13.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/82 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1702
tat-8 ta' Novembru 2018
li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti
(notifikata bid-dokument C(2018) 7125)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li jħallu impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta' prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE (2) stabbilixxiet il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għal-lubrikanti. Il-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/877 (3). |
(4) |
Il-Kontroll tal-Idoneità dwar l-Ekotikketta tal-UE (REFIT) tat-30 ta' Ġunju 2017, li janalizza l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 (4), ikkonkluda li hemm bżonn jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, li jkun jinkludi kriterji ssimplifikati għall-għażla tal-prodotti. B'konformità ma' dawn il-konklużjonijiet, u b'konsultazzjoni tal-Bord tal-Ekotikkettar tal-UE, jixraq jiġu riveduti l-kriterji għall-grupp ta' prodotti “lubrikanti”, ħalli jitqiesu s-suċċess attwali, l-interess tal-partijiet konċernati fil-prodott u l-potenzjal għal opportunitajiet futuri li jiżdiedu l-użu u d-domanda tas-suq għall-prodotti sostenibbli. Id-definizzjoni tal-grupp ta' prodotti “lubrikanti” jenħtieġ tiġi emendata biex tkun tinkludi referenza għall-funzjonalità tal-prodott minflok għall-kompożizzjoni tiegħu. Dan biex ikun żgurat li d-definizzjoni tkopri b'mod ċar il-kompożizzjonijiet rilevanti kollha tal-lubrikant. |
(5) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-innovazzjonijiet riċenti li seħħew tul il-perjodu ta' intervent, jixraq jiġi stabbilit sett ġdid ta' kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “lubrikanti”. Jenħtieġ li dawn il-kriterji jkollhom l-għan li jippromwovu l-prodotti b'impatt limitat fuq l-ambjent akkwatiku, li jkollhom għadd limitat ta' sustanzi perikolużi, u li l-prestazzjoni tagħhom tkun daqs il-lubrikanti konvenzjonali disponibbli fis-suq jew aħjar minnhom. B'konformità mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropea għall-plastik fl-ekonomija ċirkolari (5), il-kriterji jenħtieġ ifittxu li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari billi jinkoraġġixxu disinn imtejjeb u jinċentivaw id-domanda għall-materjali riċiklati. |
(6) |
Il-kriterji ġodda, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jenħtieġ jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2024, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dak il-grupp ta' prodotti. |
(7) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ titħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE. |
(8) |
Jenħtieġ jingħata perjodu ta' tranżizzjoni lill-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/381/UE, ħalli jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom ħalli jsiru konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-produtturi jenħtieġ jitħallew iressqu applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni 2011/381/UE jew fuq il-kriterji riveduti stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Meta l-Ekotikketta tal-UE tkun ingħatat abbażi tal-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni 2011/381/UE, jenħtieġ li l-użu tagħha ma jibqax permess wara l-31 ta' Diċembru 2019. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp ta' prodotti “lubrikanti” għandu jinkludi kull lubrikant li jaqa' f'wieħed minn dawn is-sottogruppi:
(a) |
is-sottogrupp Lubrikanti ta' Telf Totali (TLL), li għandu jinkludi żjut tas-srieraq bil-katina, lubrikanti tal-ħbula tal-wajer, aġenti tar-rilaxx tal-konkrit, griżijiet ta' telf totali, u lubrikanti oħrajn ta' telf totali; |
(b) |
is-sottogrupp Lubrikanti ta' Telf Parzjali (PLL), li għandu jinkludi żjut tal-gerijiet maħsuba għall-użu f'gerijiet miftuħa, żjut tat-tubu tal-poppa, żjut two-stroke, protezzjoni temporanja kontra l-korrużjoni u griżijiet ta' telf parzjali; |
(c) |
is-sottogrupp Lubrikanti ta' Telf Inċidentali (ALL), li għandu jinkludi sistemi idrawliċi, fluwidi tax-xogħol tal-metall, żjut tal-gerijiet maħsuba għall-użu f'gerijiet magħluqa u griżijiet ta' telf inċidentali. |
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“lubrikant” tfisser prodott li kapaċi jnaqqas il-frizzjoni, l-adeżjoni, is-sħana, it-tkabir u l-korrużjoni meta jiġi applikat fuq superfiċje jew jiġi introdott bejn iż-żewġ uċuħ b'moviment relattiv, jew li hu kapaċi jittrażmetti potenza mekkanika. L-aktar ingredjenti komuni huma l-fluwidi bażiċi u l-addittivi; |
(2) |
“fluwidu bażiku” tfisser fluwidu lubrikanti li l-proprjetajiet tiegħu tal-fluss, ta' kemm jibqa' tajjeb biż-żmien, tal-lubriċità u tar-reżistenza għat-tkabir, kif ukoll il-karatteristiċi fir-rigward tas-sospensjoni tal-kontaminanti ma jkunux tjiebu bl-introduzzjoni tal-additiv(i); |
(3) |
“addittiv” tfisser sustanza jew taħlita li l-funzjonijiet ewlenin tagħhom huma li jitjieb aspett wieħed jew bosta minn dawn li ġejjin: il-proprjetajiet tiegħu tal-fluss, ta' kemm jibqa' tajjeb biż-żmien, tal-lubriċità u tar-reżistenza għat-tkabir, kif ukoll is-sospensjoni tal-kontaminanti; |
(4) |
“sustanza” tfisser element kimiku u l-komponenti tiegħu fl-istat naturali jew miksub minn kwalunkwe proċess tal-profuzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippriżerva l-istabbilità tiegħu u kwalunkwe impurità kkawżata mill-proċess użat, iżda għajr kwalunkwe solvent li jista' jkun separat mingħajr ma jaffettwa l-istabbilità tas-sustanza jew jibdel il-kompożizzjoni tagħha; |
(5) |
“telf totali” tfisser li l-lubrikant ikun rilaxxat għalkollox fl-ambjent waqt l-użu; |
(6) |
“telf parzjali” tfisser li l-lubrikant ikun rilaxxat parzjalment fl-ambjent waqt l-użu u l-parti li ma tkunx rilaxxata tista' tiġi rkuprata għall-ipproċessar mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għar-rimi; |
(7) |
“telf inċidentali” tfisser li l-lubrikant jintuża f'sistema magħluqa u jista' jiġi rilaxxat fl-ambjent biss b'mod inċidentali u, wara l-użu, ikun jista' jiġi rkuprat għall-ipproċessar mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għar-rimi; |
(8) |
“żejt tas-srieraq bil-katina” tfisser żejt lubrikanti li jintuża biex jillubrika l-iżbarra u l-katina ta' tip wieħed jew aktar ta' srieraq bil-katina; |
(9) |
“lubrikant tal-ħbula tal-wajer” tfisser lubrikant li jintuża biex jillubrika l-ħbula tal-wajer li jikkonsistu minn bosta ħjut tal-metall marsusin flimkien jiex isawru ħabel; |
(10) |
“aġent tar-rilaxx tal-konkrit” tfisser lubrikant li jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni biex jevita milli l-konkrit frisk jeħel mal-wiċċ, ħafna drabi plywood, overlaid plywood, azzar jew aluminju; |
(11) |
“griż” tfisser lubrikant solidu jew semisolidu li jkun fih sustanza li tħaxxen ħalli jħaxxen jew ibiddel ir-reoloġija tal-fluwidu bażiku; |
(12) |
“żejt tal-gerijiet” tfisser lubrikant magħmul speċifikament għal trażmissjonijiet, kompartimenti tat-trasferiment, u d-differenzjali fil-vetturi, fit-trakkijiet u f'makkinarju ieħor; |
(13) |
“żejt tat-tubu tal-poppa” tfisser lubrikant li jintuża fit-tubu tal-poppa tal-bastimenti; |
(14) |
“żejt two-stroke” tfisser lubrikant li jintuża fil-magni two-stroke; |
(15) |
“protezzjoni temporanja kontra l-korrużjoni” tfisser lubrikant li jiġi applikat fuq superfiċje tal-metall bħal rita rqiqa li tilqa' l-ilma u l-ossiġenu milli jmiss mas-superfiċje tal-metall; |
(16) |
“sistemi idrawliċi” tfisser lubrikant li permezz tiegħu, il-potenza tiġi trasferita f'makkinarju idrawliku; |
(17) |
“fluwidu tax-xogħol tal-metall” tfisser lubrikant maħsub għall-proċessi tax-xogħol tal-metall, bħall-qtugħ u l-iffurmar, u li l-funzjonijiet ewlenin tiegħu huma li jkessaħ, inaqqas il-frizzjoni, ineħħi partikoli tal-metall, u jipproteġi l-bċejjeċ tax-xogħol, l-għodda, u l-makkinarju mill-korrużjoni; |
Artikolu 3
Biex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, lubrikant għandu jaqa' fil-grupp ta' prodotti “lubrikanti” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati li huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti “lubrikanti” u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2024.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “lubrikanti” għandu jkun “027”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2011/381/UE titħassar.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti “lubrikanti” li tressqu qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/381/UE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti “lubrikanti”, li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu fuq il-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni 2011/381/UE jew fuq il-kriterji stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma msejsa.
3. Meta tingħata l-Ekotikketta tal-UE, skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/381/UE, l-Ekotikketta tal-UE tista' tintuża biss sal-31 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 28).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/877 tal-4 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/568/KE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (ĠU L 142, 6.6.2015, p. 32).
(4) Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355).
(5) COM(2018)28 final.
ANNESS
QAFAS
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti
KRITERJI
1. |
Sustanzi esklużi jew limitati |
2. |
Rekwiżiti addizzjonali tat-tossiċità akkwatika |
3. |
Bijodegradibbiltà u potenzjal bijoakkumulattiv |
4. |
Rekwiżiti tal-ingredjenti rinnovabbli |
5. |
Rekwiżiti tal-ippakkjar/kontenitur |
6. |
Prestazzjoni teknika minima |
7. |
Informazzjoni għall-konsumatur dwar l-użu u r-rimi |
8. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE |
VALUTAZZJONI U VERIFIKA
(a) Ir-rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.
Meta l-applikant ikun jeħtieġlu jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra lill-korpi kompetenti biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu, kif ikun xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-kalibrazzjoni (Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni (ISO/IEC 17025:2005)) jew mal-prinċipji tal-Prattika Tajba tal-Laboratorju (GLP); u l-verifiki li jagħmlu l-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditazzjoni għandha ssir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Meta xieraq jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar oħra li mhumiex indikati għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ġustifikattiva u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post.
Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż(i) fejn il-prodott ikun maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.
Il-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanzi tal-Lubrikanti (il-lista LuSC), disponibbli fuq is-sit web tal-Ekotikketta tal-UE (2), tiġbor sustanzi u ditti li ġew ivvalutati minn korp kompetenti fir-rigward tar-rekwiżiti rilevanti inklużi f'din id-Deċiżjoni u d-data tista' tintuża direttament fil-proċess tal-applikazzjoni.
Ittra ta' Konformità maħruġa minn wieħed mill-korpi kompetenti tal-Ekotikketta tal-UE tista' tintuża direttament fil-proċess tal-applikazzjoni.
Lista tas-sustanzi kollha miżjuda intenzjonalment u/jew iffurmati intenzjonalment wara xi reazzjoni kimika fil-lubrikant applikat, f'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew aktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti, u tindika l-isem kummerċjali (jekk ikun jeżisti), l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, il-kwantità mdaħħla, il-funzjoni u l-forma preżenti fil-formulazzjoni tal-prodott finali. Is-sustanzi kollha mdaħħla li jkunu preżenti fil-forma ta' nanomaterjali għandhom jiġu indikati b'mod ċar fil-lista, bil-kelma “nano” fil-parenteżi.
Għal kull sustanza elenkata, għandhom jiġu pprovduti l-Iskedi tad-Data dwar is-Sikurezza (SDS) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Meta l-SDS ma tkunx disponibbli għal xi sustanza partikolari għax tkun parti minn taħlita, l-applikant għandu jipprovdi l-SDS tat-taħlita.
(b) Il-livelli limitu tal-kejl
Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hi meħtieġa għall-prodott finali u għas-sustanzi kostitwenti tiegħu li huma miżjuda intenzjonalment u/jew iffurmati intenzjonalment wara xi reazzjoni kimika fil-lubrikant applikat, kif indikat f'kull kriterju.
Barra minn hekk, il-frazzjoni totali tas-sustanzi elenkati, meta l-kriterji 2 u 3 fformulati ma jkunux japplikaw, għandha tibqa' anqas minn 0,5 % (w/w).
Nota: Meta l-griż ikun jista' jintuża kemm għat-TLL kif ukoll għall-PLL (bħal fil-każ tal-griż multifunzjonali), għandhom japplikaw il-kriterji applikabbli għas-sottogrupp TLL. Iżda jekk il-griż ikun jista' jintuża bħala PLL u ALL, iżda mhux bħala TLL, għandhom japplikaw il-kriterji applikabbli għas-sottogrupp PLL.
Għaż-żjut tal-gerijiet użati f'gerijiet miftuħa, għandhom japplikaw il-kriterji applikabbli għas-sottogrupp PLL, filwaqt li għaż-żjut tal-gerijiet użati f'tagħmir magħluq għandhom japplikaw il-kriterji applikabbli għas-sottogrupp ALL. Meta ż-żejt tal-gerijiet ikunu jistgħu jintużaw fiż-żewġ tipi ta' gerijiet, għandhom japplikaw il-kriterji applikabbli għas-sottogrupp PLL.
KRITERJU 1 – IS-SUSTANZI ESKLUŻI U LIMITATI
Għall-finijiet tal-Kriterju 1, l-impuritajiet iddikjarati fl-SDS, li l-preżenza tagħhom fil-prodott finali hi 0,010 % jew aktar, għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti bħas-sustanzi miżjuda intenzjonalment.
1(a) Sustanzi perikolużi
(i) Il-prodott finali
Il-prodott finali ma għandux jiġi klassifikat skont xi waħda mid-dikjarazzjonijiet ta' periklu elenkati fit-Tabella 1.
(ii) Is-sustanzi
Is-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bid-dikjarazzjonijiet ta' periklu elenkati fit-Tabella 1 ma għandhomx jiġu miżjuda jew ffurmati intenzjonalment fil-prodott finali kif speċifikat bil-valuri limitu rispettivi.
Meta jkunu aktar stretti, il-limiti ġeneriċi jew speċifiċi tal-konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandhom jieħdu preċedenza.
Tabella 1
Dikjarazzjonijiet ta' periklu ristretti
Dikjarazzjoni ta' periklu |
Valur limitu |
H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi |
≤ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza fil-prodott finali |
H350 Jista' jikkawża l-kanċer |
|
H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
|
H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. |
|
H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
|
H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
|
H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
|
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
|
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
|
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
|
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf |
|
H362 Jista' jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
|
H300 Fatali jekk jinbela' (orali) |
|
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda (dermali) |
|
H330 Fatali jekk jinġbed man-nifs (nifs) |
|
H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajp tan-nifs |
≤ 0,5 × Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H304 |
H301 Tossiku jekk jinbela' |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H301 |
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H311 |
H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H331 |
EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn |
≤ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza fil-prodott finali |
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
|
H372 Jagħmel ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
|
H371 Jista' jagħmel ħsara lill-organi |
|
H373 Jista' jagħmel ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H373 |
H335 Jista' jikkawża irritazzjoni respiratorja |
≤ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza fil-prodott finali |
H336 Jista' jikkawża ħedla jew sturdament |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H336 |
H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H317 |
H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet tan-nifs biex jinġibed man-nifs |
≤ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza fil-prodott finali |
H314 Jikkawża ħruq kbir fil-ġilda u ħsara fl-għajnejn |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H314 |
H315 Jikkawża irritazzjoni fil-ġilda |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H315 |
H318: Jikkawża ħsara serja fl-għajnejn |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H318 |
H319 Jikkawża irritazzjoni serja fl-għajnejn |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H319 |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
≤ 0,5 × Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H400 |
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
≤ 0,5 × Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H410 |
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal H412 u H413 |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
|
H413 Jista' jħalli effetti fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
|
H420 Jagħmel ħsara lis-saħħa pubblika u lill-ambjent għax jeqred l-ożonu fl-atmosfera ta' fuq |
≤ 0,010 % tal-piż skont il-piż għal kull sustanza fil-prodott finali |
EUH029 Meta jmiss mal-ilma jerħi gass tossiku |
|
EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku |
|
EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku ħafna |
|
EUH066 Espożizzjoni ripetuta tista' tikkawża tnixxif jew qsim fil-ġilda |
< Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali għal EUH066 |
Nota: meta l-limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali (jew 0,5 × Limitu ta' klassifikazzjoni tal-prodott finali) hu indikat, għandha titqies il-konċentrazzjoni massimu totali tas-sustanzi klassifikati kollha bid-dikjarazzjoni(jiet) ta' periklu speċifiċi.
Dan il-kriterju ma japplikax għas-sustanzi koperti mill-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jistabbilixxi l-kriterji għall-eżenzjoni ta' sustanzi li hemm fl-Annessi IV u V ta' dan ir-Regolament mir-rekwiżitu tar-reġistrazzjoni, l-utent downstream u tal-evalwazzjoni. Biex jiġi ddeterminat jekk dik l-esklużjoni tapplikax, l-applikant għandu jgħarbel kull sustanza miżjuda/ffurmata intenzjonalment f'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew aktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali.
1(b) Sustanzi ristretti speċifikati
Is-sustanzi indikati hawn taħt ma għandhomx jiġu miżjuda jew ffurmati intenzjonalment b'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew aktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali:
— |
Is-sustanzi li jidhru fil-Lista tal-Unjoni tas-sustanzi ta' prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) kif emendata bid-Deċiżjoni 2455/2001/KE (6) u l-Lista OSPAR tas-Sustanzi Kimiċi għal Azzjoni ta' Prijorità (http://www.ospar.org/work-areas/hasec/chemicals/priority-action); |
— |
Komposti tal-aloġenu organiku u komposti tan-nitrit; |
— |
Metalli jew komposti metalliċi għajr is-sodju, il-potassju, il-manjeżju u l-kalċju. Fil-każ tas-sustanzi li jħaxxnu, jistgħu jintużaw ukoll komposti tal-litju u/jew tal-aluminju sa livelli ta' konċentrazzjoni limitati mill-kriterji l-oħra inklużi fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
1(c) Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs)
Il-prodott finali ma għandux ikun fih sustanzi miżjuda/ffurmati intenzjonalment li jkunu ġew identifikati bil-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi l-lista tal-kandidati għal sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'konċentrazzjoni ta' 0,010 % jew aktar tal-piż skont il-piż tal-prodott finali.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ffirmata ta' konformità mas-subrekwiżiti msemmija hawn fuq, sostnuta b'dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri, jekk ikun xieraq; u din l-evidenza ġustifikattiva li ġejja:
Biex juri l-konformità mar-rekwiżit 1(a)(i), l-applikant għandu jipprovdi l-SDS tal-prodott finali.
Biex juri l-konformità mar-rekwiżiti 1(a)(ii), 1(b) u 1(c), l-applikant għandu jipprovdi:
— |
l-SDS tat-taħlitiet miżjuda intenzjonalment u l-konċentrazzjoni tagħhom fil-prodott finali; |
— |
l-SDS tas-sustanzi miżjuda intenzjonalment u l-konċentrazzjoni tagħhom fil-prodott finali. |
Għas-sustanzi eżentati mir-rekwiżit 1(a)(ii) (ara l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006), id-dikjarazzjoni mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed għall-konformità.
Għar-rekwiżit 1(c), fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għall-aħħar lista tas-sustanzi ta' tħassib serju ħafna.
L-evidenza ta' hawn fuq tista' tingħata direttament lil Korpi Kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-applikant.
KRITERJU 2 – REKWIŻITI ADDIZZJONALI TAT-TOSSIĊITÀ AKKWATIKA
L-applikant għandu juri l-konformità billi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 2.1 jew tal-kriterju 2.2.
2.1. Rekwiżiti għal-lubrikant u l-komponenti ewlenin tiegħu
Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika għal-lubrikant preparat frisk kif ukoll għal kull komponent ewlieni ma għandhiex tkun inqas mill-valuri mogħtija fit-Tabella 2.
Komponent ewlieni tfisser kwalunkwe sustanza li tammonta għal aktar minn 5 % skont il-piż tal-lubrikant.
Tabella 2
Valuri tat-tossiċità akkwatika għal-lubrikant preparat frisk kif ukoll għal kull komponent ewlieni
|
ALL |
PLL |
TLL |
|
Tossiċità akkwatika għal-lubrikant preparat frisk |
Konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika akuta JEW |
> 100 mg/L |
> 1 000 mg/L |
> 1 000 mg/L |
Tossiċità akkwatika kronika |
> 10 mg/L |
> 100 mg/L |
> 100 mg/L |
|
Tossiċità akkwatika għal kull komponent ewlieni |
Konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akkwatika akuta JEW |
> 100 mg/L |
||
Tossiċità akkwatika kronika |
> 10 mg/L |
Għandha tingħata d-data disponibbli tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal kull komponent ewlieni għal kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi li ġejjin:
— |
krustaċji (id-dafnja hi ppreferuta), |
— |
pjanti akkwatiċi (l-alga hi ppreferuta). |
Jekk id-data tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika akuta tkun nieqsa f'wieħed jew fiż-żewġ livelli trofiċi, għandha tiġi aċċettata d-data disponibbli tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika kronika għall-krustaċji (id-dafnja hi ppreferuta) flimkien mal-livell trofiku tal-ħut.
Il-QSARs jistgħu jintużaw biex jimtlew id-distakki fid-data dwar it-tossiċità kronika jew dwar it-tossiċità akuta f'waħda biss mil-livelli trofiċi rilevanti.
Jekk id-data tat-testijiet imsemmija hawn fuq ma tkunx disponibbli għal kull komponent ewlieni, għandu jsir test biex tiġi ġġenerata d-data dwar it-tossiċità akuta għal-livelli trofiċi neqsin (jiġifieri tal-krustaċji u/jew tal-pjanti akkwatiċi).
Għandha tingħata d-data disponibbli dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal kull wieħed mit-tliet livelli trofiċi li ġejjin:
— |
krustaċji (id-dafnja hi ppreferuta), |
— |
pjanti akkwatiċi (l-alga hi ppreferuta), |
— |
ħut. |
Jekk id-data tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal-lubrikant applikat ma tkunx disponibbli għal xi wieħed mil-livelli trofiċi msemmija, għandha tiġi aċċettata d-data disponibbli tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika kronika għal-livelli trofiċi neqsin.
Jekk id-data msemmija hawn fuq ma tkunx disponibbli għal-lubrikant applikat, għandu jsir test biex tiġi ġġenerata data dwar it-tossiċità akkwatika akuta għal-livelli trofiċi neqsin.
2.2. Ir-rekwiżit għal kull sustanza miżjuda jew iffurmata intenzjonalment b'konċentrazzjoni ta' 0,10 % jew aktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali
Is-sustanzi li juru ċertu grad ta' tossiċità akkwatika huma permessi sa konċentrazzjoni kumulattiva tal-massa kif indikat fit-Tabella 3.
Tabella 3
Limiti perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) għas-sustanzi preżenti fil-prodott b'rabta mat-tossiċità akkwatika
|
Persentaġġi kumulattivi tal-massa (% tal-piż skont il-piż fil-prodott finali) |
||
ALL |
PLL |
TLL |
|
Tossiċità akkwatika akuta > 100 mg/L jew Tossiċità akwatika kronika > 10 mg/L |
Mhux limitat |
||
Tossiċità akkwatika akuta > 10 sa ≤ 100 mg/L jew 1 mg/L< Tossiċità akwatika kronika≤ 10 mg/L |
≤ 10 (≤ 20 għall-griżijiet ALL) |
≤ 10 (≤ 15 għall-griżijiet PLL) |
≤ 2 (≤ 10 għall-griżijiet TLL) |
Tossiċità akkwatika akuta > 1 għal ≤ 10 mg/L jew 0,1 mg/L< Tossiċità akkwatika kronika ≤ 1 mg/L |
≤ 2,5 (≤ 1 għall-griżijiet ALL) |
≤ 0,6 |
≤ 0,4 |
Tossiċità akwatika akuta ≤ 1 mg/L jew Tossiċità akkwatika akuta ≤ 0,1 mg/L |
≤ 0,1/M (*1) |
≤ 0,1/M (*1) |
≤ 0,1/M (*1) |
Id-data disponibbli tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika kronika għal kull sustanza (sustanzi miżjuda jew iffurmati intenzjonalment b'konċentrazzjoni ta' 0,10 % jew aktar tal-piż skont il-piż fil-prodott finali) għandha tingħata għal kull wieħed miż-żewġ livelli trofiċi li ġejjin:
— |
krustaċji (id-dafnja hi ppreferuta), |
— |
ħut. |
Jekk id-data disponibbli tat-testijiet dwar it-tossiċità akkwatika kronika tkun nieqsa f'wieħed mil-livelli trofiċi jew fit-tnejn, għandha tiġi aċċettata d-data disponibbli dwar it-tossiċità akkwatika akuta għaż-żewġ livelli trofiċi tal-krustaċji (id-dafnja hi ppreferuta) u tal-pjanti akkwatiċi (l-alga hi ppreferuta).
Il-QSARs jistgħu jintużaw biex jimtlew id-distakki fid-data dwar it-tossiċità kronika jew dwar it-tossiċità akuta f'waħda biss mil-livelli trofiċi rilevanti.
Jekk id-data msemmija hawn fuq ma tkunx disponibbli għal kull sustanza, għandu jsir test biex tiġi ġġenerata data dwar it-tossiċità akuta fil-livelli trofiċi neqsin (jiġifieri tal-krustaċji u/jew tal-pjanti akkwatiċi).
Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 2.1 u tal-kriterju 2.2
Fil-każ ta' awtovalutazzjoni mill-applikant, għal kull sustanza, il-komponent ewlieni jew għal-lubrikant, l-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-testijiet jew data mil-letteratura, inkluż ir-referenzi li juru l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sottokriterju 2.1 jew fis-sottokriterju 2.2.
Għal kull sustanza jew il-komponent ewlieni, meta l-valutazzjoni tkun ibbażata fuq ittra ta' konformità (LoC) valida, għandha tingħata kopja tal-ittra. Għal kull sustanza jew il-komponent ewlieni magħżula mil-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanzi tal-Lubrikanti (il-lista LuSC), il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata f'din il-lista u ma hemm bżonn jitressaq l-ebda dokument.
Tiġi aċċettata d-data dwar it-tossiċità tal-baħar jew dwar it-tossiċità tal-ilma ħelu.
Id-data dwar it-tossiċità akkwatika akuta (disponibbli jew iġġenerata għall-applikazzjoni) għandha toriġina minn testijiet li jsiru skont:
— |
ISO 10253 jew ISO 8692 jew il-Linja Gwida 201 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.3 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (7) għall-alga, |
— |
ISO 6341 jew OECD jew il-Linja Gwida 202 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għad-dafnja. |
— |
ISO 7346 jew il-Linja Gwida 203 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-ħut (din tapplika biss għad-data eżistenti disponibbli). |
— |
it-test dwar it-tossiċità fuq l-embrijuni tal-ħut (FET) (alternattiva li ma tinvolvix l-użu tal-annimali) skont il-Linja Gwida 236 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.49 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-ħut (din tapplika biss meta jkun hemm bżonn isir test għall-applikazzjoni). |
Tiġi aċċettata biss tossiċità akkwatika akuta ta' (72 jew 96 hr) ErC50 għall-alga, (48hr) EC50 għad-dafnja u (96hr) LC50 għall-ħut.
Id-data (disponibbli) dwar it-tossiċità akkwatika kronika għandha toriġina minn testijiet li jsiru skont:
— |
ISO 10253 jew ISO 8692 jew il-Linja Gwida 201 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għall-alga. |
— |
Il-Parti C.20 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew il-Linja Gwida 211 tal-OECD għat-Testijiet għad-dafnja, |
— |
Il-Linja Gwida 215 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.14 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew ISO 12890 jew il-Linja Gwida 212 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti C.15 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew il-Linja Gwida 210 tal-OECD għat-Testijiet għall-ħut. |
Għandha tiġi aċċettata biss id-data dwar it-tossiċità kronika fil-forma ta' Konċentrazzjoni Bla Effett Osservat (NOEC).
Meta l-QSARs jintużaw biex jimtlew id-distakki fid-data, l-applikant għandu jipprovdi t-tbassir iġġenerat għall-kimika mmirata. Ir-riżultati tal-(Q)SARs għandhom jiġu aċċettati biss jekk l-applikant jipprovdi dokumentazzjoni dwar il-validità u d-dominju tal-applikabbiltà tal-mudell applikat.
Fil-każ ta' sustanzi jew taħlitiet li ftit jinħallu (< 10 mg/L), għad-determinazzjoni tat-tossiċità akkwatika jista' jintuża l-metodu tal-Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma (WAF). Il-livell tat-tagħbija stabbilit li jissejjaħ LL50 relatat mat-tagħbija letali jew EL50 relatat mat-tagħbija effettiva għat-tossiċità akkwatika akuta u NOELR relatat mar-rata tat-tagħbija mingħajr effett osservabbli għat-tossiċità akkwatika kronika, jista' jintuża direttament fil-kriterji tal-klassifikazzjoni. Il-preparazzjoni ta' Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma għandha timxi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'xi waħda mil-linji gwida li ġejjin: L-Appendiċi C tar-Rapport Tekniku Nru 26 tal-ECETOC (1996), id-Dokument Gwida tal-2002 tal-OECD dwar l-Ittestjar tat-Tossiċità Akkwatika ta' Sustanzi u Taħlitiet Diffiċli (is-Sensiela tal-OECD dwar l-Ittestjar u l-Evalwazzjoni, Nru 23), ISO 5667-16, Il-kwalità tal-ilma – Teħid ta' kampjuni – il-Parti 16 (Gwida dwar it-testijiet bijoloġiċi tal-kampjuni), ASTM D6081-98 (Prattika Standard għall-Ittestjar tat-Tossiċità Akkwatika għal-Lubrikanti: Preparazzjoni tal-Kampjun u Interpretazzjoni tar-Riżultati) jew metodi ekwivalenti. Barra minn hekk, demostrazzjoni tan-nuqqas ta' tossiċità għal sustanza fil-limiti tagħha ta' solubbiltà fl-ilma għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-kriterju.
Is-sustanzi li ġejjin huma eżentati mir-rekwiżiti 2.1 u 2.2:
— |
kwalunkwe sustanza li aktarx ma taqsamx il-membrani bijoliġiċi MM > 800 g/mol u b'dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å), jew |
— |
kwalunkwe sustanza li hi polimeru u li l-frazzjoni tal-piż molekulari tagħha anqas minn 1 000 g/mol tkun anqas minn 1 %, jew |
— |
kwalunkwe sustanza li ftit li xejn tinħall fl-ilma (solubbiltà fl-ilma < 10 μg/l) |
Is-solubbiltà tas-sustanzi fl-ilma għandha tiġi determinata, meta xieraq, skont il-Linja Gwida 105 tal-OECD għat-Testijiet jew il-Parti A.6 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew b'metodi tal-ittestjar ekwivalenti.
Il-frazzjoni tal-piż molekulari anqas minn 1 000 g/mol għandha tiġi determinata skont il-Parti A.19 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew skont il-Linja Gwida 119 tal-OECD għat-Testijiet jew b'metodi tal-ittestjar ekwivalenti.
KRITERJU 3 – IL-BIJODEGRADIBBILTÀ U L-POTENZJAL TA' BIJOAKKUMULAZZJONI
Ir-rekwiżiti għall-bijodegradibbiltà tal-komposti organiċi u l-potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni għandhom jiġu ssodisfati minn kull sustanza miżjuda intenzjonalment jew iffurmata intenzjonalment f'konċentrazzjoni ta' 0,10 % jew aktar, ta' piż skont il-piż fil-prodott finali.
Il-lubrikant ma għandux ikun fih sustanzi li huma kemm mhux bijodegradabbli u (potenzjalment) bijoakkumulattivi. Madankollu, il-lubrikant jista' jkun fih sustanza waħda jew aktar b'ċertu grad ta' degradibbiltà jew potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni jew b'bijoakkumulazzjoni attwali sa konċentrazzjoni kumulattiva tal-massa kif indikat fit-Tabella 4.
Tabella 4
Limiti perċentwali kumulattivi tal-massa (% w/w) għas-sustanzi preżenti fil-prodott b'rabta mal-bijodegradabbiltà tagħhom u l-potenzjal ta' bijoakkumulazzjoni
|
ALL |
PLL |
TLL |
Griżijiet (ALL,PLL,TLL) |
Bijodegradibbli aerobikament faċilment |
> 90 |
> 75 |
> 95 |
> 80 |
Bijodegradibbli aerobikament b'mod inerenti |
≤ 10 |
≤ 25 |
≤ 5 |
≤ 20 |
Mhux bijodegradabbli u mhux bijoakkumulattiv |
≤ 5 |
≤ 20 |
≤ 5 |
≤ 15 |
Mhux bijodegradabbli u bijoakkumulattiv |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
≤ 0,1 |
Valutazzjoni u verifika
Għal kull sustanza, meta l-valutazzjoni ssir mill-applikant, għandhom jingħataw ir-rapporti tat-testijiet jew id-data mil-letteratura, inkluż ir-referenzi dwar il-bijodegradabbiltà u meta meħtieġ dwar il-(potenzjal ta') bijoakkumulazzjoni.
Għal kull sustanza, meta l-valutazzjoni tkun ibbażata fuq ittra ta' konformita (LoC) valida, għandha tingħata biss kopja tal-ittra.
Għal kull sustanza magħżula mil-lista tal-Klassifikazzjoni tas-Sustanzi tal-Lubrikanti (il-lista LuSC), il-valutazzjoni tista' tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata f'din il-lista u ma hemm bżonn jitressaq l-ebda dokument.
Bijodegradazzjoni
|
“ Bijodegradabbli b'mod inerenti ” tfisser sustanza li tikseb dan il-livell ta' degradazzjoni li ġej:
Il-bijodegradabbiltà inerenti għandha titkejjel skont it-testijiet li ġejjin:
|
|
“ Bijodegradabbli b'mod faċli ” tfisser klassifikazzjoni arbitrarja tal-kimiki li għaddew minn ċerti testijiet ta' skrinjar speċifikati għal bijodegradabbiltà finali; dawn it-testijiet huma tant stretti li hu preżunt li dawn il-komposti se jiġu bijodegradati malajr u għalkollox fl-ambjenti akkwatiċi f'kundizzjonijiet aerobiċi. Is-sustanzi huma meqjusa li se jiġu degradati malajr fl-ambjent jekk xi wieħed minn dawn il-kriterji jiġi ssodisfat:
Il-bijodegradabbiltà faċli għandha titkejjel skont it-testijiet li ġejjin:
Nota: Fil-qafas ta' dan il-kriterju, il-prinċipju tal-perjodu ta' 10 ijiem mhux bilfors ikun japplika. Jekk is-sustanza tilħaq il-livell rikjest ta' bijodegradazzjoni fi żmien 28 jum iżda mhux fil-perjodu ta' 10 ijiem, tiġi preżunta rata ta' degradazzjoni aktar bil-mod. |
|
“ Mhux bijodegradabbli ” tfisser sustanza li ma tissodisfax il-kriterji għal bijodegradabbiltà finali u inerenti. L-applikant jista' juża wkoll data read-across biex jistima l-bijodegradabbiltà ta' sustanza. “Read-across” għall-valutazzjoni tal-bijodegradabbiltà ta' sustanza għandha tkun aċċettabbli jekk is-sustanza ta' referenza tkun differenti bi grupp funzjonali wieħed biss jew bi framment wieħed mis-sustanza applikata fil-prodott. Jekk is-sustanza ta' referenza tkun bijodegradabbli faċilment jew b'mod inerenti u l-grupp funzjonali jkollu effett pożittiv fuq il-bijodegradabbiltà aerobika, allura s-sustanża applikata tista' titqies ukoll li hi bijodegradabbli faċilment jew b'mod inerenti. Gruppi funzjonali jew frammenti b'effett pożittiv fuq il-bijodegradazzjoni huma: l-alkoħol alifatiku u aromatiku [-OH], l-aċidu alifatiku u aromatiku [-C(= O)-OH], l-aldeid [-CHO], l-ester [-C(= O)-O-C], l-amidu [-C(= O)–N jew -C(= S)–N]. Għandha tingħata dokumentazzjoni xierqa u affidabbli dwar l-istudju fuq is-sustanza ta' referenza. Fil-każ ta' tqabbil ma' framment mhux inkluż hawn fuq, jenħtieġ tingħata dokumentazzjoni xierqa u affidabbli dwar l-istudji fuq l-effetti pożittivi tal-grupp funzjonali fuq il-bijodegradazzjoni ta' sustanzi strutturalment simili. |
Il-bijoakkumulazzjoni
Il-(potenzjal ta') bijoakkumulazzjoni ma hemmx għalfejn jiġi stabbilit meta s-sustanza:
— |
ikollha MM > 800 g/mol u dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å), jew |
— |
ikollha koeffiċjent tal-parti tal-ottanol-ilma, log Kow, valur < 3 jew > 7, jew |
— |
ikollha BCF imkejjel ta' ≤ 100 L/kg, jew |
— |
tkun polimeru u l-frazzjoni tal-piż molekulari tagħha anqas minn 1 000 g/mol tkun inqas minn 1 %. |
Il-biċċa l-kbira tas-sustanzi użati fil-lubrikanti huma idrofobiċi ferm u għaldaqstant il-valur tal-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) jenħtieġ ikun ibbażat fuq il-kontenut tal-piż lipidu u għandha tingħata attenzjoni biex ikun żgurat biżżejjed ħin ta' espożizzjoni. Il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) għandu jiġi vvalutat skont il-Part C.13 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008, jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti.
Il-koeffiċjenti log tal-parti ottanol/ilma (log Kow) għandu jiġu vvalutat skont il-Parti A.8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 440/2008 jew 123 tal-OECD, jew metodi tal-ittestjar ekwivalenti. Fil-każ ta' sustanza organika differenti minn aġent tensjoattiv, meta l-ebda valur esperimentali ma jkun disponibbli, jista' jintuża metodu tal-kalkolu. Huma permessi dawn il-metodi tal-kalkolu li ġejjin: CLOGP, LOGKOW, (KOWWIN) u SPARC. Il-valuri log Kow stmati miksuba b'xi wieħed minn dawn il-metodi tal-kalkolu < 3 jew > 7, jindikaw li s-sustanza mhix mistennija tagħmel bijoakkumulazzjoni.
Il-valuri log Kow huma applikabbli biss għall-kimiċi organiċi. Biex jiġi vvalutat il-potenżjal ta' bijoakkumulazzjoni ta' komposti mhux organiċi, aġenti tensjoattivi u xi komposti organometalliċi, għandu jsir kejl BCF.
KRITERJU 4 – REKWIŻITI TAL-INGREDJENTI RINNOVABBLI
(a) |
Fil-każ speċifiku ta' ingredjenti rinnovabbli miż-żejt tal-palm jew miż-żejt tal-qalba tal-palm, jew derivati miż-żejt tal-palm jew miż-żejt tal-qalba tal-palm, 100 % w/w tal-ingredjenti rinnovabbli użati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-produzzjoni sostenibbli ta' skema taċ-ċertifikazzjoni li hi organizzazzjoni ta' diversi partijiet konċernati bi sħubija wiesgħa, inkluż NGOs, l-industrija u l-gvern u li tindirizza l-impatti ambjentali fuq il-ħamrija, il-bijodiversità, il-ħażniet tal-karbonju organiku u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali. |
(b) |
Jekk jintuża t-terminu “b'bażi bijoloġika” jew “bijolubrikant”, il-kontenut minimu tal-karbonju b'bażi bijoloġika fil-prodott finali għandu jkun ta' 25 % skont EN 16807. |
Valutazzjoni u verifika
Biex tintwera l-konformità mal-kriterji 4(a), għandha tingħata evidenza permezz ta' ċertifikati tal-katina tal-kustodja tal-partijiet terzi li l-materjali użati fil-manifattura joriġinaw minn pjantaġġuni ġestiti b'mod sostenibbli. Għandhom jiġu aċċettati ċ-ċertifikati dwar iż-Żejt tal-Palma Sostenibbli (RSPO) jew iċ-ċertifikati ta' xi skema tal-produzzjoni sostenibbli ekwivalenti jew aktar stretti li juru l-konformità ma' xi wieħed minn dawn il-mudelli li ġejjin: identità ppriżervata, segregata, il-bilanċ tal-massa. Għad-derivati taż-żejt tal-palm u taż-żejt tal-qalba tal-ġewż, għandhom jingħataw l-ammonti ta' krediti mixtrija u dikjarati fil-mudell tas-sistema PalmTrace tal-RSPO waqt l-aktar perjodu ta' negozjar annwali riċenti, ħalli tintwera l-konformità mal-mudell tal-katina tal-provvista Book & Claim.
Biex juri l-konformità mal-kriterji 4(b), l-applikant għandu jehmeż ir-rapport tat-testijiet tal-prodott finali skont EN 16807, ASTM D 6866, DIN CEN/TS 16137 (SPEC 91236), EN 16640 jew EN 16785-1.
KRITERJU 5 – IR-REKWIŻITI TAL-IMBALLAĠĠ/TAL-KONTENITUR
(a) |
Il-kontenut riċiklat (applikabbli biss fil-każ ta' lubrikanti mibjugħa f'imballaġġi/kontenituri tal-plastik): l-imballaġġ/kontenitur tal-plastik għandu jkun magħmul minn minimu ta' 25 % ta' plastik diġà użat mill-konsumatur. |
(b) |
Id-disinn (applikabbli biss fil-każ ta' lubrikanti maħsuba biex jinbiegħu lil konsumaturi finali privati): l-imballaġġ/kontenitur jenħtieġ ikollu sistema xierqa (eż. sistemi ta' estensjoni jew ftuħ dejjaq) ħalli waqt l-użu jkun evitat it-tixrid. |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi din l-evidenza, kif applikabbli:
Il-kompożizzjoni tal-imballaġġ/kontenitur tal-plastik u l-proporzjonijiet ta' materjal verġni u materjal riċiklat. Jekk ikun meħtieġ, għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-fornitur tal-imballaġġ/kontenitur tal-plastik.
Plastik diġà użat mill-konsumatur tfisser il-plastik iġġenerat mill-unitajiet domestiċi jew mill-faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali meta jkunu utenti finali tal-prodott li ma jistax jibqa' jintuża iżjed għall-iskop maħsub tiegħu. Dan jinkludi l-plastik irritornat mill-katina tad-distribuzzjoni.
Il-plastik diġà użat mill-konsumatur għandu jiġi kkalkulat kif indikat hawn taħt. Peress li ma hemm l-ebda metodu disponibbli li jkejjel direttament il-kontenut riċiklat fi prodott jew f'imballaġġ, għandha tintuża l-massa ta' plastik miksub mill-proċess tar-riċiklaġġ, wara t-telf u devjazzjonijiet oħra.
X(%) = A/P × 100
Fejn:
|
X hu l-kontenut riċiklat (diġà użat mill-konsumatur) |
|
A hi l-massa tal-plastik riċiklat (diġà użat mill-konsumatur) |
|
P hi l-massa tal-imballaġġ/kontenitur |
Għandha tingħata deskrizzjoni tad-disinn tal-imballaġġ/kontenitur, flimkien ma' ritratti jew disinji tekniċi.
KRITERJU 6 – IL-PRESTAZZJONI TEKNIKA MINIMA
Il-prodott lubrikanti għandu jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-prestazzjoni teknika minima kif speċifikat fit-Tabella 5.
Tabella 5
Il-prestazzjoni teknika minima għall-prodotti lubrikanti
Kategorija tal-lubrikant |
Prestazzjoni teknika minima |
||||||||||
Żjut tas-srieraq bil-katina |
Test tal-KWF bil-verżjoni tal-2017 jew ekwivalenti |
||||||||||
|
“Xieraq għall-iskop maħsub” murija minn tal-inqas “approvazzjoni tal-klijenti tal-applikant” waħda. |
||||||||||
Żejt tal-gerijiet |
żjut tal-gerijiet (gerijiet magħluqa): ISO 12925-1 jew DIN 51517 (it-Taqsima I, II jew III) żjut tal-gerijiet (gerijiet miftuħa): “Xieraq għall-iskop maħsub” murija minn tal-inqas “approvazzjoni tal-klijenti tal-applikant” waħda. |
||||||||||
Żjut two-stroke |
two-stroke fuq il-baħar: NMMA TC-W3 two-stroke fuq l-art: ISO 13738 (EGD) |
||||||||||
Sistemi idrawliċi |
ISO 15380 (it-Tabelli 2 sa 5) Fluwidi idrawliċi reżistenti għan-nar: ISO 15380 (it-Tabelli 2 sa 5) + ISO 12922 (it-Tabella 1 sa 3) jew Approvazzjoni Reċiproka tal-Fabbrika |
||||||||||
Protezzjoni temporanja kontra l-korrużjoni |
ISO/TS 12928 jew “Xieraq għall-iskop maħsub” murija minn tal-inqas “approvazzjoni tal-klijenti tal-applikant” waħda. |
||||||||||
Griżijiet lubrikanti |
Griżijiet għal protezzjoni temporanja kontra l-korrużjoni: ISO/TS 12928 jew “Xieraq għall-iskop maħsub” murija minn tal-inqas “approvazzjoni tal-klijenti tal-applikant” waħda. Griżijiet għal gerijiet magħluqa: DIN 51826 Griżijiet għar-roller bearings, għall-plain berings u għall-uċuħ li jiżżerżqu: DIN 51825 Il-griżijiet l-oħra kollha: ISO 12924 jew “Xieraq għall-iskop maħsub” murija minn tal-inqas “approvazzjoni tal-klijenti tal-applikant” waħda. |
Nota: Il-griżijiet ta' diversi skopijiet li jinkludu kwalunkwe waħda mill-applikazzjonijiet speċifikati hawn fost l-użi potenzjali tagħhom għandhom jiġu ttestjati skont it-test korrispondenti speċifiku tal-applikazzjoni speċifikata rilevanti.
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta mir-riżultati tat-testijiet, meta xieraq.
Għas-sistemi idrawliċi, il-folja tal-informazzjoni tal-prodott għandha tindika liema elastomeri ġew ittestjati.
Approvazzjoni tal-klijenti tal-applikant tfisser ittra/dokument/dikjarazzjonijiet maħruġa mill-klijenti għal prodott speċifiku, li jiżguraw li l-prodott jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom u jaħdem sew fl-applikazzjoni maħsuba tiegħu.
KRITERJU 7 – INFORMAZZJONI LILL-KONSUMATUR DWAR L-UŻU U R-RIMI
Jekk il-lubrikanti jkunu maħsuba biex jinbiegħu lil konsumaturi finali privati, l-imballaġġ/kontenitur għandu juri din l-informazzjoni li ġejja (f'forma testwali jew pittogrammi) (jistgħu jintużaw formulazzjonijiet ta' test komparabbli):
|
“Tħallix il-prodott mhux użat jixtered fl-ambjent”, |
|
“Ir-residwi tal-prodott u l-imballaġġ/kontenitur għandhom jintremew f'postijiet tal-ġbir apposta”. |
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ/kontenitur tal-prodott jew grafika tiegħu fejn tkun qed tidher din l-informazzjoni msemmija hawn fuq.
KRITERJU 8 – L-INFORMAZZJONI LI TIDHER FUQ L-EKOTIKKETTA TAL-UE
It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba tista' tinkludi dan it-test:
(a) |
“Sustanzi inqas perikolużi li jispiċċaw fl-ambjent”, |
(b) |
“Prestazzjoni verifikata” |
(c) |
“X% tal-ingredjenti rinnovabbli ċċertifikati użati” (fejn rilevanti) (8), |
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba jinsabu fil-Linji Gwida għall-Użu tal-Logo tal-Ekotikketta tal-UE, fuq is-sit web:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika
L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta. Jekk tintuża d-dikjarazzjoni c), l-applikant għandu jipprovdi ċ-ċertifikat(i) rilevanti relatati mal-persentaġġ tal-ingredjent(i) rinnovabbli ċċertifikati użati.
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(2) http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta' sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(*1) Il-fatturi-M għall-komponenti tossiċi ħafna għandhom jiġu applikati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif deskritt fit-taqsima 4.1.3.5.5.5 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).
(8) Jekk jintużaw ingredjenti rinnovabbli ċċertifikati, irrispettivament mit-tip ta' bijomassa (eż. kolza, ġirasol, palma, soja, eċċ…), jista' jiġi indikat il-kontenut totali tal-ingredjenti ċċertifikati.