal-engine idle coasting, il-manifatturi jridu jipprovdu, flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, rapport ta' verifika minn korp ta' verifika indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li l-vettura mgħammra bil-funzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni.

(11)

Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tqis li l-funzjoni tal-engine idle coasting ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li tiċħad l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar.

(12)

Din id-Deċiżjoni trid tapplika għall-proċedura tat-testijiet imsemmija fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6). B'effett mill-1 ta' Jannar 2021, it-teknoloġiji innovattivi jridu jiġu vvalutati skont il-proċedura tat-testijiet stipulata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (7). Din id-deċiżjoni għandha tapplika għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur sa tmiem is-sena kalendarja 2020.

(13)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), irid jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li se jintuża għat-teknoloġija innovattiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni

Il-funzjoni tal-engine idle coasting hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija innovattiva tkun installata f'vetturi b'sistema ta' motopropulsjoni konvenzjonali tal-kategorija M1 li jkollhom gerboks bi trażmissjoni awtomatika jew gerboks manwali bil-klaċċ awtomatizzat;

(b)

il-funzjoni tal-engine idle coasting tiġi attivata awtomatikament fil-modalità ta' sewqan li tintgħażel dejjem meta tinxtegħel il-vettura indipendentement mill-modalità tat-tħaddim tal-vettura meta din tkun intfiet l-aħħar (“il-modalità ta' sewqan predominanti”);

(c)

il-funzjoni tal-engine idle coasting ma tistax tiġi diżattivata fil-modalità ta' sewqan predominanti, la mis-sewwieq u lanqas minn interventi esterni;

(d)

il-funzjoni tal-engine idle coasting tkun attiva mill-inqas sa 15 km/h;

(e)

għall-vetturi bil-kapaċità li jibqgħu mexjin mingħajr ingranaġġ (coasting) f'deċellerazzjoni sa veloċità ta' inqas minn 15 km/h, il-funzjoni tal-engine idle coasting jenħtieġ li tiġi diżattivata f'veloċità ta' 15 km/h għall-iskop tat-test imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

Kwalunkwe manifattur jista', bi qbil mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, japplika għand awtorità tal-approvazzjoni għal ċertifikat tal-iffrankar ta' CO2 bil-funzjoni tal-engine idle coasting b'referenza għal din id-Deċiżjoni.

L-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni għandħa tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li l-vettura mgħammra bil-funzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, u li jkun issodisfat il-limitu tal-iffrankar ta' CO2 ta' 1gCO2/km speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 bl-użu tal-funzjoni tal-engine idle coasting imsemmija fl-Artikolu 1 għandu jiġi ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika t-tnaqqis li jinkiseb, inter alia billi tuża r-rapport ta' verifika msemmi fl-Artikolu 2 u għandha tiċċertifika dak il-livell ta' tnaqqis, dejjem jekk jintlaħaq il-limitu speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Dak it-tnaqqis għandu jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur sa tmiem is-sena kalendarja 2020.

Artikolu 4

Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 25 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni bi qbil mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Artikolu 5

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1132 tal-10 ta' Lulju 2015 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-coasting tal-Porsche AG bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1402 tat-28 ta' Lulju 2017 dwar l-approvazzjoni tal-funzjoni tal-BMW AG tal-engine idle coasting bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 29.7.2017, p. 14).

(5)  “Evaluation of the relative coasting distance, usage factors and CO2 savings for the coasting technology”, studju mwettaq mid-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea, https://publications.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/9673ca61-9abc-11e8-a408-01aa75ed71a1

Ir-rapport huwa bbażat fuq kundizzjonijiet reali speċifiċi tas-sewqan tal-ittestjar u fuq vetturi li mhumiex mgħammrin bil-funzjoni tal-coasting. Ir-riżultati huma l-unika rappreżentazzjoni tal-potenzjal tat-teknoloġija tal-coasting f'kundizzjonijiet speċifiċi u jistgħu jitqiesu biss bħala dokumentazzjoni ta' sostenn.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT L-IFFRANKAR TA' CO2 BL-UŻU TAL-FUNZJONI TAL-ENGINE IDLE COASTING

1.   DAĦLA

Biex jiġi stabbilit l-iffrankar ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu tal-funzjoni tal-engine idle coasting, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-affarijiet li ġejjin:

(1)

Il-vetturi tat-test;

(2)

Il-proċedura biex il-vettura tiġi pprekondizzjonata;

(3)

Il-proċedura biex tiġi ddeterminata t-tagħbija fit-triq fuq id-dinamometru;

(4)

Il-proċedura biex jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati;

(5)

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' CO2 ta' vettura ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati;

(6)

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet ta' startjar sħun tat-Tip 1;

(7)

Il-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2;

(8)

Il-kalkolu tal-inċertezza tal-iffrankar ta' CO2.

2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

Is-simboli bil-Latin

Formula

iffrankar ta' CO2 [fi grammi ta' CO2 għal kull kilometru]

CO2

Diossidu tal-karbonju

c

Parametru ta' konverżjoni

BMC

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

EMC

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

Formula

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip (NEDC) [gCO2/km]

BTA

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-ittestjar (NEDC) għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]

ETA

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar (NEDC) għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]

RCDRW

Distanza relattiva tal-coasting f'kundizzjonijiet reali tat-triq [%];

RCDmNEDC

Distanza relattiva tal-coasting f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [%]

UF

Fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting

Formula

Il-marġni ta' statistika tal-iffrankar totali ta' CO2 [fi grammi ta' CO2 għal kull kilometru]

Formula

Id-devjazzjoni standard mill-medja aritmetika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet (NEDC) tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]

Formula

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

sUF

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-fattur tal-użu

Simboli miktubin taħt il-vers

RW

Kundizzjonijiet reali tat-triq

TA

Kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (NEDC)

B

Referenza

3.   IL-VETTURI TAT-TEST

Il-vetturi tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Vettura ta' referenza: vettura mingħajr it-teknoloġija innovattiva, inkella bit-teknoloġija innovattiva diżattivata. Għal dik il-vettura, għandu jiġi vverifikat li l-funzjoni tal-coasting ma tkunx attivata waqt it-test NEDC (jiġifieri t-test li jsir biex jinkiseb

Formula

);

(b)

Vettura ekoinnovattiva: Vettura bit-teknoloġija innovattiva installata u attiva fil-modalità ta' sewqan prestabbilita jew predominanti. Il-modalità ta' sewqan predominanti hija dik li tintgħażel dejjem meta tinxtegħel il-vettura indipendentement mill-modalità tat-tħaddim tal-vettura l-aħħar li tkun intfiet. Il-funzjoni tal-coasting malli tinxtegħel il-magna ma tkunx tista' tiġi diżattivata mis-sewwieq fil-modalità ta' sewqan predominanti;

4.   IL-PREKONDIZZJONAMENT TAL-VETTURI

Sabiex jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-ittestjar sħun tas-sistema tal-motopropulsjoni, għandu jsir prekondizzjonament wieħed sħiħ, jew aktar minn wieħed, tal-NEDC jew tal-mNEDC.

5.   ID-DETERMINAZZJONI TAT-TAGĦBIJA FIT-TRIQ

Id-determinazzjoni tat-tagħbija fit-triq bid-dinamometru għandha ssir fuq ir-rombli dinamometriċi kif ġej:

Prekondizzjonament tal-vettura skont il-punt 4;

Id-determinazzjoni tat-tagħbija fit-triq bid-dinamometru, skont il-proċeduri ddefiniti fl-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83.

6.   ID-DEFINIZZJONI TAL-KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR MODIFIKATI

6.1.   Id-definizzjoni tal-Kurva tad-Deċellerazzjoni Libera (coast down)

Id-determinazzjoni tal-kurva tad-deċellerazzjoni libera (coast down) fil-modalità tal-coasting issir fuq ir-rombli dinamometriċi u ssegwi l-passi obbligatorji li ġejjin:

It-tlugħ tat-temperatura tal-karozza għat-temperatura tat-tħaddim bl-użu tal-proċedura ta' prekondizzjonament;

L-eżekuzzjoni ta' deċelerazzjoni libera fil-modalità coasting minn 125 km/h għal waqfa totali jew għall-aktar veloċità baxxa possibbli tal-coasting.

6.2.   Il-ġenerazzjoni tal-Profil tal-Veloċità NEDC immodifikat (mNEDC)

Il-profil tal-veloċità mNEDC għandu jiġi ġġenerat skont ir-regoli li ġejjin:

Is-sekwenza tat-test hija magħmula minn ċiklu urban magħmul minn erba' ċikli urbani elementari u minn ċiklu extra-urban;

Ir-rampi ta' aċċellerazzjoni kollha huma identiċi għal dawk tal-profil NEDC;

Il-livelli ta' veloċità kostanti kollha huma identiċi għal dawk tal-profil NEDC;

Il-valuri tad-deċelerazzjoni meta tkun diżattivata l-funzjoni tal-coasting huma ugwali għal dawk fil-profil NEDC;

It-tolleranzi tal-veloċità u tal-ħin għandhom ikunu skont il-paragrafu 1.4 tal-Anness 7 tar-Regolament Nru 101 tan-NU/KEE.

Id-devjazzjoni mill-profil NEDC għandha titnaqqas kemm jista' jkun u d-distanza kumplessiva għandha tikkonforma mat-tolleranzi speċifikati tal-NEDC;

Id-distanza fi tmiem kull fażi tad-deċellerazzjoni tal-profil mNEDC għandha tkun ugwali għad-distanzi fl-aħħar ta' kull fażi ta' deċellerazzjoni tal-profil NEDC;

Għall-fażijiet kollha tal-aċċellerazzjoni, tal-veloċità kostanti u tad-deċellerazzjoni għandhom jiġu applikati t-tolleranzi standard tal-NEDC.

Matul il-fażijiet tal-coasting, il-magna tal-kombustjoni interna tiġi skonnessa u mhijiex permessa ebda attività ta' korrezzjoni tat-trajettorja tal-veloċità.

Il-limitu l-aktar baxx tal-veloċità għall-coasting vmin: Il-modalità tal-coasting għandha tiġi diżattivata fil-limitu baxx tal-veloċità (15 km/h) permezz tal-attivazzjoni tal-brejk.

Ħin minimu biex tieqaf il-vettura: Il-ħin minimu wara kull deċellerazzjoni tal-coasting għal waqfa totali jew għal fażi ta' veloċità kostanti huwa ta' 2 sekondi (Formula fil-Grafika 1).

Ħin minimu għall-fażijiet ta' veloċità kostanti: Il-ħin minimu għall-fażijiet ta' veloċità kostanti wara l-aċċellerazzjoni jew wara d-deċellerazzjoni tal-coasting għandu jkun ta' mill-inqas 2 sekondi (Formula fil-Grafika 1).

Waqt il-fażijiet ta' deċellerazzjoni, il-modalità tal-coasting tista' tiġi attivata jekk il-veloċità tkun inqas minn vmax meta l-veloċità massima taċ-ċiklu tat-test tkun vmax.

Il-modalità tal-coasting tista' tiġi diżattivata f'veloċitajiet akbar minn vmin.

Grafika 1

Illustrazzjoni tal-parametri li ntużaw biex jiġġeneraw mNEDC

Image

Il-ġenerazzjoni tal-profil tal-gerijiet għall-vetturi b'gerboks manwali

Għall-vetturi mgħammra b'gerboks manwali, it-tabella tat-tibdil tal-gerijiet għandha tiġi addattata bl-użu tas-suppożizzjonijiet li ġejjin:

1.

l-għażla tal-gerijiet waqt l-aċċelerazzjoni tal-vettura tibqa' l-istess kif iddefinit għall-NEDC

2.

il-ħin biex jitbaxxa l-ger fl-NEDC immodifikat huwa differenti minn dak tal-NEDC biex jiġi evitat li l-ger jitbaxxa waqt il-fażijiet tal-coasting (eż. antiċipat qabel il-fażijiet ta' deċellerazzjoni)

Il-punti tat-tibdil tal-ger predefiniti fil-parti taċ-ċiklu ECE tal-NEDC huma mmodifikati kif deskritt fit-tabella li ġejja:

Image

1

PM = il-gerboks fil-pożizzjoni newtrali bil-klaċċ attivat. K1, K2 = l-ewwel jew it-tieni ger ingranat, bil-klaċċ diżattivat.

Image

7.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 MILL-VETTURA B'TEKNOLOĠIJA EKOINNOVATTIVA F'KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR IMMODIFIKATI (EMC)

L-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ekoinnovattivi jridu jitkejlu skont l-Anness 6 tar-Regolament NU/KEE Nru 101 (Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil mill-vetturi li jaħdmu b'magna tal-kombustjoni interna biss). L-elementi li ġejjin għandhom jiġu mmodifikati:

Il-prekondizzjonament tal-vettura

Il-profil tal-veloċità

L-għadd ta' testijiet

Il-prekondizzjonament tal-vettura

Il-prekondizzjonament għandu jsir skont it-Taqsima 4 ta' dan l-Anness.

Il-profil tal-veloċità

Il-profil tal-veloċità għandu jiġi ġġenerat skont it-Taqsima 6 ta' dan l-Anness.

L-għadd ta' testijiet

Il-proċedura sħiħa tat-test fuq il-bank tat-test trid tittenna mill-inqas tliet darbiet. Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vettura ekoinnovattiva (EMC) u d-devjazzjoni standard rispettiva tal-medja aritmetika (Formula) għandhom jiġu kkalkulati.

8.   ID-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 TAL-VETTURA TA' REFERENZA F'KUNDIZZJONIJIET TAL-ISTARTJAR SĦUN GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP (

Formula

)

L-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi ta' referenza jridu jitkejlu skont l-Anness 6 tar-Regolament NU/KEE Nru 101 (Metodu ta' kejl tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil mill-vetturi li jaħdmu b'magna tal-kombustjoni interna biss). L-elementi li ġejjin għandhom jiġu mmodifikati:

Il-prekondizzjonament tal-vettura

L-għadd ta' testijiet

Il-prekondizzjonament tal-vettura

Il-prekondizzjonament għandu jsir skont it-Taqsima 4 ta' dan l-Anness.

L-għadd ta' testijiet

Il-proċedura sħiħa tat-test f'kundizzjonijiet ta' startjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip (NEDC) fuq il-bank tat-test trid tittenna mill-inqas tliet darbiet. Għandhom jiġu kkalkulati l-medja aritmetika tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vettura ta' referenza (Formula) u d-devjazzjoni standard rispettiva tal-medja aritmetika (Formula).

9.   IL-KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA' CO2

Il-formula għall-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2 hija din li ġejja:

Il-Formula numru 1:

Formula

Fejn

Formula

:

iffrankar ta' CO2 [gCO2/km]

BMC

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

EMC

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

BTA

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-ittestjar (NEDC) għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]

ETA

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura b'teknoloġija ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar (NEDC) għall-approvazzjoni tat-tip [gCO2/km]

UFMC

:

Il-fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting f'kundizzjonijiet immodifikati, li huwa 0,52 għall-vetturi mgħammrin b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni awtomatika, u 0,48 għall-vetturi mgħammrin b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni manwali bi klaċċ awtomatizzat.

UFTA

:

Il-fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (NEDC)

Billi t-teknoloġija innovattiva mhijiex attivata fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (NEDC), l-ekwazzjoni ġenerali biex jiġi kkalkulat l-iffrankar ta' CO2 tista' tiġi ssimplifikata kif ġej:

Il-Formula numru 2:

Formula

Minn hawn 'il quddiem, it-terminu UFMC tal-Formula numru 2 se jinkiteb sempliċiment bħala “UF” billi dan huwa l-fattur uniku tal-użu minħabba s-simplifikazzjoni ta' qabel.

Biex jiġi ddeterminat il- BMC, iridu jiġu segwiti l-istess kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati minn vettura li ma jkollhiex il-funzjoni tal-coasting.

Wieħed għandu jassumi li l-vettura ta' referenza hija kapaċi twettaq sailing curve (il-linja 2′ fil-Grafika 2) mingħajr skonnettjar tal-magna minn mar-roti, għalkemm b'inqas effiċjenza minn vettura li tkun (coasting) miexja waħedha mingħajr ingranaġġ (jiġifieri li kapaċi tiskonnettja l-magna minn mar-roti). Is-sailing huwa maħsub bħala l-imġiba ipotetika ta' coasting tal-vettura ta' referenza.

Grafika 2

Is-sailing curve għall-vettura ta' referenza

Image

Karatteristika komuni ta' vettura ta' referenza hija li, fil-fażijiet ta' deċellerazzjoni fil-kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip (NEDC) (3) u tal-NEDC immodifikati (2′ + 3′) ma jintużax fjuwil (cut-off).

Id-definizzjoni tal-coasting curve (1′ + 2′ + 3′) tal-vettura ta' referenza hija proċess kumpless, billi hemm involuti parametri differenti (eż. il-firxa tal-gerijiet, kemm issir domanda fuq l-enerġija elettrika, it-temperatura tat-trażmissjoni). Minħabba f'hekk, billi jkun diffiċli għas-sewwieq biex jintraċċa dawn il-veloċitajiet mingħajr ma jaqbeż it-tolleranzi tal-veloċità u tal-ħin, ġie propost li jintuża parametru ta' konverżjoni (jiġifieri l-fattur-c) għall-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet immodifikati (BMC) mill-emissjonijiet ta' CO2 tal-emissjonijiet tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet ta' startjar sħun tal-approvazzjoniji tat-tip (NEDC) (Formula).

Ir-relazzjoni bejn Formula u BMC hija ddefinita bl-użu tal-fattur-c, li tidher fil-Formula 3 ta' hawn taħt

Il-Formula numru 3:

Formula

B'riżultat ta' dan il-Formula 2 issir

Il-Formula numru 4:

Formula

Fejn

c

:

Il-parametru ta' konverżjoni, li hu 0,960

Formula

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip (NEDC) [gCO2/km]

EMC

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

UF

:

Il-fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting f'kundizzjonijiet immodifikati, li huwa 0,52 għall-vetturi mgħammrin b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni awtomatika, u 0,48 għall-vetturi mgħammrin b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni manwali bi klaċċ awtomatizzat.

Id-determinazzjoni tal-Fattur tal-Użu

Il-fattur tal-użu ġie ddefinit permezz tal-Formula numru 5.

Il-Formula numru 5:

Formula

Fejn:

RCDRW

:

Id-distanza relattiva tal-coasting f'kundizzjonijiet reali tat-triq [%];

RCDmNEDC

:

Id-distanza relattiva tal-coasting f'kundizzjonijiet tal-ittestjar tal-NEDC immodifikati [%].

Id-distanza relattiva tal-coasting RCD f'kundizzjonijiet reali tat-triq hija ddefinita bħala d-distanza li tkun imxiet il-vettura bil-coasting attivat diviża bid-distanza totali misjuqa f'kull vjaġġ.

10.   IL-KALKOLU TAL-INĊERTEZZA

L-inċertezza dwar kemm sar iffrankar ta' CO2 m'għandhiex taqbeż iż-0,5 g ta' CO2 kull kilometru (il-Formula numru 6).

Il-Formula numru 6:

Formula

Formula

:

Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali tas-CO2 [fi grammi ta' CO2 għal kull kilometru],

Il-formula biex jiġi kkalkulat il-marġni statistiku hija

Il-Formula numru 7:

Formula

Fejn

Formula

:

Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali tas-CO2 [fi grammi ta' CO2 għal kull kilometru],

c

:

Il-parametru ta' konverżjoni, li hu 0,960

Formula

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-istartjar sħun għall-approvazzjoni tat-tip (NEDC) [gCO2/km]

Formula

:

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

EMC

:

Il-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

Formula

:

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura ekoinnovattiva f'kundizzjonijiet tal-ittestjar immodifikati [gCO2/km]

UF

:

Il-fattur tal-użu tat-teknoloġija tal-coasting, li huwa 0,52 għall-vetturi mgħammrin b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni awtomatika, u 0,48 għall-vetturi mgħammrin b'motopropulsjoni konvenzjonali u bi trażmissjoni manwali bi klaċċ awtomatizzat.

sUF

:

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-fattur tal-użu, li huwa 0,027;

11.   AĠĠUSTAMENT

Il-valur ikkalkulat tal-iffrankar ta' CO2 (Formula) u l-marġni statistiku tal-iffrankar ta' CO2 (Formula) iridu jiġu aġġustati 'l fuq u jiġu espressi għal massimu ta' żewġ punti deċimali.

Kull valur li jintuża fil-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2 (jiġifieri Formula u EMC) jista' jintuża mingħajr aġġustament jew irid jiġi aġġustat 'il fuq u jiġi espress għal għadd minimu ta' punti deċimali li jippermetti li l-impatt totali massimu (jiġifieri l-impatt ikkombinat tal-valuri aġġustati kollha) fuq l-iffrankar ta' CO2 ikun inqas minn 0,25 g ta' CO2 għal kull kilometru.

12.   PROVA LI L-LIMITU MINIMU INQABEŻ B'MOD SINIFIKANTI MIL-LAT STATISTIKU

Trid tintuża l-Formula li ġejja biex jintwera li l-limitu ta' 1 g ta' CO2 għal kull kilometru nqabeż b'mod sinifikanti mil-lat statistiku:

Formula

Fejn

MT

:

Limitu minimu [gCO2/km]

Formula

:

iffrankar ta' CO2 [gCO2/km]

Formula

:

Il-marġni statistiku tal-iffrankar totali tas-CO2 [fi grammi ta' CO2 għal kull kilometru],

Meta l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2, b'riżultat tal-kalkolu permezz tal-Formula numru 4, ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.