|
14.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/29 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1986
tat-13 ta' Diċembru 2018
li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxi regoli għall-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd imwettqa fit-territorju tal-Istati Membri jew fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jew, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat Membru tal-bandiera, minn ċittadini tal-Istati Membri, u jipprevedi b'mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar isiru fuq bażi mhux diskriminatorja fir-rigward ta' setturi, ta' bastimenti jew ta' persuni, u abbażi tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-Kummissjoni tista', flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, tadotta programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal sajd u għal baċiri tal-baħar speċifiċi. |
|
(3) |
Programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni għal diversi baċiri tal-baħar u ġew implimentati mill-Istati Membri permezz ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti, bl-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“EFCA”) tiżgura l-koordinazzjoni operazzjonali tal-attivitajiet ta' spezzjoni f'dan il-qafas. |
|
(4) |
L-evalwazzjoni REFIT reċenti tal-Kummissjoni (2) sabet li l-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni huma għodda effiċjenti u effettiva għal titjib fil-kooperazzjoni u fl-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri. |
|
(5) |
Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE (3), 2013/328/UE (4) u 2013/305/UE (5) jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2018. Jenħtieġ li dawn il-programmi jkunu previsti wkoll wara dik id-data biex ikomplu jkattru l-kooperazzjoni u l-iskambju tad-data fost l-Istati Membri, kif ukoll biex jippromwovu kundizzjonijiet ekwi fl-attivitajiet ta' spezzjoni u ta' kontroll fl-Unjoni kollha. |
|
(6) |
Sabiex jissimplifikaw l-adozzjoni u jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li dawk il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni jinġabru f'deċiżjoni unika waħda. Jenħtieġ li l-obbligu ta' rapportar tal-Istati Membri jiġi revedut, bl-għan li jkunu allinjati mal-punti ta' riferiment ġodda u biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv. |
|
(7) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fil-baċiri tal-baħar kollha, jenħtieġ li l-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni stabbiliti skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/156/UE (6) jiġi revedut ukoll, inklużi l-punti ta' riferiment u l-obbligi ta' rapportar. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jenħtieġ li l-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni jiddikjaraw il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi u l-prijoritajiet kif ukoll il-punti ta' riferiment għall-attivitajiet ta' spezzjoni. |
|
(9) |
Sabiex jirrifletti l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tas-sajd tal-Unjoni li ġew adottati dan l-aħħar, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni addizzjonali jiġi estiż għal ċerti stokkijiet u sajd addizzjonali. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni jinkludi wkoll is-sajd rikreattiv għall-istokkijiet koperti b'miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni u għas-sajd ġestit mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd. Jeħtieġ ukoll li l-prijoritajiet tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni jiġu allinjati ma' dawk tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkopri ċertu sajd fil-Baħar Baltiku, fil-Baħar tat-Tramuntana, fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku, fil-Lvant tal-Atlantiku, fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. |
|
(11) |
L-Artikolu 95(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li l-punti ta' riferiment tal-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għall-attivitajiet ta' spezzjoni jridu jiġu stabbiliti abbażi ta' ġestjoni tar-riskju. Għal dan l-għan, u sabiex jiġi previst approċċ koerenti għall-kontrolli u għall-ispezzjonijiet f'baċir tal-baħar u kundizzjonijiet ekwi għas-sajd ta' Stati Membri differenti, jenħtieġ li tintuża metodoloġija armonizzata għall-valutazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li l-metodoloġija armonizzata tiġi stabbilita mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-EFCA u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq it-theddidiet li jista' jkun hemm ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom lill-EFCA. L-EFCA jenħtieġ li tuża din l-informazzjoni meta tikkoordina l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali. |
|
(13) |
L-EFCA jenħtieġ li tistabbilixxi strateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju li għandha tiġi implimentata permezz ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt kif definit fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (7). |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 95(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn iridu jintużaw. |
|
(15) |
Jenħtieġ li jitwettqu attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza bejn l-Istati Membri, fejn ikun applikabbli, skont il-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti stabbiliti mill-EFCA sabiex tittejjeb l-uniformità fil-prattiki ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' sorveljanza u sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' sorveljanza bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri. |
|
(16) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-punti ta' riferiment fil-mira li jiddeterminaw l-intensità tal-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni għall-bastimenti tas-sajd fis-segmenti tal-flotta b'riskju għoli u għoli ħafna fl-Istati Membri kkonċernati kollha. Jenħtieġ li l-punti ta' riferiment fil-mira kollha jiġu vvalutati filwaqt li titqies l-evalwazzjoni annwali mwettqa mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati jużaw punti ta' riferiment fil-mira li jkunu alternattivi u espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba. |
|
(17) |
L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-EFCA fir-rigward tad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti, id-data mis-sistema elettronika ta' rapportar inklużi r-rapporti ta' attività tas-sajd, in-notifiki minn qabel, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trasbord, u n-noti tal-bejgħ, id-data tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza, inklużi r-rapporti ta' spezzjoni u ta' osservazzjoni u r-rapporti ta' ksur, u l-ipproċessar tad-data personali huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni, għall-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti u għall-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza. Jenħtieġ li jiġi żgurat, f'kull ħin u f'kull livell, li l-obbligi dwar il-protezzjoni tad-data personali stipulati fir-Regolamenti (UE) 2016/679 (8) u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jiġu rrispettati. |
|
(18) |
Jenħtieġ li d-data personali pproċessata għall-iskop ta' implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni ma tinħażinx għal perjodu li jaqbeż l-għaxar snin. Dan il-perjodu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-EFCA jlestu d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tas-segwitu, ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. Fir-rigward tad-data meħtieġa għas-segwitu ta' spezzjonijiet bħal inkjesti, ksur, u proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, huwa meħtieġ perjodu speċifiku itwal ta' żamma ta' għoxrin sena minħabba t-tul ta' tali proċessi u minħabba l-ħtieġa li dik id-data tintuża sa tmiem tali proċessi. Barra minn hekk, fejn id-data tintuża għal skopijiet xjentifiċi u għall-għoti ta' pariri xjentifiċi, jenħtieġ li l-perjodu ta' żamma jiġi estiż biex jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni xjentifiċi fit-tul tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. |
|
(19) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jħejju u jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża dawn ir-rapporti biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni u biex tevalwa l-adegwatezza u l-effettività tagħhom. Tali valutazzjoni tista' sservi bħala l-bażi għar-rieżami tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni:
|
(a) |
għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet jew l-ispeċijiet koperti mill-pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mill-pjanijiet adottati skont l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament kif ukoll minn miżuri oħra tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat u li jipprevedu limitazzjonijiet kwantitattivi u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd; |
|
(b) |
għas-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
|
(c) |
għal ċertu sajd li jisfrutta l-istokkijiet jew l-ispeċijiet soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, |
kif stabbilit fl-Annessi I sa V.
2. Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni huma stabbiliti fl-Annessi I sa V u għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri msemmija f'dawk l-Annessi (“l-Istati Membri kkonċernati”).
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom ikopru l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
l-attivitajiet tas-sajd skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fiż-żoni msemmija fl-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni (“żoni kkonċernati”); |
|
(b) |
l-attivitajiet relatati mas-sajd, inklużi l-użin, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd; |
|
(c) |
l-importazzjoni u l-importazzjoni indiretta kif definiti fl-Artikolu 2(11) u l-Artikolu 2(12) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (12), għas-sajd kopert fl-Anness I; |
|
(d) |
l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2(13) u l-Artikolu 2(14) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, għas-sajd kopert fl-Anness I; |
|
(e) |
is-sajd rikreattiv kif definit fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta jkun soġġett għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni u meta jkun speċifikat fl-Anness rilevanti; |
|
(f) |
il-miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-miżuri tal-Kummissjoni f'każ ta' theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
Artikolu 3
Objettivi
1. Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli għall-istokkijiet u għas-sajd imsemmija fl-Annessi I sa V.
2. L-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fil-qafas ta' kull programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom jimmiraw b'mod partikolari li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħha, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tal-kwota, ir-reġim tal-isforz u l-miżuri tekniċi applikati fiż-żoni kkonċernati; |
|
(b) |
l-obbligi ta' rapportar applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd, b'mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrapportata; |
|
(c) |
l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (13); |
|
(d) |
ir-regoli speċjali għall-użin ta' ċerti speċijiet pelaġiċi previsti fl-Artikoli 78 sa 89 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 404/2011 (14); |
|
(e) |
id-dispożizzjonijiet speċifiċi approvati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żoni kkonċernati b'din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 4
Prijoritajiet
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu kontroll u spezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet u taż-żona/i differenti msemmija fl-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' ġestjoni tar-riskju, skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jattribwixxi livell ta' prijorità għall-kontroll u għall-ispezzjonijiet abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettaq skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 5.
3. Kull bastiment tas-sajd u/jew segment tal-flotta kif imsemmija fl-Artikolu 5(2)b għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwita skont il-paragrafu 2, sabiex jiġi żgurat li l-istokkijiet kollha tas-sajd elenkati fl-Annessi I sa V ikunu koperti b'mod adegwat.
4. L-ispezzjonijiet fuq l-art tal-operaturi involuti f'attivitajiet relatati mas-sajd għandhom jitwettqu meta jkun rilevanti b'rabta mal-pass fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u meta jkunu parti mill-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 6.
Artikolu 5
Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju u rabta mal-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw, minn tal-inqas darba fis-sena, ir-riskji fir-rigward tas-sajd elenkat fl-Annessi I sa V b'konformità mal-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), u abbażi tat-theddidiet li jista' jkun hemm ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
2. Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istati Membri:
|
(a) |
jikkunsidraw, billi jużaw l-informazzjoni disponibbli u rilevanti kollha, kemm huwa probabbli li jkun hemm nuqqas ta' konformità u, li kieku kellu jkun hemm dan in-nuqqas, l-impatt(i) potenzjali tiegħu; |
|
(b) |
jistabbilixxu l-livell ta' riskju skont l-istokkijiet, l-irkaptu, iż-żona koperta (imsemmija bħala “segment tal-flotta”) u ż-żmien tas-sena, abbażi tal-probabbiltà u l-impatt potenzjali. Il-livell stmat ta' riskju għandu jiġi espress bħala “għoli ħafna”, “għoli”, “medju” jew “baxx”. |
3. Fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt stabbilit mill-EFCA skont ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (“pjan ta' eżerċizzju konġunt”), kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu. It-tip identifikat ta' nuqqas ta' konformità (theddidiet) li jista' jkun hemm mar-regoli applikabbli dwar il-Politika Komuni tas-Sajd għandu jiġi deskritt sabiex jiġi ffaċilitat l-ipprogrammar tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-EFCA kwalunkwe tibdil fil-livell stmat ta' riskji.
4. L-EFCA għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri meta tikkoordina l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali.
5. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu lista tal-bastimenti tagħhom li minn tal-inqas tindika l-bastimenti b'riskju medju, għoli u għoli ħafna. Il-lista ta' bastimenti għandha tiġi aġġornata regolarment filwaqt li titqies l-informazzjoni miġbura matul l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni, inkluż il-kontroll u l-ispezzjoni konġunti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta minn Stati Membri oħra.
6. F'każijiet fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żoni kkonċernati, il-livell ta' riskju skont il-paragrafu 5 għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kostali fejn il-bastiment tas-sajd ikun qiegħed jopera fl-ilmijiet tiegħu, sakemm l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera jipprovdu, fil-qafas tal-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni, il-livell ta' dak ir-riskju.
7. Fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt u għal raġunijiet operazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-EFCA l-lista ta' bastimenti stabbiliti skont il-paragrafi 5 u 6. It-tip identifikat ta' theddidiet applikabbli għall-bastimenti għandu jiġi deskritt biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet effettivi ta' kontroll u ta' spezzjoni. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw minnufih lill-EFCA dwar kwalunkwe tibdil wara li jsir l-aġġornament tal-lista tagħhom.
Artikolu 6
Strateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju
1. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, minn tal-inqas darba fis-sena, strateġija nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju ffukata fuq l-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Tali strateġija għandha tinkludi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-allokazzjoni ta' riżorsi xierqa, ta' strumenti ta' kontroll u ta' mezzi ta' spezzjoni, filwaqt li jitqies il-livell identifikat ta' riskji, in-natura tat-theddida ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u l-ksib tal-punti ta' riferiment fil-mira.
2. L-EFCA, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju reġjonali msemmija fl-Artikolu 5(4) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tistabbilixxi strateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-EFCA għandha tikkoordina u timplimenta din l-istrateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju permezz ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt.
Artikolu 7
Punti ta' riferiment fil-mira
1. Mingħajr preġudizzju għall-punti ta' riferiment fil-mira definiti fil-punt 4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd huma stabbiliti fil-punt 4 rispettivament tal-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw alternattivament punti ta' riferiment fil-mira differenti, espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita f'kooperazzjoni mal-EFCA, sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni, diment li:
|
(a) |
analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd jew tal-attivitajiet relatati mas-sajd u tal-kwistjonijiet relatati mal-infurzar tiġġustifika l-ħtieġa li jiġu stabbiliti punti ta' riferiment fil-mira fil-forma ta' livelli mtejba ta' konformità; |
|
(b) |
l-Istati Membri kkonċernati jiddefinixxu l-isforz ta' kontroll u ta' spezzjoni kif ukoll l-istrateġija biex jiksbu l-eżiti mistennija bil-livelli mtejba ta' konformità; |
|
(c) |
il-punti ta' riferiment espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri bbażati fuq ir-riskju definiti fil-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni; |
|
(d) |
il-punti ta' riferiment espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u sussegwentement kull sentejn, u din tal-aħħar ma toġġezzjonax għalihom fi żmien 90 jum min-notifika. |
3. Il-punti ta' riferiment fil-mira kollha għandhom jiġu vvalutati kull sena abbażi tar-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġi reveduti kif ikun meħtieġ fil-qafas tal-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 11(6).
4. Fejn ikun applikabbli, pjan ta' eżerċizzju konġunt għandu jagħti effett lill-punti ta' riferiment fil-mira msemmija f'dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.
2. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri kkonċernati u mal-EFCA biex jilħqu l-objettivi tal-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti.
3. L-Istati Membri kkonċernati u l-EFCA jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.
Artikolu 9
Attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza
1. Sabiex iżidu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi nazzjonali tagħhom tal-kontroll tas-sajd, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fejn ikun xieraq, iwettqu attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom, u fejn ikun applikabbli fl-ilmijiet internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn ikun applikabbli, dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu fil-qafas ta' pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.
2. Għall-fini tal-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza, kull Stat Membru kkonċernat għandu:
|
(a) |
jiżgura li l-uffiċjali u l-ispetturi tal-Unjoni mill-Istati Membri kkonċernati l-oħra jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza; |
|
(b) |
jistabbilixxi proċeduri operazzjonali konġunti applikabbli għall-inġenji tas-sorveljanza tagħhom; |
|
(c) |
juża proċeduri standard għall-ispezzjonijiet miftiehma mal-EFCA fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt; |
|
(d) |
joħloq punti tal-kuntatt kif imsemmi fl-Artikolu 80(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn ikun xieraq. |
3. L-uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati u l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza.
Artikolu 10
Skambju tad-data
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-iskambju elettroniku mal-Istati Membri kkonċernati l-oħra u mal-EFCA tad-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd u mal-attivitajiet relatati mas-sajd koperti mill-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.
L-iskambju tad-data msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u skont l-Artikolu 118 u l-Anness XII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
2. Id-data skambjata skont il-paragrafu 1 tista' tinkludi data personali. L-EFCA u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data personali li jkollhom aċċess għaliha skont il-paragrafu 1 għall-finijiet ta' konformità mal-kompiti u mal-obbligi tagħhom fil-qafas tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni. B'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EFCA u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw protezzjoni xierqa tad-data personali.
3. Id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 10 snin, għajr jekk tali data personali tkun meħtieġa biex ikun jista' jsir is-segwitu ta' ksur, spezzjoni, jew proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv. F'dan il-każ, tali data personali tista' tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 tinżamm għal perjodu itwal ta' żmien, id-data għandha tiġi anonimizzata.
4. B'deroga mill-paragrafu 3, id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 tista' tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 3 unikament għall-finijiet tat-twettiq ta' riċerka xjentifika u tal-għoti ta' pariri xjentifiċi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679.
5. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-data personali miġbura skont din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679.
6. L-EFCA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali skont din id-Deċiżjoni. L-EFCA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fir-rigward ta' kompiti relatati mas-sigurtà.
7. L-EFCA u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw protezzjoni xierqa tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta skont din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 11
Informazzjoni u evalwazzjoni
1. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA rapport dwar l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fil-qafas tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni tas-sena kalendarja preċedenti.
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu minn tal-inqas jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness VI.
3. L-informazzjoni msemmija fil-punt IV tal-Anness VI għandha tkompli tiġi elenkata u aġġornata f'kull rapport sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn ma tkunx ittieħdet azzjoni wara li jiġi individwat ksur serju, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni.
4. Għas-sajd imsemmi fl-Anness I, l-informazzjoni msemmija fil-punt IV tal-Anness VI għandha tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-EFCA sal-15 ta' Settembru u għandha tiġi aġġornata sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.
5. Għall-valutazzjoni annwali tagħha tal-effettività tal-pjanijiet ta' eżerċizzju konġunti msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005, l-EFCA għandha tqis ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
6. Minn tal-inqas kull sentejn, il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħa tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u tiġi evalwata l-adegwatezza u l-effettività tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni u l-impatt kumplessiv tagħhom fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u mill-operaturi.
Artikolu 12
Tħassir u perjodu ta' tranżizzjoni
Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE jitħassru.
Madankollu, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE għandhom ikomplu japplikaw għar-rapport li jrid jiġi ppreżentat mill-Istati Membri fl-2019 fir-rigward tal-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fl-2018.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) COM(2017) 192 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2017:192:FIN
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 99).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-barbun tat-tbajja' u l-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 61).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/305/UE tal-21 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-aringi, tas-salamun u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku (ĠU L 170, 22.6.2013, p. 66).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/156/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u tal-pixxispad fil-Mediterran u għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tas-sardin u l-inċova fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 15).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(10) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar, (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404//2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
ANNESS I
DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAS-SAJD LI JISFRUTTA L-ISPEĊIJIET TAL-ICCAT (1) FIL-LVANT TAL-ATLANTIKU U FIL-BAĦAR MEDITERRAN U GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FIL-BAĦAR MEDITERRAN
|
(1) |
Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:
|
|
(2) |
L-Istati Membri kkonċernati huma l-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja. |
|
(3) |
Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:
|
|
(4) |
Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet
Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.
|
(1) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku
(2) Iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(3) “L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU”
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).
ANNESS II
DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD FIL-BAĦAR L-ISWED
|
(1) |
Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:
l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed fejn “il-Baħar l-Iswed” tfisser is-sottożona ġeografika 29 tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran) kif definit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011; |
|
(2) |
L-Istati Membri kkonċernati huma l-Bulgarija u r-Rumanija. |
|
(3) |
Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:
|
|
(4) |
Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet
Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.
|
ANNESS III
DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD PELAĠIKU U DEMERSALI FIL-BAĦAR BALTIKU
|
(1) |
Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:
l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku, fejn “ il-Baħar Baltiku ” tfisser iż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES; |
|
(2) |
L-Istati Membri kkonċernati huma d-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja. |
|
(3) |
Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:
|
|
(4) |
Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet
Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.
|
ANNESS IV
DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FIL-BAĦAR TAT-TRAMUNTANA U FID-DIVIŻJONI IIa TAL-ICES
|
(1) |
Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:
|
|
(2) |
L-Istati Membri kkonċernati huma l-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja, u r-Renju Unit. |
|
(3) |
Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:
|
|
(4) |
Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet
Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.
|
ANNESS V
DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FL-ILMIJIET TAL-PUNENT FIL-GRIGAL TAL-ATLANTIKU
|
(1) |
Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:
l-ilmijiet tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Punent fil-Grigal tal-Atlantiku, fejn “l-ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku” tfisser: iż-żoni V (eskluż iż-żona Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss taż-żona Vb), VI u VII, VIII, IX u X (l-ilmijiet madwar l-Azores) tal-ICES, u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (1) (l-ilmijiet madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji). |
|
(2) |
L-Istati Membri kkonċernati huma l-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit. |
|
(3) |
Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:
|
|
(4) |
Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet
Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.
|
(1) Iż-żoni tas-CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona 34 tas-sajd maġġuri tal-FAO) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).
(2) Sakemm joħorġu r-riżultati tal-proposti attwali għal Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu pjanijiet pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd demersali fl-ilmijiet tal-Punent tal-UE.
ANNESS VI
KONTENUT TAR-RAPPORT TA' EVALWAZZJONI
Ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom minn tal-inqas jinkludu din l-informazzjoni:
I. Analiżi ġenerali tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni skont il-baċir tal-baħar b'konformità mal-Annessi I sa V:
|
— |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, b'deskrizzjoni tar-riskji u tat-theddidiet identifikati mill-Istat Membru kkonċernat għas-sajd kopert mill-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni (bl-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċess ta' rieżami/aġġornament fejn ikun xieraq); |
|
— |
Tabella b'sommarju tas-segmenti tal-flotta identifikati u l-livell ta' riskju tagħhom; |
|
— |
Kontenut dettaljat tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju. |
II. Analiżi dettaljata tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni skont il-baċir tal-baħar b'konformità mal-Annessi I sa V.
Tabella 1
Data b'sommarju tal-ispezzjonijiet fuq il-baħar
|
Jiem ta' pattulja [jiem] |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet totali fuq il-baħar |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Medja tar-rata totali ta' ksur serju (*1) [%] |
|
|
Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju [%] |
|
|
Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju [%] |
|
|
Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju [%] |
|
Tabella 2
Data b'sommarju tas-sorveljanza fuq il-baħar
|
Nru ta' sigħat ta' sorveljanza mill-ajru |
|
|
Nru ta' avvistamenti totali permezz tas-sorveljanza mill-ajru |
|
|
Nru ta' avvistamenti totali permezz tal-bastimenti tal-pattulja |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju |
|
Tabella 3
Data b'sommarju tal-attivitajiet ta' spezzjoni tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ)
|
Spetturi/jiem [fakultattiva] |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet totali tal-ħatt l-art |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Medja tar-rata ta' ksur serju (*2) (it-total) |
|
|
Rata ta' ksur serju (*2) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju |
|
|
Rata ta' ksur serju (*2) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju |
|
|
Rata ta' ksur serju (*2) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju [%] |
|
Tabella 4
Data b'sommarju tal-attivitajiet ta' spezzjoni fuq l-art fuq l-operaturi (eskluż l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ irrapportati fit-Tabella 3)
|
Spetturi/jiem fuq l-art [fakultattiva] |
|
|
Nru ta' spezzjonijiet totali fuq l-art |
|
|
Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali |
|
|
Rata ta' ksur serju (*3) |
|
III. Kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art
L-Istati Membri għandhom jagħtu dettalji speċifiċi dwar ir-riżorsi, l-istrumenti u l-mezzi previsti għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, u r-riżultati tal-kontroll.
B'mod partikolari, jenħtieġ li minn tal-inqas tingħata din l-informazzjoni:
|
1. |
In-numru totali ta' bastimenti b'osservatur tal-kontroll abbord; |
|
2. |
In-numru ta' bastimenti mgħammra b'televiżjoni b'ċirkwit magħluq CCTV; |
|
3. |
In-numru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa b'analiżi tal-aħħar refgħa; |
|
4. |
Il-mezzi ta' kontroll li ntużaw għajr dawk elenkati fil-punti 1 sa 3, u jiġi speċifikat liema mezzi oħra ta' kontroll intużaw (eż. is-sorveljanza mill-ajru b'inġenji tal-ajru, b'REM, bi dron); |
|
5. |
In-numru totali ta' ksur tal-obbligu ta' ħatt l-art, u jiġi speċifikat in-numru tal-ksur relatat man-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet fil-pjanijiet rilevanti għar-rimi tal-ħut. |
IV. Informazzjoni perjodika dwar il-ksur individwat
Tabella 5
Il-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikolu 11 għal kull spezzjoni b'suspett ta' ksur li trid tiddaħħal fir-rapport:
|
Isem l-element |
Kodiċi |
Deskrizzjoni u kontenut |
||||||||||
|
Identifikazzjoni tal-ispezzjoni |
II |
Kodiċi tal-pajjiż alfa2 tal-ISO + 9 figuri, eż. DK201900001 |
||||||||||
|
Data tal-ispezzjoni |
DA |
SSSS-XX-JJ |
||||||||||
|
Tip ta' spezzjoni jew ta' kontroll |
IT |
Fuq il-baħar, il-ħatt l-art, it-trasport, l-ewwel bejgħ, il-ħżin, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasferiment, it-trasferiment tal-kontroll, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-trasbord, ir-rilaxx, id-dokument (irid jiġi indikat) |
||||||||||
|
Identifikazzjoni ta' kull bastiment, vettura jew operatur tas-sajd |
ID |
Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni u isem il-bastiment tas-sajd, u n-Nru tar-reġistrazzjoni tal-ICCAT (jekk ikun applikabbli) Identifikazzjoni tan-nases jew tal-vettura, u/jew isem il-kumpanija tal-operatur, inklużi l-installazzjonijiet tat-trobbija. |
||||||||||
|
Tip ta' rkaptu tas-sajd |
GE |
Il-kodiċi tal-irkaptu abbażi tal-Klassifikazzjoni Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd tal-FAO |
||||||||||
|
Tip ta' ksur issuspettat |
TS |
Deskrizzjoni tal-ksur b'indikazzjoni tad-dispożizzjoni(jiet) (i)kkonċernata/i. Jekk ikun applikabbli, indika t-tip ta' ksur individwat, billi tuża l-kodiċijiet li ġejjin:
Il-ksur relatat mal-leġiżlazzjoni adottata mill-RFMOs u trasposta fid-dritt tal-UE għandu jiġi identifikat permezz tad-dispożizzjoni u r-Regolament rilevanti li ma ġewx irrispettati. |
||||||||||
|
Ammont ta' ħut ikkonċernat u relatat mal-ksur, skont l-ispeċi |
AF |
Indika l-kwantitajiet ikkonċernati ta' kull waħda mill-ispeċijiet abbord jew (għat-tonn ħaj) fil-gaġġa (għat-tonn: il-piż u n-numri). |
||||||||||
|
Segwitu tal-qagħda attwali |
FU |
Indika l-qagħda attwali: PENDENTI, APPELL PENDENTI, IKKONFERMAT jew IRRIFJUTAT |
||||||||||
|
Multa (meta tkun disponibbli) |
SF |
Multa f'EUR |
||||||||||
|
Konfiska |
SC |
QABDA/IRKAPTU/OĦRAJN għal konfiska fiżika. L-ammont ikkonfiskat f'każ ta' valur tal-qabda/tal-irkaptu f'EUR, eż. 10 000 ; |
||||||||||
|
Oħrajn |
SO |
F'każ ta' rtirar tal-liċenzja/tal-awtorizzazzjoni, indika LI jew AU + in-numru ta' jiem, eż: AU30 |
||||||||||
|
Punti (meta jkunu disponibbli) |
SP |
Numru ta' punti assenjati skont l-Artikolu 126(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, eż. 12; |
||||||||||
|
Rimarki |
RM |
F'każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni, wara li jiġi individwat ksur serju, agħti spjegazzjoni għaliex fil-forma ta' test liberu. |
V. Analiżi tal-punti ta' riferiment fil-mira espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba
Jekk l-Istat Membru japplika punti ta' riferiment fil-mira li jkunu alternattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni li ġejja:
Tabella 6
Il-ksib ta' livelli ta' konformità mtejba
|
|
Livell ta' riskju [Għoli ħafna/għoli/medju/baxx] |
||||||||||||||
|
Deskrizzjoni tat-theddida/tar-riskju/tas-segment tal-flotta tal-attività |
|
VI. Analiżi ta' attivitajiet oħra ta' spezzjoni u ta' kontroll: it-trasbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/l-esportazzjoni
VII. Azzjonijiet bħal sessjonijiet ta' taħriġ jew ta' informazzjoni maħsuba biex ikollhom impatt fuq il-konformità mill-bastimenti u mill-operaturi tas-sajd
VIII. Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar (għal kull Stat Membru kkonċernat)
(*1) Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%
(*2) Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%
(*3) Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).