|
26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1603
tat-18 ta' Settembru 2018
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2234 (2), il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (minn hawn 'il quddiem, il-“Ftehim”) ġie ffirmat fil-5 ta' Diċembru 2016, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
|
(2) |
L-istrateġija tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, li l-għan tagħha huwa, minn naħa waħda, li jiġi żviluppat l-użu ta' din it-teknoloġija u l-provvista ta' servizzi assoċjati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' servizz ta' awmentazzjoni bis-satellita (SBAS) awtonomu għall-benefiċċju tal-ASECNA u, min-naħa l-oħra u b'mod aktar ġenerali, li jiġi promoss l-użu tar-radjunavigazzjoni bis-satellita fil-kontinent Afrikan, hija segwita b'mod attiv fil-qafas tal-Ftehim. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi assoċjati fiż-żona ta' kompetenza tal-ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili huwa approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jipproċedu għad-depożitu, f'isem l-Unjoni, tal-istrument ta' approvazzjoni (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Approvazzjoni tat-3 ta' Lulju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2234 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f'Madagascar (ASECNA) dwar l-iżvilupp tar- radjunavigazzjoni bis-satellita u l-provvista ta' servizzi relatati fiż-żona ta' kompetenza tal- ASECNA għall-benefiċċju tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 1).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.