|
11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1941
tal-10 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta' taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1) li stabbiliet Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA). |
|
(2) |
Fit-30 ta' Lulju 2018, il-Kunsill estenda l-mandat tal-Missjoni sad-19 ta' Settembru 2020 permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1082 (2). |
|
(3) |
Fil-15 ta' Ottubru 2018, f'konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Kunsill għaraf li jkun xieraq li tintlaqa' t-talba mill-awtoritajiet Ċentru-Afrikani għal assistenza addizzjonali lill-Forzi tas-Sigurtà Interna tar-Repubblika Ċentru-Afrikana billi jiġi stabbilit u stazzjonat, malajr kemm jista' jkun, pilastru dedikat tal-interoperabbiltà fi ħdan l-EUTM RCA inkarigat biex jipprovdi pariri strateġiċi f'dan il-qasam. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta' Ottubru 2018 għaraf l-utilità, issottolinjata mir-reviżjoni strateġika tal-EUTM RCA, li tkompli tiġi meqjusa l-adegwatezza li tissaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Forzi tas-Sigurtà Interni permezz ta' azzjoni ċivili ddedikata tal-PSDK. Il-Kunsill innota f'dawn il-konklużjonijiet li ser jerġa' lura għal dan is-suġġett fis-sajf tal-2019, b'kont meħud tal-ewwel riżultati tal-pilastru interoperabbli u fil-qafas tar-reviżjoni strateġika tal-EUTM RCA. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, mhix marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha u ma tiħux sehem fil-finanzjament ta' din il-missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1(2), jiżdied dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta' Settembru 2018 sad-19 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 26 131 485. Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % u l-persentaġġ imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 0 % għall-impenji u 0 % għall-ħlasijiet.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1082 tat-30 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta' taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 194, 31.7.2018, p. 140).