11.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1938
tat-18 ta' Settembru 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-rappreżentant għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) kien iffirmat fis-26 ta' Frar 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2000 (2). |
(2) |
Skont l-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet u jista' wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet. |
(3) |
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni adotta fis-16 ta' Diċembru 2013 rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017) (3) (minn hawn il-quddiem imsejjaħ il-“pjan ta' azzjoni”). |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-pjan ta' azzjoni u l-prijoritajiet futuri tas-sħubija, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, permezz ta' skambju ta' ittri, jenħtieġ li jadotta rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, rigward l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, peress li r-rakkomandazzjoni jkollha effetti ġuridiċi. |
(6) |
L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet UE-Marokk għas-sena attwali u tippermetti li jsiru d-diskussjonijiet sabiex jiġu definiti l-linji gwida u l-prijoritajiet il-ġodda tas-sħubija UE-Marokk għas-snin li ġejjin, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li tapprova l-estensjoni b'sena tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' rakkomandazzjoni anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2000/204/KE,KEFA tas-26 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 70, 18.3.2000, p. 1).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 78).
ABBOZZ
RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK
ta' …
li tapprova estensjoni ta' sena tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,
wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1),
filwaqt li jqis li:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn il-quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2000. |
(2) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 80 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li jqis rilevanti għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim. |
(3) |
Skont l-Artikolu 90 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika neċessarja biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jaraw li jinkisbu l-objettivi ffissati fil-Ftehim. |
(4) |
L-Artikolu 10 tar-regolamenti interni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jipprevedi l-possibbiltà li jittieħdu rakkomandazzjonijiet, bejn is-sessjonijiet, permezz tal-proċedura bil-miktub. |
(5) |
L-estensjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017) tifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk fis-sena attwali u tippermetti l-bidu ta' negozjati sabiex jiġu definiti l-linji gwida u l-prijoritajiet il-ġodda tas-sħubija UE-Marokk għas-snin li ġejjin, |
JIRRAKKOMANDA:
Artikolu uniku
Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, permezz ta' proċedura bil-miktub, jirrakkomanda l-estensjoni b'sena tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017).
Magħmul fi …,
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk
Il-President