19.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2023

tas-17 ta' Diċembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1984 li tiddetermina, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, il-valuri ta' referenza fir-rigward tal-valuri ta' referenza għall-perjodu mit-30 ta' Marzu 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għall-produtturi jew għall-importaturi stabbiliti fir-Renju Unit, li qiegħdu l-idrofluworokarburi legalment fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015, kif irrappurtat fil-qafas ta' dak ir-Regolament

(notifikata bid-dokument C(2018) 8801)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(3) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014, it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' minn tal-inqas 100 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 ta' idrofluworokarburi (“HFCs”) fis-sena mill-produtturi jew mill-importaturi huwa soġġett għal limiti kwantitattivi sabiex jiġi żgurat it-tnaqqis gradwali tagħhom.

(2)

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, il-limiti kwantitattivi – il-kwoti – jiġu kkalkulati abbażi ta' valuri ta' referenza ddeterminati mill-Kummissjoni abbażi tal-medja annwali tal-kwantitajiet ta' HFCs li l-produtturi jew l-importaturi rrappurtaw skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 li qiegħdu legalment fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 'il quddiem, filwaqt li jiġu esklużi l-kwantitajiet ta' HFCs għall-użi msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli, b'konformità mal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jiġu allokati kwoti ta' HFCs lill-produtturi jew lill-importaturi kif elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1984 (2) li huma stabbiliti fl-Unjoni jew lill-importaturi minn pajjiżi terzi li jaħtru rappreżentant uniku stabbilit fl-Unjoni kif elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1984.

(4)

Fid-dawl tan-notifika skont l-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea mir-Renju Unit u sabiex jiġi żgurat li l-valuri ta' referenza u l-kwoti mill-produtturi u mill-importaturi stabbiliti fir-Renju Unit jirriflettu t-tqegħid tal-HFCs legalment fis-suq fl-Unjoni ta' 27 Stat Membru wara l-ħruġ tar-Renju Unit, jenħtieġ li l-valuri ta' referenza għal dawn il-kumpaniji jiġu kkalkulati mill-ġdid għall-2019 għall-perjodu wara l-ħruġ tar-Renju Unit fit-30 ta' Marzu 2019.

(5)

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sad-29 ta' Marzu 2019, jenħtieġ li l-valuri ta' referenza ddeterminati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1984 jibqgħu validi u applikabbli. Għad-determinazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u għall-importaturi stabbiliti fir-Renju Unit, il-valuri ta' referenza għall-perjodu sad-29 ta' Marzu, inkluż dakinhar, u għall-perjodu wara dakinhar, se jiġu pponderati bin-numru ta' jiem li r-Renju Unit ikun Stat Membru tal-Unjoni fl-2019.

(6)

Għall-kumpaniji stabbiliti fir-Renju Unit, il-valuri ta' referenza li jiġu kkalkulati mill-ġdid kif iddeterminat f'din id-Deċiżjoni huma bbażati fuq data vverifikata addizzjonali ppreżentata minn dawn il-kumpaniji lill-Kummissjoni u li tikkumplementa r-rapportar li diġà sar skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 billi ssir distinzjoni bejn l-HFCs li tqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u fl-Unjoni ta' 27 Stat Membru. Għall-kumpaniji li ma ppreżentawx data addizzjonali, jenħtieġ li wieħed jassumi li l-HFCs kollha tqiegħdu fis-suq fir-Renju Unit u jenħtieġ li ma jiġi ddeterminat l-ebda valur ta' referenza.

(7)

Il-valuri ta' referenza kkalkulati mill-ġdid jiġu stabbiliti fil-każ li fit-30 ta' Marzu 2019 id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-impriżi li għalihom hija indirizzata din id-Deċiżjoni u mid-data li fiha d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih, il-valur ta' referenza rispettiv fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1984 jiġi sostitwit bil-valur ta' referenza stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jew l-impriża titneħħa mill-Anness kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

ID tal-Portal tal-Gass Fluworurat b'Effett ta' Serra

Impriża

9401

A-Gas (UK) Ltd

Banyard Road, Portbury West

Bristol BS20 7XH

United Kingdom

16310

A-Gas Electronic Materials Limited

Unit 3, IO Center

Rugby CV21 1TW

United Kingdom

9590

AGC Chemicals Europe

York House

Hillhouse International Thornton Cleveleys FY5 4QD

United Kingdom

9605

American Pacific Corporation

Kif irrappreżentata minn:

Envigo Consulting Limited

Woolley Road

Alconbury, Cambridgeshire PE28 4HS

United Kingdom

13985

Apollo Scientific Ltd

Whitefield Road

Stockport SK6 2QR

United Kingdom

9418

BOC Ltd UK

The Surrey Research Park,

10 Priestley Road

Guildford, Surrey GU2 7XY

United Kingdom

9676

Coulstock & Plaice Ltd

Questor House

191 Hawley Road

Dartford Kent DA1 1PU

United Kingdom

9692

Daikin Airconditioning UK Ltd

The Heights — Brooklands

Weybridge — Surrey KT13 0NY

United Kingdom

9711

Dean & Wood Limited

15 Bruntcliffe Avenue, Leeds 27 Industrial Estate

Morley, Leeds LS27 0LL

United Kingdom

9761

EUROCHEM (SE) LTDS.

40 Southernwood Rise

Folkstone, Kent CT20 3NW

United Kingdom

9763

Fenix Fluor Limited

Rocksavage Site

Runcorn, Cheshire WA7 4JE

United Kingdom

9769

Fireboy Xintex Ltd

10 Holton Road

Holton Heath Ind. EstatePoole, Dorset BH16 6LT

United Kingdom

14063

Firetec Systems Ltd

Business Centre, Molly millars Lane 6

Wokingham RG412QZ

United Kingdom

9789

Fujitsu General Limited

Kif irrappreżentata minn:

Fujitsu General (U.K.) CO. Limited

Unit 330 Centennial Park

Centennial Avenue

Elstree, Herts

United Kingdom

9791

FX FIRE AND SAFETY SOLUTIONS LTD

Unit 3 Belvedere Business park

Crabtree Manorway South Belvedere Da17 6ah

United Kingdom

9797

Gaspack Services Limited

Unit H1Gellihirion Industrial Estate

Pontypridd CF37 5SX

United Kingdom

16319

General Traffic Ltd

Rutland Mill Adelaide Street Bolton

Bolton BL3 3NY

United Kingdom

9810

Halon and Refrigerant Services Limited

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Clwyd, Flintshire CH5 2QJ

United Kingdom

9545

Harp International Limited

GELLIHIRION INDUSTRIAL ESTATE

Pontypridd, Rhondda Cynon Taff CF37 5SX

United Kingdom

13586

H K Wentworth Ltd

Coalfield Way

Ashby de la Zouch LE65 1JR

United Kingdom

9829

IDS Refrigeration Ltd

Green Court, Kings Weston Lane

Avonmouth, Bristol BS11 8AZ

United Kingdom

9840

J & E Hall Limited

Questor House, 191 Hawley Road

Dartford Kent DA1 1PU

United Kingdom

9842

J Reid Trading Limited

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Clwyd, Flintshire CH5 2QJ

United Kingdom

16356

K.P.PAPWORTH & SONS

Hall Farm, Conington

Cambridge CB23 4LR

United Kingdom

9857

Kidde Products Ltd

Mathisen Way

ColnbrookSlough SL3 0HB

United Kingdom

9550

Macron Safety Systems (UK) Ltd

Burlingham House, Hewett Road

Gt Yarmouth NR31ONN

United Kingdom

9475

Mexichem UK Limited

The Heath Business & Technical Park

Runcorn, Cheshire WA7 4QX

United Kingdom

9916

Mitsubishi Electric Air Conditioning Systems Europe Ltd

Nettlehill Road

Livingston EH54 5EQ

United Kingdom

9478

National Refrigerants Ltd

6 Stanley Street

Liverpool L1 6AF

United Kingdom

9967

Refrigerant Sales Ltd

6 Stanley Street

Liverpool L1 6AF

United Kingdom

9558

Refrigerant Solutions Limited

8 Murieston Road, Hale

Altrincham, Cheshire WA15 9ST

United Kingdom

9976

RPL Holdings Limited

8 Murieston Road

Hale, Altrincham WA15 9ST

United Kingdom

9996

Sea-Fire Europe Ltd

Unity 2 Discovery Voyager Park Portfield Road

Portsmouth PO2 5FN

United Kingdom

10061

URW Refrigeration Wholesale Limited

15 Bruntcliffe Avenue, Leeds 27 Industrial Estate

Morley, Leeds LS27 0LL

United Kingdom

10063

VACS Europe Limited

Budbrooke Point No 2

Budbrooke Industrial Estate

Budbrooke Road

Warwick CV34 5XH

United Kingdom

15946

Waste Mixtures Limited

Murieston Road 8

Altrincham WA159ST

United Kingdom

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1984 tal-24 ta' Ottubru 2017 li, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tiddetermina l-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020 għal kull produttur jew importatur li jkun legalment qiegħed fis-suq l-idrofluworokarburi mill-1 ta' Jannar 2015 (ĠU L 287, 4.11.2017, p. 4).


ANNESS

Produtturi jew importaturi 1) li għalihom jiġu sostitwiti l-valuri ta' referenza (1) għall-perjodu mit-30 ta' Marzu 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 u l-valuri ta' referenza rispettivi tagħhom ikkalkulati mill-ġdid jew 2) li jitneħħew.


(1)  Kummerċjalment sensittivi – kunfidenzjali – ma jridux jiġu ppubblikati.