26.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/51

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1613

tal-25 ta' Ottubru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fl-16 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja tliet bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u għat-tneħħija tal-bandiera.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS

(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

ANNESS

1)   

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “A. Bastimenti li il-bandiera tagħhom tneħħiet”, il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti:

L-isem tal-bastiment

Numru tal-OMI

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

“13.

SHANG YUAN BAO

Il-bastiment merkantili M/V SHANG YUAN BAO kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-bastiment tar-RDPK iddeżinjat min-NU M/V PAEK MA fit-18 ta' Mejju, 2018. Ix-SHANG YUAN BAO kien involut ukoll fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-bastiment tar-RDPK MYONG RYU 1 fit-2 ta' Ġunju, 2018.

8126070

16.10.2018

14.

NEW REGENT

M/V NEW REGENT kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mat-tanker taż-żejt tar-RDPK iddeżinjat min-NU KUM UN SAN 3 fis-7 ta' Ġunju, 2018.

8312497

16.10.2018

15.

KUM UN SAN 3

It-tanker taż-żejt KUM UN SAN 3 kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V NEW REGENT fis-7 ta' Ġunju, 2018.

8705539

16.10.2018”

2)   

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, taħt l-intestatura “D. Bastimenti li huma pprojbiti li jidħlu f'portijiet”, il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista:

L-isem tal-bastiment

Numru tal-OMI

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

“34.

35.

NEW REGENT

M/V NEW REGENT kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mat-tanker taż-żejt tar-RDPK iddeżinjat min-NU KUM UN SAN 3 fis-7 ta' Ġunju, 2018.

8312497

16.10.2018

36.

KUM UN SAN 3

It-tanker taż-żejt KUM UN SAN 3 kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V NEW REGENT fis-7 ta' Ġunju, 2018.

8705539

16.10.2018”