26.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1614

tal-25 ta' Ottubru 2018

li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-vetturi u l-istorja tagħhom, jenħtieġ li l-vetturi jiġu rreġistrati b'numru Ewropew tal-vetturi f'reġistru tal-vetturi. Jenħtieġ li r-regoli għall-istabbiliment tan-numru Ewropew tal-vetturi jiġu armonizzati biex jiżguraw li l-vetturi jiġu rreġistrati bl-istess mod fl-Unjoni kollha.

(2)

Attwalment, il-vetturi jiġu rreġistrati f'reġistri nazzjonali tal-vetturi u kull Stat Membru jamministra r-reġistru nazzjonali tal-vetturi tiegħu. Jeħtieġ li jittejjeb l-użu tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi u li tiġi evitata r-reġistrazzjoni żejda ta' vettura waħda f'diversi reġistri tal-vetturi, inklużi r-reġistri tal-vetturi ta' pajjiżi terzi konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (2) tiġi emendata skont dan.

(3)

L-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) enfasizzat il-vantaġġi sinifikanti għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni li jirriżultaw mill-istabbiliment ta' Reġistru Ewropew tal-Vetturi li jissostitwixxi r-reġistri nazzjonali tal-vetturi.

(4)

Sabiex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kostijiet għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, li se jkun jinkorpora r-reġistri nazzjonali tal-vetturi.

(5)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tistabbilixxi u tieħu ħsieb ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, fejn ikun rilevanti b'kooperazzjoni mal-entitajiet nazzjonali tar-reġistrazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi investigattivi, u b'rispons għal kwalunkwe talba leġittima, il-korpi regolatorji, u l-Aġenzija, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, kif ukoll dawk il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li jkunu identifikati fir-reġistru jkunu jistgħu jikkonsultaw ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.

(6)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru entità ta' reġistrazzjoni responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u għall-ipproċessar u għall-aġġornament tal-informazzjoni b'rabta mal-vetturi li dik l-entità tkun irreġistrata fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.

(7)

Jenħtieġ li l-kustodji jimlew applikazzjoni għal reġistrazzjoni bl-informazzjoni meħtieġa u jkunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom permezz ta' għodda bbażata fuq il-web li tuża formola elettronika armonizzata. Jenħtieġ li l-kustodji jiżguraw li d-data tal-vettura li tiġi ppreżentata lill-entitajiet tar-reġistrazzjoni tkun aġġornata u akkurata.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-iżgurar tal-kwalità u tal-integrità tad-data tal-vettura li tiġi rreġistrata mill-entità maħtura tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/797, filwaqt li jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tas-sistema tal-IT tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont din id-Deċiżjoni.

(9)

Jenħtieġ li r-Reġistru Ewropew tal-Vetturi jkun reġistru ċentralizzat li jipprovdi interfaċċa armonizzata lill-utenti kollha għall-konsultazzjoni, għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u għall-ġestjoni tad-data.

(10)

Jeħtieġ li jkun hemm żvilupp u ttestjar tekniku tal-funzjonalitajiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. Madankollu, jenħtieġ li r-Reġistru Ewropew tal-Vetturi jkun operazzjonali fis-16 ta' Ġunju 2021 skont l-Artikolu 47(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

(11)

Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri, xi reġistri nazzjonali tal-vetturi jintużaw għal skopijiet oħra li mhumiex l-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-vetturi u tal-istorja tagħhom. Sabiex ikun hemm lok għall-adattament tar-reġistri nazzjonali li ma jintużawx speċifikament għar-reġistrazzjoni tal-vetturi mal-interfaċċa tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, jenħtieġ li l-migrazzjoni lejn ir-reġistrazzjoni ċentralizzata tal-vetturi tkun progressiva. Għaldaqstant, wara l-introduzzjoni tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jużaw “funzjoni ta' reġistrazzjoni deċentralizzata” sas-16 ta' Ġunju 2024 filwaqt li jenħtieġ li l-funzjonijiet l-oħra jkunu ċentralizzati mis-16 ta' Ġunju 2021. Wara s-16 ta' Ġunju 2024, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata biss.

(12)

Jenħtieġ li jkun hemm lok biex fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi tkun tista' tiġi rreġistrata informazzjoni addizzjonali speċifika meħtieġa mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-kustodji jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa minn Stat Membru meta jippreżentaw applikazzjoni għal reġistrazzjoni lil dak l-Istat Membru.

(13)

Sabiex fil-pajjiżi terzi jiġi ffaċilitat l-użu tal-vetturi rreġistrati fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, b'mod partikolari dawk li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija li l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti tagħha, jenħtieġ li d-data rilevanti tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-awtorizzazzjoni f'dawn il-pajjiżi terzi. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li l-Aġenzija tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet adottati skont il-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999.

(14)

Fil-21 ta' Diċembru 2016, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi li tindika l-possibbiltajiet ta' titjib tal-użu tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Fl-14 ta' Diċembru 2017, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni temenda l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistri nazzjonali tal-vetturi u tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.

KAPITOLU 2

REĠISTRI NAZZJONALI TAL-VETTURI

Artikolu 2

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistri nazzjonali tal-vetturi

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Irtirar tar-reġistrazzjonijiet żejda

1.   Il-kustodju għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet żejda tal-vetturi skont il-punt 3.2.5(1) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE (3) jiġu rtirati mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi fi żmien sena mill-15 ta' Novembru 2018.

2.   Il-kustodju għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet żejda tal-vetturi ta' pajjiżi terzi maħsuba biex joperaw fuq is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u rreġistrati f'reġistru tal-vetturi skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE u konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi speċifikat f'dik id-Deċiżjoni jiġu rtirati fi żmien sena mill-15 ta' Novembru 2018.

KAPITOLU 3

REĠISTRU EWROPEW TAL-VETTURI

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandhom ikunu dawk li ġew stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 5

Entità tar-reġistrazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar entità tar-reġistrazzjoni, li tkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u li tkun responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u għall-aġġornament tad-data fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi fir-rigward tal-vetturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru mill-15 ta' Mejju 2019.

2.   Din l-entità tar-reġistrazzjoni tista' tkun il-korp maħtur skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2007/756/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-entitajiet tar-reġistrazzjoni jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni sabiex jikkomunikaw it-tibdil fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi b'mod li jkun f'waqtu.

3.   Fejn l-entità tar-reġistrazzjoni ma tkunx il-korp maħtur skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2007/756/KE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sa mhux iktar tard mill-15 ta' Novembru 2019, dwar l-entità maħtura skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

Reġistrazzjoni ta' vetturi awtorizzati għat-tqegħid fis-suq

1.   Il-kustodju għandu jippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi lil Stat Membru tal-għażla tiegħu fiż-żona tal-użu tal-vettura.

2.   L-entitajiet tar-reġistrazzjoni għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw l-akkuratezza tad-data rreġistrata fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.

3.   Kull entità tar-reġistrazzjoni għandha tkun tista' twettaq l-estrazzjoni tad-data tar-reġistrazzjonijiet irrekordjati tal-vetturi.

Artikolu 7

Arkitettura tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi

1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tieħu ħsieb ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont din id-Deċiżjoni.

2.   Wara l-migrazzjoni msemmija fl-Artikolu 8, ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jkun reġistru ċentralizzat u għandu jipprovdi interfaċċa armonizzata lill-utenti kollha għall-konsultazzjoni, għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u għall-ġestjoni tad-data.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt 2.1.4 tal-Anness II b'mod deċentralizzat sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2024.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija mhux iktar tard mill-15 ta' Mejju 2019 dwar jekk ikunux beħsiebhom jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata stabbilita mill-Aġenzija jew jistabbilixxu funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata. Għandhom juru kif qed jippjanaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 sas-16 ta' Ġunju 2020.

5.   Fejn Stat Membru jimplimenta l-funzjoni tar-reġistrazzjoni b'mod deċentralizzat, dan għandu jiżgura l-kompatibbiltà u l-komunikazzjoni mar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. Barra minn hekk, għandu jiżgura li l-funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata tkun operazzjonali skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2021.

6.   Fi kwalunkwe ħin, l-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw id-deċiżjoni tagħhom li jużaw funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata u minflok jagħżlu li jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata billi jinnotifikawha lill-Aġenzija. Id-deċiżjoni għandha ssir effettiva sitt xhur wara n-notifika.

Artikolu 8

Migrazzjoni mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data għall-vetturi rreġistrati tiġi ttrasferita mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi u l-migrazzjoni ta' din id-data għandha ssir sas-16 ta' Ġunju 2021. Waqt il-migrazzjoni, l-Aġenzija, flimkien mal-entitajiet tar-reġistrazzjoni, għandha tikkoordina t-tranżizzjoni mir-reġistri nazzjonali rispettivi tal-vetturi għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi u l-Aġenzija għandha tiżgura d-disponibbiltà tal-ambjent tal-IT.

2.   L-Aġenzija għandha tara li l-funzjonijiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi jkunu disponibbli għall-Istati Membri mhux iktar tard mill-15 ta' Novembru 2020.

3.   L-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-interfaċċi mal-funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata u għandha tara li jkunu disponibbli għall-Istati Membri sa mhux iktar tard mis-16 ta' Jannar 2020.

4.   Mis-16 ta' Ġunju 2021, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-vetturi fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont l-Artikolu 7.

5.   Mis-16 ta' Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2007/756/KE titħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2021.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

It-Taqsimiet 2.2, 2.3, 2.4, 2.5, 3, 4.3 u 5 tal-Anness II u l-Appendiċijiet 1 sa 6 ta' dak l-Anness għandhom japplikaw mis-16 ta' Ġunju 2021.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE tal-10 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 3.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.2.1.   Applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Il-formola fl-Appendiċi 4 għandha tintuża għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta' vettura għandha timmarka l-kaxxa “Reġistrazzjoni ġdida”. Għandha timla l-formola u tibgħatha:

lir-RE tal-Istat Membru fejn qed tintalab ir-reġistrazzjoni, billi jimtlew il-kaxxi kollha,

lir-RE tal-ewwel Stat Membru fejn biħsiebha topera, għal vettura li ġejja minn pajjiż terz (ara l-punt 3.2.5(2)). F'dak il-każ, il-formola għandha tinkludi minn tal-inqas l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u tal-kustodju tagħha, ir-restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura, u l-entità responsabbli għall-manutenzjoni.”;

(2)

fil-punt 3.2.3, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Ir-RE għandha tirreġistra t-tibdil fl-NVR fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċievi fajl komplut ta' applikazzjoni. Ir-RE għandha, qabel ma tiskadi din l-iskadenza, jew tirreġistra l-vettura jew inkella titlob korrezzjoni/kjarifika.”;

(3)

il-punt 3.2.5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.2.5.   Awtorizzazzjoni f'diversi Stati Membri

1.

Il-vetturi għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR tal-Istat Membru fejn jiġu awtorizzati l-ewwel għat-tqegħid fis-servizz jew, għall-vetturi li tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament u tal-Kunsill (*1), dawn għandhom jiġu rreġistrati biss fi Stat Membru fiż-żona tal-użu tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, mingħajr preġudizzju għat-trasferiment tar-reġistrazzjoni f'NVR differenti skont il-punt 3.2.6(2).

2.

Il-vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati f'reġistru tal-vetturi li ma jkunx konformi ma' din l-ispeċifikazzjoni jew li ma jkunx konness ma' EC VVR għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR tal-ewwel Stat Membru fejn ikun maħsub li l-vettura titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

3.

Il-vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati f'reġistru tal-vetturi li ma jkunx konformi ma' din l-ispeċifikazzjoni u li jkunu konnessi mal-EC VVR, meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan, ma għandhomx jiġu rreġistrati f'xi NVR.

4.

Għal kwalunkwe vettura, l-NVR fejn tkun irreġistrata għandu jinkludi d-data relatata mal-punti 2, 6, 12 u 13 għal kull wieħed mill-Istati Membri fejn din il-vettura tkun ingħatat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz.

Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 5.

(*1)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44)”;"

(4)

fit-Taqsima 3.2, jiżdied il-punt 3.2.6 li ġej:

“3.2.6.   Trasferiment tar-reġistrazzjoni u tibdil tal-EVN

1.

L-EVN għandu jitbiddel meta ma jirriflettix il-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiki tekniċi skont l-Appendiċi 6 minħabba modifiki tekniċi fil-vettura. Tali modifiki tekniċi jistgħu jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq u, fejn ikun xieraq, awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura ġdida, skont l-Artikoli 21 u 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-kustodju għandu jinforma lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura b'dak it-tibdil u, jekk ikun applikabbli, bl-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tqegħid fis-servizz jew b'awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq. Dik ir-RE għandha tassenja EVN ġdid lill-vettura.

2.

L-EVN jista' jitbiddel fuq talba tal-kustodju permezz ta' reġistrazzjoni ġdida tal-vettura fl-NVR ta' Stat Membru differenti konness mal-EC VVR u permezz tal-irtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.

(*2)  Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).”;"

(5)

it-Taqsima 3.3 hija sostitwita b'dan li ġej:

“3.3.   Drittijiet ta' aċċess

Id-drittijiet ta' aċċess għad-data ta' NVR minn Stat Membru partikolari “XX” huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt:

Entità

Drittijiet ta' qari

Drittijiet ta' aġġornament

Ir-RE tal-Istat Membru “XX”

Id-data kollha

Id-data kollha fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru “XX”

NSA

Id-data kollha

L-ebda

Aġenzija

Id-data kollha

L-ebda

Kustodju

Id-data kollha dwar il-vetturi li huwa kustodju tagħhom

L-ebda

ECM

Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, dwar il-vetturi li għalihom huwa ECM

L-ebda

Sid

Id-data kollha dwar il-vetturi li huwa sid tagħhom

L-ebda

Impriża ferrovjarja

Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, abbażi ta' numru wieħed jew iktar tal-vetturi

L-ebda

Amministratur tal-infrastruttura

Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, abbażi ta' numru wieħed jew iktar tal-vetturi

L-ebda

Il-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

Id-data kollha dwar il-vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati

L-ebda

Korp tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant)

Id-data kollha dwar il-vetturi li għalihom huwa l-korp tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant), għajr ir-referenzi tas-sid

L-ebda

Utent leġittimu ieħor rikonoxxut mill-NSA jew mill-Aġenzija (3)

Irid jiġi definit kif xieraq, durata possibbilment limitata, għajr ir-referenzi tas-sid

L-ebda

Id-drittijiet tal-aċċess għad-data tal-NVRs jistgħu jiġu estiżi għall-entitajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew għal organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.”;

(6)

L-Appendiċijiet 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

APPENDIĊI 1

IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET

1.   PRINĊIPJI

Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE jew fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u, fejn ikun xieraq, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura ġdida, skont l-Artikoli 21 u 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom jiġu assenjati kodiċi armonizzat jew kodiċi nazzjonali.

2.   STRUTTURA

Kull kodiċi huwa kombinazzjoni ta':

kategorija ta' restrizzjoni,

tip ta' restrizzjoni,

valur jew speċifikazzjoni,

magħqudin flimkien b'tikka (.):

[Kategorija].[Tip].[Valur jew speċifikazzjoni].

3.   KODIĊIJIET TA' RESTRIZZJONI

1.

Il-kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati għandhom ikunu applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Il-lista tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandha tinżamm aġġornata mill-Aġenzija u għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tagħha.

Jekk awtorità nazzjonali għas-sikurezza tqis li jeħtieġ li jiżdied kodiċi ġdid fil-lista ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati, din għandha titlob lill-Aġenzija tevalwa l-inklużjoni ta' dan il-kodiċi l-ġdid.

Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha tevalwa t-talba, b'konsultazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali oħra għas-sikurezza. Meta jkun xieraq, l-Aġenzija għandha tinkludi kodiċi ta' restrizzjoni ġdid fil-lista.

2.

L-Aġenzija għandha żżomm il-lista tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali aġġornata. L-użu tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk ir-restrizzjonijiet li jirriflettu karatteristiki partikolari tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' Stat Membru u li x'aktarx ma jiġux applikati bl-istess tifsira fi Stati Membri oħra.

Għal tipi ta' restrizzjonijiet li mhumiex indikati fil-lista msemmija fil-punt 1, l-awtorità nazzjonali għas-sikurezza għandha titlob lill-Aġenzija tinkludi kodiċi ġdid fil-lista ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali. Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha tevalwa t-talba, b'konsultazzjoni ma' awtoritajiet nazzjonali oħra għas-sikurezza. Jekk ikun xieraq, l-Awtorità għandha tinkludi kodiċi ta' restrizzjoni ġdid fil-lista.

3.

Il-kodiċi ta' restrizzjoni għall-awtoritajiet multinazzjonali għas-sikurezza għandu jiġi trattat bħala kodiċi ta' restrizzjoni nazzjonali.

4.

L-użu ta' restrizzjonijiet mhux ikkodifikati għandu jkun limitat għal dawk ir-restrizzjonijiet li minħabba n-natura partikolari tagħhom, x'aktarx ma jiġux applikati għal diversi tipi ta' vetturi.

L-Aġenzija għandha żżomm lista unika ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni għall-EVR, ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati msemmi fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-punt uniku ta' servizz u l-Bażi tad-Data tal-Interoperabbiltà u tas-Sikurezza tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

5.

Fejn ikun rilevanti, l-Aġenzija tista' tikkoordina l-proċess ta' armonizzazzjoni tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni ma' organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.

APPENDIĊI 2

STRUTTURA U KONTENUT TAN-NUMRU EWROPEW TA' IDENTIFIKAZZJONI

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tan-Numru Ewropew ta' Identifikazzjoni (EIN), inkluża l-kodifikazzjoni tat-tipi ta' dokumenti kkonċernati, f'dokument tekniku u għandha tippubblika dan id-dokument tekniku fis-sit web tagħha.

”;

(7)

il-punt 1 tal-Parti 1 tal-Appendiċi 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Definizzjoni tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM)

L-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM) huwa kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti minn tnejn sa ħames ittri (*3). Il-VKM isir fuq kull vettura ferrovjarja, qrib in-Numru Ewropew tal-Vettura. Il-VKM jidentifika l-Kustodju tal-Vettura kif ikun irreġistrat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi.

Il-VKM huwa uniku u validu fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u tal-VKM kif stabbilit f'din id-Deċiżjoni.

(*3)  Għall-NMBS/SNCB, l-użu tal-ittra unika B imdawra b'ċirku jista' jitkompla.”"

(8)

Il-Parti 4 tal-Appendiċi 6 hija sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI 4 — IKKODIFIKAR TAL-PAJJIŻI LI FIHOM IL-VETTURI JKUNU RREĠISTRATI (IĊ-ĊIFRI 3-4 U ABBREVJAZZJONI)

L-Informazzjoni relatata mal-pajjiżi terzi tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.

Pajjiżi

Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (1)

Kodiċi numeriku tal-pajjiż

 

Pajjiżi

Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (1)

Kodiċi numeriku tal-pajjiż

L-Albanija

AL

41

 

Il-Litwanja

LT

24

L-Alġerija

DZ

92

 

Il-Lussemburgu

L

82

L-Armenja

AM

58

 

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK

65

L-Awstrija

A

81

 

Malta

M

 

L-Ażerbajġan

AZ

57

 

Il-Moldova

MD (1)

23

Il-Belarussja

BY

21

 

Monaco

MC

 

Il-Belġju

B

88

 

Il-Mongolja

MGL

31

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BIH

50 u 44 (2)

 

Il-Montenegro

MNE

62

Il-Bulgarija

BG

52

 

Il-Marokk

MA

93

Iċ-Ċina

RC

33

 

In-Netherlands

NL

84

Il-Kroazja

HR

78

 

Il-Korea ta' Fuq

PRK (1)

30

Kuba

CU (1)

40

 

In-Norveġja

N

76

Ċipru

CY

 

 

Il-Polonja

PL

51

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

54

 

Il-Portugall

P

94

Id-Danimarka

DK

86

 

Ir-Rumanija

RO

53

L-Eġittu

ET

90

 

Ir-Russja

RUS

20

L-Estonja

EST

26

 

Is-Serbja

SRB

72

Il-Finlandja

FIN

10

 

Is-Slovakkja

SK

56

Franza

F

87

 

Is-Slovenja

SLO

79

Il-Georgia

GE

28

 

Il-Korea t'Isfel

ROK

61

Il-Ġermanja

D

80

 

Spanja

E

71

Il-Greċja

GR

73

 

L-Iżvezja

S

74

L-Ungerija

H

55

 

L-Iżvizzera

CH

85

L-Iran

IR

96

 

Is-Sirja

SYR

97

L-Iraq

IRQ (1)

99

 

It-Taġikistan

TJ

66

L-Irlanda

IRL

60

 

It-Tuneżija

TN

91

Iżrael

IL

95

 

It-Turkija

TR

75

L-Italja

I

83

 

It-Turkmenistan

TM

67

Il-Ġappun

J

42

 

L-Ukrajna

UA

22

Il-Każakistan

KZ

27

 

Ir-Renju Unit

GB

70

Il-Kirgiżistan

KS

59

 

L-Użbekistan

UZ

29

Il-Latvja

LV

25

 

Il-Vjetnam

VN (1)

32

Il-Libanu

RL

98

 

(1)

Skont is-sistema ta' kkodifikar alfabetiku deskritta fl-Appendiċi 4 tal-Konvenzjoni tal-1949 u fl-Artikolu 45(4) tal-Konvenzjoni tal-1968 dwar it-traffiku fit-toroq.

(2)

Il-Bożnija-Ħerzegovina tuża żewġ kodiċijiet ferrovjarji speċifiċi. Il-kodiċi numeriku tal-pajjiż 49 huwa rriżervat.”


(1)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(2)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(3)  L-Aġenzija għandha, b'koperazzjoni mal-NSAs, tiddefinixxi l-proċedura għar-rikonoxximent ta' utenti leġittimi.


ANNESS II

1.   IL-KONTENUT U L-FORMAT TAD-DATA

Il-kontenut u l-format tad-data tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi (“EVR”) għandhom ikunu kif stabbilit fit-tabella li ġejja.

Tabella 1

Parametri tal-EVR

Numru tal-parametru

Isem tal-parametru

Deskrizzjoni

Format

Obbligatorju/Fakultattiv

1

Identifikazzjoni tal-vettura

 

 

 

1.1

Numru Ewropew tal-Vettura

Numru Ewropew tal-Vettura. Kodiċi numeriku ta' identifikazzjoni kif definit fl-Appendiċi 6.

Ara l-Appendiċi 6 (1)

Obbligatorju

1.2

Numru preċedenti tal-vettura

Numru preċedenti (jekk ikun applikabbli, għal vettura nnumerata mill-ġdid)

 

Obbligatorju (meta jkun applikabbli)

2

Stat Membru ta' Reġistrazzjoni

 

 

 

2.1

Stat Membru ta' Reġistrazzjoni

L-Istat Membru fejn il-vettura tkun ġiet irreġistrata

Kodiċi b'żewġ ittri (*1)

Obbligatorju

3

Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata

 

 

 

3.1

Iż-żona tal-użu li tirriżulta

Il-kaxxa timtela awtomatikament mis-sistema abbażi tal-valuri tal-parametru 11.4.

Test

Il-kaxxa timtela awtomatikament mis-sistema abbażi tal-valuri tal-parametru 11.4.

4

Kundizzjonijiet addizzjonali

 

 

 

4.1

Kundizzjonijiet addizzjonali applikabbli għall-vettura

Identifikazzjoni ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali applikabbli bħall-RIV, l-RIC, it-TEN, it-TEN-CW, it-TEN-GE, …

Test

Obbligatorju (meta jkun applikabbli)

5

Manifattura

 

 

 

5.1

Sena tal-manifattura

Is-sena li fiha l-vettura ħarġet mill-fabbrika

SSSS

Obbligatorja

5.2

Numru tas-serje tal-manifattura

In-numru tas-serje tal-manifattura kif immarkat fuq il-qafas tal-vettura.

Test

Fakultattiv

5.3

Referenza ERATV

Identifikazzjoni fl-ERATV tat-tip (jew verżjoni jew varjant) awtorizzat(a) (2) ta' vettura li l-vettura tkun konformi miegħu/magħha.

Kodiċi(jiet) alfanumeriku/ċi

Obbligatorja (meta disponibbli)

5.4

Serje

Identifikazzjoni tas-serje li l-vettura tkun parti minnha.

Test

Obbligatorju (meta jkun applikabbli)

6

Referenzi għal Dikjarazzjonijiet tal-verifika “KE” (3)

 

 

 

6.1

Data tad-dikjarazzjoni “KE”

Data tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”

Data (SSSSXXJJ)

Obbligatorja (meta tkun disponibbli)

6.2

Referenza tad-dikjarazzjoni “KE”

Referenza għad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”

Għal vetturi eżistenti: test.

Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku abbażi tal-EIN, ara l-Appendiċi 2

Obbligatorja (meta tkun disponibbli)

6.3

Korp tal-ħruġ tad-Dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant)

 

 

 

6.3.1

Isem tal-organizzazzjoni

 

Test

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.2

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

 

Test

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.3

Indirizz

Indirizz tal-organizzazzjoni, it-triq u n-numru

Test

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.4

Belt

 

Test

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.5

Kodiċi tal-pajjiż

 

Kodiċi b'żewġ ittri (*1)

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.6

Kodiċi postali

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.7

Indirizz tal-posta elettronika

 

Posta elettronika

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

6.3.8

Kodiċi tal-organizzazzjoni

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju (meta jkun disponibbli)

7

Sid

Identifikazzjoni tas-sid tal-vettura

 

 

7.1

Isem tal-organizzazzjoni

 

Test

Obbligatorju

7.2

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

 

Test

Obbligatorju

7.3

Indirizz

 

Test

Obbligatorju

7.4

Belt

 

Test

Obbligatorju

7.5

Kodiċi tal-pajjiż

 

Kodiċi b'żewġ ittri (*1)

Obbligatorju

7.6

Kodiċi postali

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

7.7

Indirizz tal-posta elettronika

 

Posta elettronika

Obbligatorju

7.8

Kodiċi tal-organizzazzjoni

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

8

Kustodju

Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura

 

 

8.1

Isem tal-organizzazzjoni

 

Test

Obbligatorju

8.2

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

 

Test

Obbligatorju

8.3

Indirizz

 

Test

Obbligatorju

8.4

Belt

 

Test

Obbligatorju

8.5

Kodiċi tal-pajjiż

 

Kodiċi b'żewġ ittri (*1)

Obbligatorju

8.6

Kodiċi postali

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

8.7

Indirizz tal-posta elettronika

 

Posta elettronika

Obbligatorju

8.8

Kodiċi tal-organizzazzjoni

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

8.9

Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

9

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni

 

 

9.1

Isem tal-organizzazzjoni

 

Test

Obbligatorju

9.2

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

 

Test

Obbligatorju

9.3

Indirizz

 

Test

Obbligatorju

9.4

Belt

 

Test

Obbligatorju

9.5

Kodiċi tal-pajjiż

 

Kodiċi b'żewġ ittri (*1)

Obbligatorju

9.6

Kodiċi postali

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

9.7

Indirizz tal-posta elettronika

 

Posta elettronika

Obbligatorju

9.8

Kodiċi tal-organizzazzjoni

 

Kodiċi alfanumeriku

Obbligatorju

10

Status tar-reġistrazzjoni

 

 

 

10.1

Status tar-reġistrazzjoni (ara l-Appendiċi 3)

 

Kodiċi b'żewġ ċifri

Obbligatorju

10.2

Data tal-istatus tar-reġistrazzjoni

Data tal-istatus tar-reġistrazzjoni

Data (SSSSXXJJ)

Obbligatorja

10.3

Raġuni tal-istatus tar-reġistrazzjoni

 

Test

Obbligatorju (meta jkun applikabbli)

11

Awtorizzazzjonijiet (4) għat-tqegħid fis-suq (5)

 

 

 

11.1

Isem tal-entità tal-awtorizzazzjoni

Entità (l-Awtorità Nazzjonali għas-Sikurezza jew l-Aġenzija) li awtorizzat it-tqegħid fis-suq

Test

Obbligatorju

11.2

Stat Membru tal-entità tal-awtorizzazzjoni

Stat Membru tal-entità tal-awtorizzazzjoni

Kodiċi b'żewġ ittri (*1)

Obbligatorju

11.3

Numru Ewropew tal-identifikazzjoni (EIN)

Numru tal-awtorizzazzjoni armonizzat għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-entità tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni.

Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku abbażi tal-EIN, ara l-Appendiċi 2.

Obbligatorju

11.4

Żona tal-użu

Kif iddikjarat fl-awtorizzazzjoni maħruġa tal-vetturi.

Test

Obbligatorju

11.5

Data tal-awtorizzazzjoni

 

Data (SSSSXXJJ)

Obbligatorja

11.6

Awtorizzazzjoni valida sa (jekk speċifikat)

 

Data (SSSSXXJJ)

Obbligatorja (meta tkun applikabbli)

11.7

Data tas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni

 

Data (SSSSXXJJ)

Obbligatorja (meta tkun applikabbli)

11.8

Data tar-revoka tal-awtorizzazzjoni

 

Data (SSSSXXJJ)

Obbligatorja (meta tkun applikabbli)

11.9

Kundizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra dwar kif tista' tintuża l-vettura

 

 

 

11.9.1

Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet ikkodifikati

Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura

Lista ta' kodiċijiet (ara l-Appendiċi 1).

Obbligatorji (meta jkunu applikabbli)

11.9.2

Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet mhux ikkodifikati

Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura

Test

Obbligatorju (meta jkun applikabbli)

12

Kaxxi addizzjonali (6)

 

 

 

2.   ARKITETTURA

2.1.   L-arkitettura tal-EVR

2.1.1.   Il-funzjoni tat-tiftix u tal-konsultazzjoni tad-data (il-funzjoni tad-DSC)

Il-funzjoni tad-DSC għandha tiġi implimentata mill-Aġenzija permezz ta' għodda ċentralizzata bbażata fuq il-web u permezz ta' interfaċċa għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra. Il-funzjoni għandha tippermetti t-tiftix u l-konsultazzjoni tad-data fl-EVR wara l-awtentikazzjoni.

Il-funzjoni tad-DSC għandha tipprovdi lill-entitajiet tar-reġistrazzjoni bil-mezzi biex iwettqu l-estrazzjoni tal-valuri tal-parametri fit-tabella 1 tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li jkunu ġew irrekordjati.

2.1.2.   Il-funzjoni tal-ħolqien u tal-amministrazzjoni tal-utenti (il-funzjoni tal-UCA)

Il-funzjoni tal-UCA għandha tiġi implimentata permezz ta' għodda ċentralizzata bbażata fuq il-web stabbilita mill-Aġenzija. Il-funzjoni għandha tippermetti lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet jitolbu l-aċċess għad-data tal-EVR u għandha tippermetti lill-entità tar-reġistrazzjoni (“RE”) toħloq l-utenti u tiġġestixxi d-drittijiet ta' aċċess.

2.1.3.   Il-funzjoni tal-amministrazzjoni tad-data ta' referenza (il-funzjoni tal-RDA)

Il-funzjoni tal-RDA għandha tiġi implimentata permezz ta' għodda ċentralizzata bbażata fuq il-web stabbilita mill-Aġenzija. Il-funzjoni għandha tippermetti lir-REs u lill-Aġenzija jiġġestixxu d-data ta' referenza komuni.

2.1.4.   Il-funzjonijiet tal-applikazzjoni, tar-reġistrazzjoni u tal-ħżin tad-data (il-funzjonijiet tal-ARS)

Il-funzjoni tal-ARS għandha tippermetti lill-kustodji, wara l-awtentikazzjoni, jippreżentaw applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jew għal aġġornament ta' reġistrazzjoni eżistenti lir-RE magħżula, permezz ta' għodda bbażata fuq il-web li tippreżenta l-formola elettronika armonizzata (ara l-Appendiċi 4). Din il-funzjoni għandha tippermetti wkoll lir-RE tirreġistra d-data tar-reġistrazzjoni. Is-sett ta' reġistrazzjonijiet għal Stat Membru partikolari għandu jissejjaħ ir-reġistru tal-vetturi ta' dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-funzjoni tal-ARS ċentralizzata (C-ARS) ipprovduta mill-Aġenzija jew jistgħu jimplimentaw il-funzjoni tal-ARS awtonomament b'mod deċentralizzat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà u l-komunikazzjoni bejn il-funzjonijiet tal-ARS deċentralizzati (D-ARS) u l-funzjonijiet ċentralizzati (DSC, UCA u RDA).

Il-funzjoni tal-ARS ċentralizzata għandha tipprovdi r-riżervazzjoni minn qabel u l-ġestjoni tan-numri tal-vetturi. Il-proċess tar-riżervazzjoni minn qabel għandu jippermetti li l-informazzjoni meħtieġa timtela minn qabel fil-formola elettronika mill-applikant jew mill-kustodju.

2.2.   Utilizzabbiltà

Il-funzjonijiet tal-EVR għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti bl-iktar brawżers tal-web li jintużaw is-soltu u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

2.3.   Disponibbiltà

Bħala regola ġenerali, l-EVR għandu jkun disponibbli b'mod permanenti, b'mira ta' disponibbiltà tas-sistema ta' 98 %.

Madankollu, fil-każ li jkun hemm ħsara barra l-ħinijiet tax-xogħol — mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sat-20.00, Ħin tal-Ewropa Ċentrali — ix-xogħol biex is-servizz jerġa' jkun operattiv għandu jsir fil-jum tax-xogħol ta' wara li jkun hemm il-ħsara. In-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema għandu jkun minimu matul il-manutenzjoni.

2.4.   Livell ta' servizz

Matul il-ħinijiet tax-xogħol għandu jiġi pprovdut appoġġ lill-utenti, permezz ta' Punt ta' Kuntatt għall-Għajnuna fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mal-użu tas-sistema, u lir-REs fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema.

L-Aġenzija għandha tipprovdi ambjent tal-ittestjar għall-EVR.

2.5.   Kontroll tat-tibdil

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi proċess ta' ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil għall-EVR.

2.6.   Integrità tad-data

L-EVR għandu jiżgura integrità xierqa tad-data.

2.7.   Kontroll minn qabel

Is-sistema tal-EVR għandha tipprovdi kontrolli awtomatiċi tad-data li tiddaħħal fil-formola elettronika, inklużi kontrolli fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi fl-EVR, kontroll tal-kompletezza u kontroll tal-format tad-data li tiddaħħal.

2.8.   Faċilitazzjoni tal-użu fl-Unjoni ta' vetturi rreġistrati f'pajjiżi terzi

L-Aġenzija tista' timplimenta l-funzjoni tad-DSC biex tippermetti lill-entitajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi jkollhom aċċess għal data xierqa tal-EVR meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.

L-Aġenzija tista' tippermetti l-użu tal-funzjonijiet tal-EVR mill-entitajiet fil-pajjiżi terzi meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.

3.   MODALITÀ TAT-TĦADDIM

3.1.   Użu tal-EVR

L-EVR jista' jintuża għal skopijiet bħal:

il-kontroll jekk vettura tkunx irreġistrata kif suppost u x'inhu l-istatus tar-reġistrazzjoni;

l-irkupru ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, inklużi l-entità tal-awtorizzazzjoni, iż-żona tal-użu, il-kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra;

l-irkupru tar-referenza għat-tip awtorizzat tal-vettura li l-vettura tikkonforma miegħu;

l-identifikazzjoni tal-kustodju, tas-sid jew tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni.

3.2.   Reġistrazzjoni tal-vetturi

3.2.1.   Regoli ġenerali

1.

Vettura, wara l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u qabel ma titħaddem, għandha tiġi rreġistrata fl-EVR fuq talba tal-kustodju. Il-kustodju għandu jimla l-formola elettronika u jippreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lil Stat Membru wieħed tal-għażla tiegħu fiż-żona tal-użu. Fuq talba tal-applikant jew tal-kustodju, l-Istat Membru magħżul għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandu joffri proċeduri għar-riżervazzjoni minn qabel ta' numru tal-vettura jew ta' firxa ta' numri tal-vetturi.

2.

Għal vettura partikolari, tista' teżisti biss reġistrazzjoni valida waħda fl-EVR. Vettura mingħajr reġistrazzjoni valida ma tistax titħaddem.

3.

Malli ssir ir-reġistrazzjoni, il-vettura tiġi assenjata numru Ewropew tal-vettura (EVN) mir-RE fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. L-EVN għandu jikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Appendiċi 6. F'każ li l-applikant jew il-kustodju — fuq talba tagħhom — jirċievu numru tal-vettura rriżervat minn qabel, dak in-numru tal-vettura għandu jintuża għall-ewwel reġistrazzjoni.

4.

L-EVN jista' jitbiddel fil-każijiet speċifikati fil-punti 3.2.2.8 u 3.2.2.9.

5.

Fil-każ ta' vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati f'reġistru tal-vetturi li ma jkunx konformi ma' dan l-Anness jew li jkunx konness mal-EVR, il-kustodju għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-ewwel Stat Membru fejn ikun maħsub li l-vettura titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

6.

Il-vetturi ferrovjarji li jitqiegħdu fis-servizz għall-ewwel darba f'pajjiż terz u li jkunu maħsuba biex jintużaw fl-Unjoni bħala parti mill-flotta ta' vaguni tas-sistema ferrovjarja komuni ta' 1 520 mm, ma għandhomx jiġu rreġistrati fl-EVR. Madankollu, skont l-Artikolu 47(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797, għandu jkun possibbli li tiġi rkuprata l-informazzjoni dwar il-kustodju tal-vettura kkonċernata, dwar l-entità responsabbli għall-manutenzjoni tagħha u dwar ir-restrizzjonijiet fuq kif il-vettura tista' tintuża.

7.

Meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan, fil-każ ta' vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati f'reġistru tal-vetturi konness mal-EVR (permezz tal-funzjoni tad-DSC), b'konformità ma' dan l-Anness, dawn għandhom jiġu rreġistrati biss f'dak ir-reġistru tal-vetturi.

8.

Għal kull vettura, l-EVR għandu jkun fih ir-referenzi tal-awtorizzazzjonijiet kollha li ngħataw lill-vettura u tal-pajjiżi kollha li mhumiex Stati Membri li fihom il-vettura tiġi ammessa fit-traffiku internazzjonali skont l-Appendiċi G tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija, u l-kundizzjonijiet korrispondenti għall-użu u restrizzjonijiet oħra.

9.

Ir-RE għandha tieħu passi raġonevoli biex tiżgura mill-akkuratezza tad-data rreġistrata fl-EVR. Għal dan l-għan, ir-RE tista' titlob informazzjoni mingħand RE oħrajn, partikolarment meta l-kustodju li jkun qed japplika għal reġistrazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor. Ir-RE tista' tiddeċiedi li tissospendi r-reġistrazzjoni ta' vettura f'każijiet li jkunu ġġustifikati debitament.

10.

Jekk l-NSA jew l-Aġenzija jikkunsidraw li hemm każ iġġustifikat għal sospensjoni ta' reġistrazzjoni ta' vettura skont l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (7), dawn għandhom jitolbu lill-entità tar-reġistrazzjoni biex tissospendiha. L-entità tar-reġistrazzjoni għandha tissospendi r-reġistrazzjoni mingħajr dewmien kif issir tali talba.

11.

Il-kustodju għandu jippreżenta l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni permezz tal-formola elettronika bbażata fuq il-web lir-RE kompetenti. Il-formola bbażata fuq il-web u d-dashboard għandhom ikunu disponibbli bħala parti mill-funzjoni tal-ARS u għandhom ikunu aċċessibbli wara l-awtentikazzjoni.

12.

L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jistgħu jikkonċernaw vettura waħda jew lista ta' vetturi.

13.

F'xi każijiet ta' reġistrazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li d-dokumenti ta' prova jiġu mehmuża b'mod elettroniku mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni; għal dak l-għan, ir-RE għandha tippubblika l-lista ta' dokumenti ta' prova meħtieġa f'kull każ ta' reġistrazzjoni.

14.

Minbarra d-data msemmija fit-Tabella 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kaxxi addizzjonali li jridu jiġu pprovduti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni; għal dak l-għan, ir-RE għandha tippubblika l-lista ta' tali kaxxi.

15.

L-EVR għandu jipprovdi lill-kustodju u lir-RE bil-possibbiltà li jirrieżaminaw fis-sistema l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni u d-data mehmuża relatata tagħhom, u għandu jipprovdi l-irrekordjar tar-reġistrazzjonijiet u t-tibdil fir-reġistrazzjonijiet bl-informazzjoni relatata ma' dan it-tibdil.

16.

Ir-RE għandha tirreġistra d-data fl-EVR fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta. Ir-RE għandha, qabel ma tiskadi dik l-iskadenza, jew tirreġistra l-vettura jew inkella titlob korrezzjoni/kjarifika.

17.

Il-kustodju għandu jkun jista' jirrieżamina l-progress tal-applikazzjonijiet tiegħu permezz ta' dashboard ibbażat fuq il-web.

18.

L-EVR għandu jinnotifika lill-kustodju u lir-RE bi kwalunkwe tibdil fl-istatus tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

3.2.2.   Każijiet ta' reġistrazzjoni

Il-każijiet ta' reġistrazzjoni huma speċifikati hawn taħt. Jekk ikun applikabbli, każijiet ta' reġistrazzjoni differenti jistgħu jiġu amalgamati f'applikazzjoni waħda għal reġistrazzjoni ta' vettura.

3.2.2.1.   Reġistrazzjoni ġdida

Il-kaxxi obbligatorji kollha elenkati fit-Tabella 1 għandha jimtlew, flimkien ma' kwalunkwe kaxxa addizzjonali meħtieġa mill-Istat Membru skont il-punt 3.2.1.14.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mill-kustodju lir-RE ta' Stat Membru fiż-żona tal-użu tal-vettura fejn tkun qed tintalab ir-reġistrazzjoni.

Għall-vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi skont il-punt 3.2.1.5, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lir-RE tal-ewwel Stat Membru fejn ikun maħsub li l-vettura titħaddem. F'dak il-każ, l-applikazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kustodju, l-entità responsabbli għall-manutenzjoni u r-restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura.

3.2.2.2.   Aġġornament ta' reġistrazzjoni eżistenti

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mill-kustodju lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura. Għandhom jimtlew biss il-parametri fit-Tabella 1 li jridu jiġu aġġornati.

3.2.2.3.   Tibdil ta' kustodju

Jekk il-kustodju ta' vettura jinbidel, hija r-responsabbiltà tal-kustodju rreġistrat attwalment li jinforma lir-RE fi żmien xieraq, sabiex din tal-aħħar tkun tista' taġġorna l-EVR. Il-kustodju preċedenti għandu jitneħħa mir-reġistrazzjoni tal-EVR u għandhom jitneħħewlu r-responsabbiltajiet tiegħu biss meta l-kustodju l-ġdid ikun irrikonoxxa l-aċċettazzjoni tal-istatus ta' kustodju. Jekk fid-data ta' dereġistrazzjoni tal-kustodju rreġistrat attwalment, l-ebda kustodju ġdid ma jkun aċċetta l-istatus ta' kustodju, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża.

3.2.2.4.   Tibdil tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni (“ECM”)

Meta tinbidel l-ECM ta' vettura, il-kustodju għandu jinforma lir-RE fi żmien xieraq, sabiex din tal-aħħar tkun tista' taġġorna l-EVR. L-ECM preċedenti għandha tgħaddi d-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni lill-kustodju jew lill-ECM il-ġdida. L-ECM preċedenti jitneħħewlha r-responsabbiltajiet tagħha meta din titneħħa mir-reġistrazzjoni tal-EVR. Jekk fid-data ta' dereġistrazzjoni tal-ECM preċedenti l-ebda entità ġdida ma tkun irrikonoxxiet l-aċċettazzjoni tagħha tal-istatus ta' ECM, ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża.

3.2.2.5.   Tibdil tas-sid

Meta jinbidel is-sid tal-vettura, il-kustodju għandu jinforma lir-RE fi żmien xieraq, sabiex din tal-aħħar tkun tista' taġġorna l-EVR.

3.2.2.6.   Sospensjoni jew attivazzjoni mill-ġdid ta' reġistrazzjoni

L-istatus il-ġdid (8) u r-raġuni għall-istatus għandhom jimtlew. Id-data tal-istatus għandha timtela awtomatikament mill-EVR.

Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża ma tistax titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

Attivazzjoni mill-ġdid ta' reġistrazzjoni wara sospensjoni tirrikjedi l-eżami mill-ġdid mir-RE tal-kundizzjonijiet li kkawżaw is-sospensjoni, u jekk ikun applikabbli, b'koordinazzjoni mal-NSA li tkun talbet is-sospensjoni.

3.2.2.7.   Irtirar ta' reġistrazzjoni

L-istatus il-ġdid (8) u r-raġuni għall-istatus għandhom jimtlew. Id-data tal-istatus timtela awtomatikament mis-sistema.

Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet irtirata ma tistax titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni b'tali reġistrazzjoni.

3.2.2.8.   Tibdil tal-EVN wara li jkunu saru modifiki tekniċi

L-EVN għandu jitbiddel meta ma jirriflettix il-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiki tekniċi skont l-Appendiċi 6 minħabba modifiki tekniċi fil-vettura. Tali modifiki tekniċi jistgħu jirrikjedu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq u, fejn ikun xieraq, awtorizzazzjoni ġdida għat-tip ta' vettura, skont l-Artikoli 21 u 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-kustodju għandu jinforma lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura b'dak it-tibdil u, jekk ikun applikabbli, bl-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tqegħid fis-suq. Dik ir-RE għandha tassenja EVN ġdid lill-vettura.

It-tibdil tal-EVN jikkonsisti minn reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u rtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.

3.2.2.9.   Tibdil tal-EVN u tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni

L-EVN jista' jitbiddel fuq talba tal-kustodju permezz ta' reġistrazzjoni ġdida tal-vettura minn Stat Membru differenti fiż-żona tal-użu u permezz tal-irtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.

3.2.3.   Notifika awtomatika tat-tibdil

Wara t-tibdil ta' punt wieħed jew iktar fir-reġistrazzjoni, is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tibgħat notifika awtomatika bil-posta elettronika lill-kustodju u lill-NSAs ikkonċernati għaż-żona tal-użu tal-vettura, li tinfurmahom dwar it-tibdil, meta jkunu nkitbu biex jirċievu tali notifiki.

Wara t-tibdil ta' kustodju jew ta' sid jew ta' ECM, is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tibgħat notifika awtomatika bil-posta elettronika lill-kustodju preċedenti u lill-kustodju l-ġdid jew lis-sid preċedenti u lis-sid il-ġdid jew lill-ECM preċedenti u lill-ECM il-ġdida, rispettivament.

Kustodju jew sid jew ECM jew korp li joħroġ dikjarazzjoni “KE” jistgħu jagħżlu li jkunu inklużi biex jirċievu notifiki awtomatiċi bil-posta elettronika li jinfurmawhom dwar it-tibdil fir-reġistrazzjonijiet li huma identifikati fihom.

3.2.4.   Rekords storiċi

Id-data kollha fl-EVR għandha tinżamm għal 10 snin mid-data tal-irtirar ta' reġistrazzjoni ta' vettura. Minn tal-inqas, id-data għandha tkun disponibbli onlajn għall-ewwel tliet snin. Wara tliet snin, id-data tista' tiġi arkivjata. Jekk fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta' 10 snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-data marbuta ma' dawk il-vetturi għandha tinżamm anke wara l-perjodu ta' 10 snin jekk dan ikun meħtieġ mill-korpi investigattivi msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali.

Wara l-irtirar ta' reġistrazzjoni ta' vettura, l-ebda wieħed min-numri tar-reġistrazzjoni assenjati lill-vettura ma għandu jiġi assenjat lil xi vettura oħra għal 100 sena mid-data meta tiġi rtirata r-reġistrazzjoni tal-vettura.

Għandu jinżamm rekord ta' kwalunkwe tibdil fid-data fl-EVR.

3.3.   Ġestjoni tal-utenti

3.3.1.   Talba tal-utent

Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni għandha tkun tista' titlob aċċess għall-EVR permezz ta' formola bbażata fuq il-web (parti mill-funzjoni ċentralizzata tal-UCA) mir-RE kompetenti fejn tinsab il-persuna jew l-organizzazzjoni.

Ir-RE għandha tivvaluta t-talba u, jekk ikun xieraq, toħloq kont tal-utent għal min jagħmel it-talba u tassenja d-drittijiet xierqa ta' aċċess skont il-punti 3.3.2 u 3.3.3.

3.3.2.   Drittijiet ta' aċċess

Id-drittijiet ta' aċċess għad-data tal-EVR huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt:

Tabella 2

Entità

Drittijiet ta' qari

Drittijiet ta' aġġornament

Ir-RE tal-Istat Membru “XX”

Id-data kollha

Id-data kollha fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru “XX”

NSA

Id-data kollha

L-ebda

Aġenzija

Id-data kollha

L-ebda

Kustodju

Id-data kollha dwar il-vetturi li huwa kustodju tagħhom

L-ebda

ECM

Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, dwar il-vetturi li għalihom huwa ECM

L-ebda

Sid

Id-data kollha dwar il-vetturi li huwa sid tagħhom

L-ebda

Impriża ferrovjarja

Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, abbażi ta' numru wieħed jew iktar tal-vetturi

L-ebda

Amministratur tal-infrastruttura

Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, abbażi ta' numru wieħed jew iktar tal-vetturi

L-ebda

Il-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u l-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)

Id-data kollha dwar il-vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati

L-ebda

Korp tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant)

Id-data kollha dwar il-vetturi li għalihom huwa l-korp tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant), għajr ir-referenzi tas-sid

L-ebda

Utent leġittimu ieħor rikonoxxut mill-NSA jew mill-Aġenzija (11)

Irid jiġi definit kif xieraq, durata possibbilment limitata, għajr ir-referenzi tas-sid

L-ebda

Id-drittijiet tal-aċċess għad-data tal-EVR jistgħu jiġu estiżi għall-entitajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew għal organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.

3.3.3.   Drittijiet oħra

Il-kustodji għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni.

Kull organizzazzjoni għandha tkun tista' tippreżenta xi tibdil fid-data tagħha stess miżmuma fid-data ta' referenza (ara t-Taqsima 3.4).

3.3.4.   Sigurtà

L-awtentikazzjoni tal-utenti għandha ssir permezz ta' username u password. Fil-każ tal-kustodji (l-applikanti għal reġistrazzjoni tal-vetturi) u tar-REs, l-awtentikazzjoni għandha tipprovdi l-livell ta' assigurazzjoni “sostanzjali” msemmi fil-punt 2.2.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 (12).

3.3.5.   Protezzjoni tad-data

Il-ġestjoni tad-data fl-EVR għandha ssir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

3.4.    Data ta' referenza

Sabiex tiġi ggarantita l-armonizzazzjoni tal-input tad-data fil-proċess tar-reġistrazzjoni, l-EVR għandu juża d-data ta' referenza. Id-data ta' referenza tal-EVR għall-parametri fit-Tabella 1 għandha tkun disponibbli għall-kustodji fil-formola elettronika armonizzata permezz tal-funzjoni tal-ARS.

3.4.1.   Aġġornament tad-data ta' referenza

L-Aġenzija għandha żżomm id-data ta' referenza aġġornata u disponibbli f'għodda ċentrali (parti mill-funzjoni tal-RDA) b'kollaborazzjoni mar-REs.

Kwalunkwe organizzazzjoni li jkun inżamm rekord tagħha fid-data ta' referenza għandha tkun tista' tippreżenta t-tibdil fid-data tagħha permezz ta' interfaċċa bbażata fuq il-web.

Wara applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ir-RE għandha tiżgura li jinżamm rekord tad-data tal-organizzazzjoni fid-data ta' referenza b'allokazzjoni ta' kodiċi tal-organizzazzjoni mill-Aġenzija jew, jekk diġà jkun inżamm rekord tagħha, għandha tiżgura li d-data ta' referenza tiġi aġġornata bid-data l-ġdida ppreżentata mill-kustodju.

3.4.2.   Kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet

3.4.2.1.   Definizzjoni ta' kodiċi tal-organizzazzjoni

Kodiċi tal-organizzazzjoni huwa identifikatur uniku, li jikkonsisti minn erba' karattri alfanumeriċi li għandhom jiġu assenjati mill-Aġenzija lil organizzazzjoni waħda.

3.4.2.2.   Format tal-kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet

Għal kull wieħed mill-erba' karattri alfanumeriċi, jistgħu jintużaw kwalunkwe ittra mis-26 ittra tal-alfabett ISO 8859-1 jew kwalunkwe numru minn żero sa disgħa. L-ittri jinkitbu b'ittri kapitali.

3.4.2.3.   Allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet

Kwalunkwe organizzazzjoni li taċċessa l-EVR jew tiġi identifikata fih għandha tiġi assenjata kodiċi tal-organizzazzjoni.

L-Aġenzija għandha tippubblika l-proċedura għall-ħolqien u għall-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet u żżommha aġġornata.

Firxa ta' kodiċijiet li jridu jiġu allokati biss lil kumpaniji fl-ambitu tat-TAP u tat-TAF TSI għandhom jiġu speċifikati fil-Linji Gwida tal-EVR.

3.4.2.4.   Pubblikazzjoni tal-lista ta' kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet

L-Aġenzija għandha tara li l-lista ta' kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet tkun disponibbli pubblikament fis-sit web tagħha.

4.   VETTURI EŻISTENTI

4.1.   Numru tal-vettura

1.

Il-vetturi li diġà jkollhom numru bi 12-il ċifra għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jiġi rreġistrat kif inhu mingħajr l-ebda modifika.

2.

Għall-vetturi mingħajr numru bi 12-il ċifra (14), għandu jiġi allokat numru bi 12-il ċifra (skont l-Appendiċi 6) fl-EVR. Is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tikkollega dan l-EVN man-numru tal-vettura attwali. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali, għajr dawk irriżervati għal użu storiku, in-numru bi 12-il ċifra jitwaħħal fiżikament mal-vettura stess fi żmien perjodu ta' sitt snin wara l-allokazzjoni fl-EVR. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku u għal dawk irriżervati għal użu storiku, it-twaħħil fiżiku tan-numru bi 12-il ċifra huwa volontarju.

4.2.   Proċedura għall-migrazzjoni mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi (NVRs) għall-EVR

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tara li l-informazzjoni kollha tkun disponibbli għar-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.

Il-vetturi eżistenti għandhom jiġu rreġistrati biss minn wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:

l-Istat Membru fejn ikunu ġew awtorizzati l-ewwel darba għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE;

l-Istat Membru fejn ikunu ġew irreġistrati wara li jkunu ġew awtorizzati skont l-Artikoli 21 sa 25 tad-Direttiva (UE) 2016/797;

fil-każ ta' reġistrazzjonijiet ittrasferiti fl-NVR ta' Stat Membru ieħor, minn tali Stat Membru.

4.3.   Sistemi eżistenti

L-NVR standard, il-magna tat-traduzzjoni u s-sistemi tar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi msemmija fid-Deċiżjoni 2007/756/KE ma għandhomx jitkomplew.

5.   LINJI GWIDA

Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-użu ta' dan l-Anness, l-Aġenzija għandha tippubblika linji gwida u żżommhom aġġornati.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw linji gwida u jżommuhom aġġornati, b'mod partikolari billi jiddeskrivu l-politika tagħhom dwar il-lingwi inkluż permezz ta' dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjoni.


(*1)  Il-kodiċijiet huma dawk ippubblikati uffiċjalment u aġġornati fis-sit web tal-Unjoni fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali. Fil-każ tal-awtorità multinazzjonali tas-sikurezza, Channel Tunnel Intergovernmental Commission, għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż CT. Fil-każ tal-Aġenzija, għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż UE.

(1)  Il-vetturi ferrovjarji mqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba fl-Estonja, fil-Latvja jew fil-Litwanja maħsuba għall-użu 'l barra mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-flotta ta' vaguni tas-sistema ferrovjarja komuni ta' 1 520 mm, għandhom jiġu rreġistrati kemm fl-EVR kif ukoll fil-Bażi tad-Data tal-Informazzjoni tal-Kunsill għat-Trasport Ferrovjarju tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti. F'dan il-każ, is-sistema ta' numerazzjoni bi tmien ċifri tista' tiġi applikata minflok is-sistema ta' numerazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 6.

(2)  Għal tipi ta' vetturi awtorizzati skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

(3)  Irid ikun possibbli li jiġu speċifikati r-referenzi għad-Dikjarazzjoni tal-verifika “KE” tas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji u tas-subsistema tas-CCS

(4)  Irid ikun possibbli li tiġi speċifikata d-data għall-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija lill-vettura.

(5)  L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE jew skont ir-reġimi ta' awtorizzazzjoni eżistenti qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE.

(6)  Fejn ikun xieraq, kaxxi addizzjonali kif imsemmi fil-punt 3.2.1.14.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).

(8)  Kif stabbilit fl-Appendiċi 3.

(9)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(10)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(11)  L-Aġenzija għandha, b'koperazzjoni mal-NSAs, tiddefinixxi l-proċedura għar-rikonoxximent ta' utenti leġittimi.

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta' assigurazzjoni għall-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 7).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(14)  Mingħajr preġudizzju għan-nota (1) f'qiegħ il-paġna tat-Tabella 1.

APPENDIĊI 1

IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET

1.   PRINĊIPJI

Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu assenjati kodiċi armonizzat jew kodiċi nazzjonali.

2.   STRUTTURA

Kull kodiċi huwa kombinazzjoni ta':

kategorija ta' restrizzjoni,

tip ta' restrizzjoni,

valur jew speċifikazzjoni,

magħqudin flimkien b'tikka (.):

[Kategorija].[Tip].[Valur jew speċifikazzjoni].

3.   KODIĊIJIET TA' RESTRIZZJONI

1.

Il-kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati għandhom ikunu applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Il-lista tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandha tinżamm aġġornata mill-Aġenzija u għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tagħha.

Jekk NSA tqis li jeħtieġ li jiżdied kodiċi ġdid fil-lista ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati, din għandha titlob lill-Aġenzija tevalwa l-inklużjoni ta' dak il-kodiċi l-ġdid.

Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha tevalwa t-talba, b'konsultazzjoni ma' NSAs oħra. Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tinkludi kodiċi ta' restrizzjoni ġdid fil-lista.

2.

L-Aġenzija għandha żżomm il-lista tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali aġġornata. L-użu tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk ir-restrizzjonijiet li jirriflettu karatteristiki partikolari tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' Stat Membru u li x'aktarx ma jiġux applikati bl-istess tifsira fi Stati Membri oħra.

Għal tipi ta' restrizzjonijiet li mhumiex indikati fil-lista msemmija fil-punt 1, l-NSA għandha titlob lill-Aġenzija tinkludi kodiċi ġdid fil-lista ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali. Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha tevalwa t-talba, b'konsultazzjoni ma' NSAs oħra. Jekk ikun xieraq, l-Awtorità għandha tinkludi kodiċi ta' restrizzjoni ġdid fil-lista.

3.

Il-kodiċi ta' restrizzjoni għall-awtoritajiet multinazzjonali għas-sikurezza għandu jiġi trattat bħala kodiċi ta' restrizzjoni nazzjonali.

4.

L-użu ta' restrizzjonijiet mhux ikkodifikati għandu jkun limitat għal dawk ir-restrizzjonijiet li minħabba n-natura partikolari tagħhom, x'aktarx ma jiġux applikati għal diversi tipi ta' vetturi.

L-Aġenzija għandha żżomm lista unika ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni għall-EVR, ir-Reġistru Ewropew ta' Tipi ta' Vetturi Awtorizzati msemmi fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-punt uniku ta' servizz u l-Bażi tad-Data tal-Interoperabbiltà u tas-Sikurezza tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea.

5.

Fejn ikun rilevanti, l-Aġenzija tista' tikkoordina l-proċess ta' armonizzazzjoni tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni ma' organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.

APPENDIĊI 2

STRUTTURA U KONTENUT TAN-NUMRU EWROPEW TA' IDENTIFIKAZZJONI

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tan-numru Ewropew ta' identifikazzjoni (EIN), inkluża l-kodifikazzjoni tat-tipi ta' dokumenti kkonċernati, f'dokument tekniku u għandha tippubblika dan id-dokument tekniku fis-sit web tagħha.

APPENDIĊI 3

IKKODIFIKAR TAL-ISTATUS TAR-REĠISTRAZZJONI

Kodiċi

Status tar-reġistrazzjoni (1)

Raġuni tal-istatus tar-reġistrazzjoni

Deskrizzjoni

00

Valida

Mhux applikabbli

Il-vettura jkollha reġistrazzjoni valida.

10

Sospiża

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-kustodju jew permezz ta' deċiżjoni tal-NSA tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew tar-RE.

Il-kodiċi ma jridx jintuża iktar.

11

Sospiża

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-kustodju.

Il-vettura tkun destinata biex tinżamm f'maħżen waqt li tkun għadha taħdem bħala riżerva mhux attiva jew strateġika.

12

Sospiża

Trid tiġi speċifikata mill-kustodju u jinżamm rekord fil-parametru 10.3.

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-kustodju.

Raġuni oħra.

13

Sospiża

Trid tiġi speċifikata mill-NSA tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u jinżamm rekord fil-parametru 10.3.

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-NSA tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni.

14

Sospiża

Trid tiġi speċifikata mir-RE u jinżamm rekord fil-parametru 10.3.

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża permezz ta' deċiżjoni tar-RE.

20

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Ikun magħruf li l-vettura tkun ġiet irreġistrata mill-ġdid b'numru differenti, sabiex tkompli tintuża fis-sistema ferrovjarja (kollha jew parti minnha) tal-Unjoni.

Il-kodiċi ma jridx jintuża iktar.

21

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Ikun magħruf li l-vettura tkun ġiet irreġistrata mill-ġdid b'EVN differenti minħabba modifiki tekniċi fil-vettura. Ara l-punt 3.2.2.8.

22

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Ikun magħruf li l-vettura tkun ġiet irreġistrata mill-ġdid b'EVN differenti u minn Stat Membru differenti fiż-żona tal-użu. Ara l-punt 3.2.2.9.

30

Irtirata

Trid tiġi speċifikata mill-kustodju u jinżamm rekord fil-parametru 10.3.

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura biex taħdem fuq in-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni ntemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid magħrufa.

31

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Il-vettura tkun destinata biex tkompli tintuża bħala vettura ferrovjarja 'l barra mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

32

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Il-vettura tkun destinata għall-irkupru ta' kostitwenti/moduli/parts tal-bdil interoperabbli ewlenin jew għall-bini ewlieni mill-ġdid.

33

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Il-vettura tkun ġiet skrappjata u tkun intremiet għall-materjali (inklużi l-partijiet tal-bdil ewlenin) tar-riċiklaġġ.

34

Irtirata

Mhux applikabbli

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju.

Il-vettura tkun destinata li tkun “vettura ferrovjarja kkonservata u storika” li titħaddem fuq netwerk segregat, jew għal wiri statiku, 'il barra mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

Użu tal-kodiċijiet

Il-kodiċijiet u r-raġuni għandhom ikunu bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta lir-RE mill-entità li titlob għat-tibdil fl-istatus tar-reġistrazzjoni.


(1)  Din it-tabella tistabbilixxi l-istatus tar-reġistrazzjoni ta' reġistrazzjoni kompluta biss.

APPENDIĊI 4

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

APPENDIĊI 5

GLOSSARJU

Akronimu/Abbrevjazzjoni

Definizzjoni

Aġenzija

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

Applikant

Persuna fiżika jew ġuridika li titlob awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura

Żona tal-użu ta' vettura

Netwerk jew netwerks fi Stat Membru jew fi grupp ta' Stati Membri li fih/fihom ikun maħsub li vettura tintuża, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797

Funzjoni tal-ARS

Funzjonijiet tal-Applikazzjoni, tar-Reġistrazzjoni u tal-Ħżin tad-data

ATMF

Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji li jintuża fit-Traffiku Internazzjonali (ATMF — l-Appendiċi G tal-COTIF)

Entità tal-awtorizzazzjoni

Entità (l-NSA jew l-Aġenzija) li awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-vettura

Awtorizzazzjoni

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Funzjoni tas-C-ARS

Funzjoni (ċentralizzata) tal-Applikazzjoni, tar-Reġistrazzjoni u tal-Ħżin tad-data (ARS)

COTIF

Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

Funzjoni tad-D-ARS

Funzjoni (deċentralizzata) tal-Applikazzjoni, tar-Reġistrazzjoni u tal-Ħżin tad-data (ARS)

Funzjoni tad-DSC

Funzjoni tat-Tiftix u tal-Konsultazzjoni tad-Data

ECM

Entità Responsabbli għall-Manutenzjoni

EIN

Numru Ewropew ta' identifikazzjoni

EVN

Numru Ewropew tal-vettura

EVR

Reġistru Ewropew tal-Vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797

ERATV

Reġistru Ewropew ta' Tipi ta' Vetturi Awtorizzati, kif imsemmi fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797

GDPR

Ir-Regolament (UE) 2016/679

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IT

Teknoloġija tal-Informazzjoni

NSA

Awtorità Nazzjonali għas-Sikurezza

NVR

Reġistru nazzjonali tal-Vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797

OTIF

Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

Funzjoni tal-RDA

Funzjoni tal-Amministrazzjoni tad-Data ta' Referenza

RE

Entità tar-Reġistrazzjoni, jiġifieri l-korp maħtur minn kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni

RIC

Regolamenti li jirregolaw l-użu reċiproku tal-vaguni u tal-vaguni tal-brejk fit-traffiku internazzjonali

RIV

Regolamenti li jikkonċernaw l-użu reċiproku tal-vaguni tal-merkanzija fit-traffiku internazzjonali

TAF (TSI)

Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija (TSI)

TAP (TSI)

Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TSI)

TSI

Speċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà

Funzjoni tal-UCA

Funzjoni tal-Ħolqien u tal-Amministrazzjoni tal-Utenti

VKM

Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi

VKMR

Reġistru tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi

VVR

Reġistru Virtwali tal-Vetturi, kif definit fid-Deċiżjoni 2007/756/KE


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

APPENDIĊI 6

PARTI “0”

Identifikazzjoni tal-vettura

Kummenti ġenerali

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi n-numru Ewropew tal-vettura u l-immarkar relatat li jsir b'mod viżibbli fuq il-vettura biex tkun tista' tiġi identifikata b'mod uniku u permanenti waqt it-tħaddim. L-Appendiċi ma jiddeskrivix numri oħra jew immarkar ieħor li eventwalment jitnaqqxu jew jitwaħħlu b'mod permanenti fuq ix-xażì jew fuq il-komponenti prinċipali tal-vettura waqt il-kostruzzjoni tagħha.

In-numru Ewropew tal-vettura u l-abbrevjazzjonijiet relatati

Kull vettura ferrovjarja għandha tirċievi numru li jikkonsisti minn 12-il ċifra (li jissejjaħ in-numru Ewropew tal-vettura (EVN)) bl-istruttura li ġejja:

Grupp ta' vetturi ferrovjarji

Kapaċità tal-interoperabbiltà u tip ta' vettura [żewġ ċifri]

Pajjiż li fih il-vettura tkun irreġistrata

Karatteristiċi tekniċi

Numru tas-serje

Ċifra ta' kontroll

[żewġ ċifri]

[erba' ċifri]

[tliet ċifri]

[ċifra waħda]

Vaguni tal-merkanzija

00 sa 09

10 sa 19

20 sa 29

30 sa 39

40 sa 49

80 sa 89

[dettalji fil-parti 6]

01 sa 99

[dettalji fil-parti 4]

0000 sa 9999

[dettalji fil-parti 9]

000 sa 999

0 sa 9

[dettalji fil-parti 3]

Vetturi tal-passiġġieri rmonkati

50 sa 59

60 sa 69

70 sa 79

[dettalji fil-parti 7]

0000 sa 9999

[dettalji fil-parti 10]

000 sa 999

Vetturi ferrovjarji u unitajiet ferrovjarji ta' trazzjoni f'formazzjoni fissa jew definita minn qabel

90 sa 99

[dettalji fil-parti 8]

0000000 sa 8999999

[it-tifsira ta' dawn iċ-ċifri tiġi definita mill-Istati Membri, eventwalment bi ftehim bilaterali jew multilaterali]

Vetturi speċjali

9000 sa 9999

[dettalji fil-parti 11]

000 sa 999

F'pajjiż partikolari, is-seba' ċifri tal-karatteristiki tekniċi u n-numru tas-serje huma biżżejjed biex vettura tiġi identifikata b'mod uniku mill-gruppi ta' vetturi tal-passiġġieri rmonkati u ta' vetturi speċjali (1).

L-immarkar alfabetiku jikkompleta n-numru:

(a)

l-abbrevjazzjoni tal-pajjiż li fih tkun irreġistrata l-vettura (dettalji fil-parti 4);

(b)

Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (dettalji fil-parti 1);

(c)

l-abbrevjazzjonijiet tal-karatteristiki tekniċi (dettalji fil-parti 12 għall-vaguni tal-merkanzija u fil-parti 13 għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati).

PARTI 1

Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi

1.   Definizzjoni tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM)

L-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM) huwa kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti minn żewġ ittri sa ħames ittri (2). Il-VKM għandu jitqiegħed fuq kull vettura ferrovjarja, qrib l-EVN. Il-VKM għandu jidentifika lill-kustodju kif irreġistrat fl-EVR.

Il-VKM għandu jkun uniku u validu fil-pajjiżi kollha koperti b'din id-Deċiżjoni u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u l-VKM kif deskritt f'din id-Deċiżjoni.

Il-VKM għal kustodju li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fi Stat Kontraenti tal-OTIF li mhux fl-UE jrid jintalab mis-Segretarjat Ġenerali tal-OTIF.

2.   Format tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi

Il-VKM għandu jkun rappreżentazzjoni tal-isem sħiħ jew tal-abbrevjazzjoni tal-kustodju, jekk ikun possibbli b'mod rikonoxxibbli. Tista' tintuża kwalunkwe waħda mis-26 ittra tal-alfabett ISO 8859-1. L-ittri fil-VKM għandhom jinkitbu b'ittri kapitali. L-ittri li ma jirrappreżentawx l-ewwel ittri ta' kelmiet f'isem il-kustodju jistgħu jinkitbu b'ittri żgħar. Sabiex jiġi kkontrollat li jkunu uniċi, l-ittri żgħar għandhom jitqiesu daqslikieku nkitbu b'ittri kapitali.

L-ittri jista' jkun fihom sinjali dijakritiċi (3). Is-sinjali dijakritiċi li jintużaw minn dawk l-ittri għandhom jiġu injorati sabiex jiġi kkontrollat li l-ittri jkunu uniċi.

Għall-vetturi ta' kustodji b'residenza f'pajjiż li ma jużax l-alfabett Latin, tista' tiġi applikata traduzzjoni tal-VKM fl-alfabett ta' dak il-pajjiż wara l-VKM li tkun isseparata minnu b'linja djagonali (“/”). Dan il-VKM tradott għandu jiġi injorat għal skopijiet ta' pproċessar tad-data.

3.   Dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi

Kustodju jista' jiġi assenjat iktar minn VKM wieħed, f'każ li:

il-kustodju jkollu isem formali b'iktar minn lingwa waħda;

il-kustodju jkollu raġuni valida li jagħmel distinzjoni bejn flotot separati ta' vetturi fl-organizzazzjoni tiegħu.

Jista' jinħareġ VKM wieħed għal grupp ta' kumpaniji:

li jappartjenu lil struttura korporattiva waħda (eż. struttura ta' azjenda);

li jappartjenu lil struttura korporattiva waħda li tkun ħatret u tat mandat lil organizzazzjoni waħda f'din l-istruttura biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f'isem l-oħrajn kollha;

li jkunu taw mandat lil entità ġuridika waħda separata biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f'isimhom. F'dak il-każ l-entità ġuridika għandha tkun il-kustodju.

4.   Ir-Reġistru tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi u l-proċedura għall-allokazzjoni

Ir-reġistru tal-VKM għandu jkun pubbliku u għandu jiġi aġġornat f'ħin reali.

Applikant għandu jitlob VKM lill-NSA tal-Istat Membru fejn l-applikant ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu. Dik l-NSA għandha tikkontrolla l-applikazzjoni u mbagħad tgħaddiha lill-Aġenzija. VKM jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.

Il-kustodju ta' VKM għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta jtemm l-użu ta' VKM, u l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Aġenzija. Imbagħad, il-VKM għandu jiġi rrevokat hekk kif il-kustodju jkun ta prova li l-immarkar ikun tbiddel fuq il-vetturi kollha kkonċernati. Il-VKM ma għandux jerġa' jinħareġ għal 10 snin, sakemm ma jerġax jinħareġ għad-detentur oriġinali jew fuq talba ta' detentur ieħor.

Il-VKM jista' jiġi ttrasferit lil detentur ieħor, li jkun is-suċċessur legali tad-detentur oriġinali. Meta d-detentur tal-VKM ibiddel ismu għal isem li ma jkunx jixbah lill-VKM, il-VKM għandu jibqa' validu.

F'każ li jkun hemm tibdil tal-kustodju li jinvolvi tibdil tal-VKM, il-vaguni tal-merkanzija kkonċernati għandhom jiġu mmarkati bil-VKM il-ġdid fi żmien tliet xhur mid-data tar-reġistrazzjoni tat-tibdil tal-kustodju fl-EVR. F'każ ta' inkonsistenza bejn il-VKM immarkat fuq il-vettura u d-data rreġistrata fl-EVR, tgħodd ir-reġistrazzjoni fl-EVR.

PARTI 2

Mhux użata

PARTI 3

Regoli għall-istabbiliment taċ-ċifra ta' kontroll (iċ-ċifra 12)

Iċ-ċifra ta' kontroll għandha tiġi stabbilita bil-mod li ġej:

iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet biż-żewġ tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jittieħdu bil-valur deċimali tagħhom;

iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet bil-fard tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jiġu mmultiplikati bi tnejn;

imbagħad, tiġi stabbilita s-somma fformata miċ-ċifri f'pożizzjoni biż-żewġ u miċ-ċifri kollha li jikkostitwixxu l-prodotti parzjali miksuba mill-pożizzjonijiet bil-fard;

tinżamm iċ-ċifra tal-unitajiet ta' din is-somma;

il-komplement meħtieġ biex iċ-ċifra tal-unitajiet tkun 10 tifforma ċ-ċifra ta' kontroll; jekk din iċ-ċifra tal-unitajiet tkun żero, iċ-ċifra ta' kontroll għandha tkun żero wkoll.

Eżempji

1 -

Ejja ngħidu li n-numru bażiku jkun

3

3

8

4

4

7

9

6

1

0

0

 

Fattur ta' multiplikazzjoni

2

1

2

1

2

1

2

1

2

1

2

 

 

6

3

16

4

8

7

18

6

2

0

0

 

Somma: 6 + 3 + 1 + 6 + 4 + 8 + 7 + 1 + 8 + 6 + 2 + 0 + 0 = 52

 

Iċ-ċifra tal-unità ta' din is-somma hija 2.

Għaldaqstant, in-numru taċ-ċifra ta' kontroll ikun 8 u b'hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 33 84 4796 100 – 8.


2 -

Ejja ngħidu li n-numru bażiku jkun

3

1

5

1

3

3

2

0

1

9

8

 

Fattur ta' multiplikazzjoni

2

1

2

1

2

1

2

1

2

1

2

 

 

6

1

10

1

6

3

4

0

2

9

16

 

Somma: 6 + 1 + 1 + 0 + 1 + 6 + 3 + 4 + 0 + 2 + 9 + 1 + 6 = 40

 

Iċ-ċifra tal-unità ta' din is-somma hija 0.

Għaldaqstant, in-numru taċ-ċifra ta' kontroll ikun 0 u b'hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 31 51 3320 198 – 0.

PARTI 4

Ikkodifikar tal-pajjiżi li fihom il-vetturi jkunu rreġistrati (iċ-ċifri 3-4 u abbrevjazzjoni)

L-informazzjoni relatata mal-pajjiżi terzi tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.

Pajjiżi

Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (1)

Kodiċi numeriku tal-pajjiż

 

Pajjiżi

Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (1)

Kodiċi numeriku tal-pajjiż

L-Albanija

AL

41

 

Il-Litwanja

LT

24

L-Alġerija

DZ

92

 

Il-Lussemburgu

L

82

L-Armenja

AM

58

 

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK

65

L-Awstrija

A

81 (6)

 

Malta

M

 

L-Ażerbajġan

AZ

57

 

Il-Moldova

MD (1)

23

Il-Belarussja

BY

21

 

Monaco

MC

 

Il-Belġju

B

88

 

Il-Mongolja

MGL

31

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BIH

50 u 44 (2)

 

Il-Montenegro

MNE

62

Il-Bulgarija

BG

52

 

Il-Marokk

MA

93

Iċ-Ċina

RC

33

 

In-Netherlands

NL

84

Il-Kroazja

HR

78

 

Il-Korea ta' Fuq

PRK (1)

30

Kuba

CU (1)

40

 

In-Norveġja

N

76

Ċipru

CY

 

 

Il-Polonja

PL

51

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

54

 

Il-Portugall

P

94

Id-Danimarka

DK

86

 

Ir-Rumanija

RO

53

L-Eġittu

ET

90

 

Ir-Russja

RUS

20

L-Estonja

EST

26

 

Is-Serbja

SRB

72

Il-Finlandja

FIN

10

 

Is-Slovakkja

SK

56

Franza

F

87

 

Is-Slovenja

SLO

79

Il-Georgia

GE

28

 

Il-Korea t'Isfel

ROK

61

Il-Ġermanja

D

80 (7)

 

Spanja

E

71

Il-Greċja

GR

73

 

L-Iżvezja

S

74

L-Ungerija

H

55 (5)

 

L-Iżvizzera

CH

85 (4)

L-Iran

IR

96

 

Is-Sirja

SYR

97

L-Iraq

IRQ (1)

99

 

It-Taġikistan

TJ

66

L-Irlanda

IRL

60

 

It-Tuneżija

TN

91

Iżrael

IL

95

 

It-Turkija

TR

75

L-Italja

I

83 (3)

 

It-Turkmenistan

TM

67

Il-Ġappun

J

42

 

L-Ukrajna

UA

22

Il-Każakistan

KZ

27

 

Ir-Renju Unit

GB

70

Il-Kirgiżistan

KS

59

 

L-Użbekistan

UZ

29

Il-Latvja

LV

25

 

Il-Vjetnam

VN (1)

32

Il-Libanu

RL

98

 

(1)

Skont is-sistema ta' kkodifikar alfabetiku deskritta fl-Appendiċi 4 tal-Konvenzjoni tal-1949 u fl-Artikolu 45(4) tal-Konvenzjoni tal-1968 dwar it-traffiku fit-toroq.

(2)

Il-Bożnija-Ħerzegovina tuża żewġ kodiċijiet ferrovjarji speċifiċi. Il-kodiċi numeriku tal-pajjiż 49 huwa rriżervat.

(3)

U l-kodiċi speċifiku (*) 64 għall-FNME (Ferrovie Nord Milano Esercizio)

(4)

U l-kodiċi speċifiku (*) 63 għall-BLS (Bern–Lötschberg–Simplon Eisenbahn) intuża għal vetturi awtorizzati qabel l-2007.

(5) (6)

U l-kodiċi speċifiku (*) 43 għall-GySEV/ROeEE (Győr-Sopron-Ebenfurti Vasút Részvénytársaság/Raab-Ödenburg-Ebenfurter Eisenbahn) intuża għal vetturi awtorizzati qabel l-2007.

(7)

U l-kodiċi speċifiku (*) 68 għall-AAE (Ahaus Alstätter Eisenbahn).

(*)

Kwalunkwe vettura ġdida rreġistrata fl-EVR għall-AAE, għall-BLS, għall-FNME u għall-GySEV/ROeEE trid tingħata l-kodiċi standard tal-pajjiż. Is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tqis iż-żewġ kodiċijiet (il-kodiċi prinċipali tal-pajjiż u l-kodiċi speċifiku) bħala relatati mal-istess pajjiż.

Il-Liechtenstein

FL

 

 

PARTI 5

Mhux użata

PARTI 6

Il-kodiċijiet tal-interoperabbiltà li jintużaw għall-vaguni (iċ-ċifri 1-2)

 

 

It-tieni ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

It-tieni ċifra

 

L-ewwel ċifra

 

 

L-ewwel ċifra

 

 

Qies Standard (Gauge) tal-Linji

fiss jew varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss

varjabbli

fiss jew varjabbli

Qies Standard (Gauge) tal-Linji

 

Il-vaguni huma konformi mat-TSI WAG (1) inklużi t-Taqsima 7.1.2 u l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Appendiċi C

0

bil-fusien

Ma jridux jintużaw

vaguni

Ma jridux jintużaw (3)

Vaguni PPV/PPW

(qies standard (gauge) varjabbli)

bil-fusien

0

1

bil-bogies

bil-bogies

1

2

bil-fusien

vaguni

Vaguni PPV/PPW

(gejġ standard (gauge) fiss)

bil-fusien

2

3

bil-bogies

bil-bogies

3

Vaguni oħra

4

bil-fusien (2)

vaguni relatati mal-manutenzjoni

Vaguni oħra

Vaguni b'numerazzjoni speċjali għal karatteristiki tekniċi mhux imqiegħda fis-servizz fl-UE

bil-fusien (2)

4

8

bil-bogies (2)

bil-bogies (2)

8

 

 

 

 

 

 

 

L-ewwel ċifra

 

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

 

L-ewwel ċifra

 

It-tieni ċifra

It-tieni ċifra

 

PARTI 7

Kodiċijiet tal-abbiltà tat-traffiku internazzjonali li jintużaw għal vetturi tal-passiġġieri rmonkati (iċ-ċifri 1-2)

 

Traffiku domestiku

TEN (4) u/jew COTIF (5) u/jew PPV/PPW

Traffiku domestiku jew traffiku internazzjonali bi ftehim speċjali

TEN (4) u/jew COTIF (5)

PPV/PPW

 

It-tieni ċifra

0

1

2

3

4

5

6

7

8

9

L-ewwel ċifra

 

5

Vetturi għal traffiku domestiku

Vetturi b'qies standard (gauge) fiss u mingħajr arja kondizzjonata (inklużi l-vaguni li jġorru l-karozzi)

Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) u mingħajr arja kondizzjonata

Ma jridux jintużaw

Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1668) u mingħajr arja kondizzjonata

Vetturi storiċi

Ma jridux jintużaw (6)

Vetturi b'qies standard (gauge) fiss

Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) bit-tibdil tal-bogies

Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) bil-fusien b'qies standard (gauge) aġġustabbli

6

Vetturi tas-servizz

Vetturi b'qies standard (gauge) fiss u bl-arja kondizzjonata

Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) u bl-arja kondizzjonata

Vetturi tas-servizz

Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1668) u bl-arja kondizzjonata

Vaguni li jġorru l-karozzi

Ma jridux jintużaw (6)

7

Vetturi bl-arja kondizzjonata u mitbuqa b'mod li l-pressjoni ma taffettwahomx

Ma jridux jintużaw

Ma jridux jintużaw

Vetturi mitbuqa b'mod li l-pressjoni ma taffettwahomx, b'qies standard (gauge) fiss u bl-arja kondizzjonata

Ma jridux jintużaw

Vetturi oħra

Ma jridux jintużaw

Ma jridux jintużaw

Ma jridux jintużaw

Ma jridux jintużaw

PARTI 8

Tipi ta' vetturi ferrovjarji u unitajiet ferrovjarji ta' trazzjoni f'formazzjoni fissa jew definita minn qabel (iċ-ċifri 1-2)

L-ewwel ċifra għandha tkun “9”.

Jekk it-tieni ċifra għandha tiddeskrivi t-tip ta' vetturi ferrovjarji ta' trazzjoni, l-ikkodifikar li ġej huwa obbligatorju:

Kodiċi

Tip ġenerali ta' vetturi

0

Mixxellanji

1

Ferrovija elettrika

2

Ferrovija li taħdem bid-diżil

3

Ferrovija elettrika b'unitajiet multipli (ta' veloċità għolja) [vagun awtopropulsiv jew trejler]

4

Ferrovija elettrika b'unitajiet multipli (għajr ta' veloċità għolja) [vagun awtopropulsiv jew trejler]

5

Ferrovija li taħdem bid-diżil b'unitajiet multipli [vagun awtopropulsiv jew trejler]

6

Trejler speċjalizzat,

7

Magna elettrika li ċċaqlaq unitajiet tal-ferrovija minn post għall-ieħor

8

Magna li taħdem bid-diżil li ċċaqlaq unitajiet tal-ferrovija minn post għall-ieħor

9

Vettura speċjali

PARTI 9

Immarkar numeriku standard tal-vaguni tal-merkanzija (iċ-ċifri 5 sa 8)

L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-immarkar numeriku assoċjat mal-karatteristiki tekniċi prinċipali tal-vagun tal-merkanzija u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).

Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.

PARTI 10

Kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati (iċ-ċifri 5-6)

L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).

Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.

PARTI 11

Kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi speċjali (iċ-ċifri 6 sa 8)

L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi speċjali u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).

Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.

PARTI 12

Immarkar tal-ittri għall-vaguni tal-merkanzija

L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-immarkar tal-ittri għall-vaguni tal-merkanzija (għajr il-vaguni artikolati u multipli) u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).

Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.

PARTI 13

Immarkar tal-ittri għall-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati

L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-immarkar tal-ittri għall-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).

Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.


(1)  Għall-vetturi speċjali, in-numru jrid ikun uniku f'pajjiż partikolari bl-ewwel ċifra u l-aħħar ħames ċifri tal-karatteristiki tekniċi u tan-numru tas-serje.

(2)  Għall-NMBS/SNCB, l-użu ta' ittra unika B imdawra b'ċirku jista' jitkompla.

(3)  Is-sinjali dijakritiċi huma “sinjali ta' aċċenti” bħal fl-ittri À, Ç, Ö, Č, Ž, Å, eċċ. Ittri speċjali bħal Ø u Æ jiġu rrappreżentati b'ittra waħda; f'testijiet biex jiġi kkontrollat li l-ittri jkunu uniċi, l-ittra Ø tiġi ttrattata bħala O u Æ bħala A.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1).

(2)  Qies standard (gauge) fiss jew varjabbli.

(3)  Għajr għal vaguni tal-merkanzija fil-kategorija I (vaguni tal-merkanzija b'temperatura kkontrollata), ma jridux jintużaw għal vetturi ġodda awtorizzati mqiegħda fis-servizz.

(4)  Konformità mat-TSIs applikabbli, ara l-Parti 6 tal-Appendiċi H tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/995 tat-8 ta' Ġunju 2015 li jemenda d-Deċiżjoni 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 165, 30.6.2015, p. 1).

(5)  Inklużi l-vetturi, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri definiti f'din it-tabella. COTIF: vetturi konformi mar-Regolament tal-COTIF fis-seħħ fil-mument tat-tqegħid fis-servizz.

(6)  Għajr għal vaguni b'qies standard (gauge) fiss (56) u b'qies standard (gauge) aġġustabbli (66) li diġà jkunu fis-servizz, ma jridux jintużaw għal vetturi ġodda.