|
27.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/2063
tat-18 ta' Diċembru 2018
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/2/2018)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, inkluż id-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fid-9 ta' Jannar 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/57 (2), li ħatret lis-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2018 sal-14 ta' Jannar 2019. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Diċembru 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2008 (3), li estendiet il-mandat tal-EUCAP Sahel Mali sat-28 ta' Frar 2019. |
|
(4) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Philippe RIO bħala l-Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Mali huwa b'dan estiż mill-15 ta' Jannar 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tiskadi fit-28 ta' Frar 2019.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/57 tad-9 ta' Jannar 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (EUCAP Sahel Mali/1/2018) (ĠU L 10, 13.1.2018, p. 14).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2008 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 24).