11.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1942

tal-10 ta' Diċembru 2018

li testendi u temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR).

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK. L-isem tal-missjoni nbidel għal EUCAP Somalia u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

Fil-15 ta' Frar 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/226 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 2018.

(4)

Wara r-Rieżami Strateġiku Olistiku u Kkoordinat tal-involviment tal-PSDK fis-Somalja u l-Qarn tal-Afrika, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel li jemenda l-mandat tal-Missjoni u jestendih sal-31 ta' Diċembru 2020.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

taħdem għal dawn l-objettivi billi tappoġġa lill-awtoritajiet Somali fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni neċessarja u fl-istabbiliment ta' awtoritajiet ġudizzjarji u billi tipprovdi l-mentoring, il-konsulenza, it-taħriġ u t-tagħmir meħtieġa għall-entitajiet Somali tal-infurzar tal-liġi marittima ċivili u billi tipprovdi konsulenza dwar il-politika, il-kmand, il-kontroll u l-koordinazzjoni lill-Ministeru għas-Sigurtà Interna u lill-pulizija f'appoġġ għal inizjattivi mill-UE u minn sħab internazzjonali.”;

(2)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 66 100 000.”;

(3)

fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id- Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/226 tal-15 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 15).