27.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/2061

tat-18 ta' Diċembru 2018

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/2/2018)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUBAM Libya, inkluża, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li taħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-30 ta' Awwissu 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1634 (2), li taħtar lis-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya mill-1 ta' Settembru 2016 sal-21 ta' Awwissu 2017.

(3)

Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1342/ (3), li testendi l-mandat ta' EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(4)

Fit-18 ta' Lulju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1401 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2017 sal-21 ta' Awwissu 2018.

(5)

Fl-20 ta' Marzu 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/558 (5), li testendi l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya mit-22 ta' Awwissu 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(6)

Fis-17 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/2009 (6), li testendi l-mandat ta' EUBAM Libya mill-1 ta' Jannar 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020.

(7)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala l-Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya jiġi estiż mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Vincenzo TAGLIAFERRI bħala Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1634 tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 10).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 60).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1401 tat-18 ta' Lulju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 199, 29.7.2017, p. 13).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/558 tal-20 ta' Marzu 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (EUBAM Libya/1/2018) (ĠU L 93, 11.4.2018, p. 3).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2009 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 322, 18.12.2018, p. 25).