14.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1715

tat-12 ta' Novembru 2018

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2020, l-ammont annwali għall-2019, l-ewwel ħlas parzjali għall-2019 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2021 u 2022

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2015/323, il-Kummissjoni trid tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru 2018 li tispeċifika: (a) l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għall-2020; (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2019; (c) l-ammont tal-ewwel ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2019; u (d) tbassir indikattiv u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2021-2022.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2015/323, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2015/323 jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet jużaw l-ewwel l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi taħt l-10 FEŻ għall-BEI u l-11-il FEŻ għall-Kummissjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2171 (3) stabbiliet il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-FEŻ għall-2019 għal EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2020 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 900 000 000. Dan għandu jinqasam f'EUR 4 600 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 2

L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet għall-FEŻ tal-Istati Membri għall-2019 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 700 000 000. Dan għandu jinqasam f'EUR 4 400 000 000 għall-Kummissjoni, u EUR 300 000 000 għall-BEI.

Artikolu 3

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala l-ewwel ħlas parzjali għall-2019 huma stipulati fit-tabella stabbilita fl-Anness.

Artikolu 4

It-tbassir mhux vinkolanti indikattiv għall-ammont annwali mistenni ta' kontribuzzjonijiet għall-2021 huwa b'dan stabbilit għal EUR 4 000 000 000 għall-Kummissjoni u għal EUR 300 000 000 għall-BEI, u għall-2022 għal EUR 3 500 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 400 000 000 għall-BEI.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

G. BLÜMEL


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2171 tal-20 ta' Novembru 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2019, l-ammont annwali għall-2018, l-ewwel ħlas parzjali għall-2018 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta' kontribuzzjonijiet għas-snin 2020 u 2021 (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 21).


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ, %

Skema tal-11-il FEŻ, %

L-1el ħlas parzjali tal-2019 (EUR)

Total

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

L-10 FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

64 985 400,00

3 530 000,00

68 515 400,00

Il-BULGARIJA

0,14

0,21853

4 370 600,00

140 000,00

4 510 600,00

IĊ-ĊEKJA

0,51

0,79745

15 949 000,00

510 000,00

16 459 000,00

ID-DANIMARKA

2,00

1,98045

39 609 000,00

2 000 000,00

41 609 000,00

IL-ĠERMANJA

20,50

20,57980

411 596 000,00

20 500 000,00

432 096 000,00

L-ESTONJA

0,05

0,08635

1 727 000,00

50 000,00

1 777 000,00

L-IRLANDA

0,91

0,94006

18 801 200,00

910 000,00

19 711 200,00

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

30 147 000,00

1 470 000,00

31 617 000,00

SPANJA

7,85

7,93248

158 649 600,00

7 850 000,00

166 499 600,00

FRANZA

19,55

17,81269

356 253 800,00

19 550 000,00

375 803 800,00

IL-KROAZJA

0,00

0,22518

4 503 600,00

0,00

4 503 600,00

L-ITALJA

12,86

12,53009

250 601 800,00

12 860 000,00

263 461 800,00

ĊIPRU

0,09

0,11162

2 232 400,00

90 000,00

2 322 400,00

IL-LATVJA

0,07

0,11612

2 322 400,00

70 000,00

2 392 400,00

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

3 615 400,00

120 000,00

3 735 400,00

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

5 101 800,00

270 000,00

5 371 800,00

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

12 291 200,00

550 000,00

12 841 200,00

MALTA

0,03

0,03801

760 200,00

30 000,00

790 200,00

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

95 535 600,00

4 850 000,00

100 385 600,00

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

47 951 400,00

2 410 000,00

50 361 400,00

IL-POLONJA

1,30

2,00734

40 146 800,00

1 300 000,00

41 446 800,00

IL-PORTUGALL

1,15

1,19679

23 935 800,00

1 150 000,00

25 085 800,00

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

14 363 000,00

370 000,00

14 733 000,00

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

4 490 400,00

180 000,00

4 670 400,00

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

7 523 200,00

210 000,00

7 733 200,00

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

30 181 800,00

1 470 000,00

31 651 800,00

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

58 782 200,00

2 740 000,00

61 522 200,00

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

293 572 400,00

14 820 000,00

308 392 400,00

TOTAL EU-28

100,00

100,00

2 000 000 000,00

100 000 000,00

2 100 000 000,00