11.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1944

tal-10 ta' Diċembru 2018

li tħassar id-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) li timponi miżuri restrittivi kontra l-Eritrea, li jikkonsistu fi projbizzjoni fuq il-bejgħ u l-provvista ta' armi u materjal relatat lejn u mill-Eritrea.

(2)

Fl-1 ta' Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/127/PESK ( (1)) dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea skont il-UNSCR 1907 (2009) tal-KSNU.

(3)

Fl-14 ta' Novembru 2018, il-KSNU adotta l-UNSCR 2444 (2018) li ttemm, b'effett immedjat, il-miżuri restrittivi kollha tan-NU kontra l-Eritrea.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK jenħtieġ li titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/127/PESK tal-1 ta' Marzu 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19).