21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1797

tad-19 ta' Novembru 2018

li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315.

(2)

Il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK).

(3)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (2).

(4)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni rigward pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (3) (ir-“Rakkomandazzjoni”).

(5)

Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li l-Kunsill jenħtieġ li jaġġorna l-lista tal-proġetti tal-PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett li jmiss tal-proġetti, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b'mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jista' jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti tal-PESCO, abbażi tal-valutazzjonijiet ipprovduti mis-segretarjat tal-PESCO, biex il-Kunsill jieħu deċiżjoni, b'segwitu ta' parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

(6)

Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti tal-PESCO (4).

(7)

Fil-11 ta' Ottubru 2018, ir-Rappreżentant Għoli għamel rakkomandazzjoni lill-Kunsill rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(8)

Fit-13 ta' Novembru 2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-parir militari tal-EUMC dwar ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill jemenda u jaġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-proġetti li ġejjin jinżiedu mal-lista:

“18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

20.

Ċentri ta' Ttestjar u Evalwazzjoni tal-UE

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

22.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

23.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

24.

Sistema Ewropea ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja — MALE RPAS Ewropea (Eurodrone)

25.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

27.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) – Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

28.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

29.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

32.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

33.

Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

34.

Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)”.

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit bis-segwenti:

“Artikolu 2

Il-lista tal-membri tal-proġett ta' kull proġett individwali għandha tkun kif imniżżel fl-Anness I.”.

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Għal finijiet ta' informazzjoni, il-lista aġġornata kkonsolidata tal-membri tal-proġett ta' kull proġett individwali tidher fl-Anness II.”.

(4)

l-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

huwa renumerat bħala “Anness I”;

(b)

l-entrati stipulati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jinżdiedu mat-tabella.

(5)

it-test li jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni jinżdied bħala Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(2)  ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24.

(3)  ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37.


ANNESS I

Proġett

Membri tal-Proġett

“18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Il-Greċja, l-Italja, ir-Rumanija

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

Il-Greċja, Ċipru

20.

Ċentri ta' Testjar u Evalwazzjoni tal-UE

Franza, l-Iżvezja, Spanja, is-Slovakkja

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

L-Estonja, il-Belġju, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, il-Latvja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Finlandja

22.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, il-Belġju, Ċipru

23.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Il-Bulgarija, il-Greċja, Franza

24.

Sistema Ewropea ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja — MALE RPAS Ewropea (Eurodrone)

Il-Ġermanja, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja

25.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, il-Ġermanja, Spanja

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

L-Italja, iċ-Ċekja

27.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) — Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

L-Italja, Franza

28.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

Il-Greċja, Ċipru

29.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

Iċ-Ċekja, il-Ġermanja

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

L-Awstrija, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, is-Slovenja

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

Franza, il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, in-Netherlands

32.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, ir-Rumanija

33.

Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja

34.

Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

L-Italja, Franza”


ANNESS II

ANNESS II

LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI

Proġett

Membri tal-Proġett

1.

Kmand Mediku Ewropew

Il-Ġermanja, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Iżvezja

2.

Radju definit b'Software Sigur Ewropew (ESSOR)

Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja

3.

Netwerk ta' Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u appoġġ għall-Operazzjonijiet

Il-Ġermanja, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja

4.

Mobbiltà Militari

In-Netherlands, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja

5.

Ċentru ta' Kompetenza għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EU TMCC)

Il-Ġermanja, il-Belġju, iċ-Ċekja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, l-Awstrija, ir-Rumanija, l-Iżvezja

6.

Ċentru Ewropew ta' Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej

L-Italja, il-Greċja

7.

Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF)

Franza, il-Belġju, Spanja, l-Italja

8.

Pakkett dwar il-Kapaċità Militari li tista' tiġi Skjerata għal Għajnuna f'Każ ta' Diżastru

L-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Awstrija

9.

Sistemi Marittimi (semi) Awtonomi għal Kontromiżuri kontra l-Mini (MAS MCM)

Il-Belġju, il-Greċja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija

10.

Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittima (HARMSPRO)

L-Italja, il-Greċja, il-Polonja, il-Portugall

11.

Titjib tas-Sorveljanza Marittima

Il-Greċja, il-Bulgarija, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru

12.

Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti

Il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall

13.

Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fiċ-Ċibersigurtà

Il-Litwanja, l-Estonja, Spanja, Franza, il-Kroazja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Finlandja

14.

Sistema Strateġika ta' Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK

Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall

15.

Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija / Vettura Amfibja tal-Attakk/Vettura Ħafifa Armata

L-Italja, il-Greċja, is-Slovakkja

16.

Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery)

Is-Slovakkja, l-Italja

17.

Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC)

Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru

18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Il-Greċja, l-Italja, ir-Rumanija

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

Il-Greċja, Ċipru

20.

Ċentri ta' Testjar u Evalwazzjoni tal-UE

Franza, l-Iżvezja, Spanja, is-Slovakkja

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

L-Estonja, il-Belġju, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, il-Latvja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Finlandja

22.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, il-Belġju, Ċipru

23.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Il-Bulgarija, il-Greċja, Franza

24.

Sistema Ewropea ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja — MALE RPAS Ewropea (Eurodrone)

Il-Ġermanja, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja

25.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, il-Ġermanja, Spanja

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

L-Italja, iċ-Ċekja

27.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) — Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

L-Italja, Franza

28.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

Il-Greċja, Ċipru

29.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

Iċ-Ċekja, il-Ġermanja

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

L-Awstrija, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, is-Slovenja

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

Franza, il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, in-Netherlands

32.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, ir-Rumanija

33.

.Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja

34.

Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

L-Italja, Franza