24.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/13


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1597

tat-23 ta' Ottubru 2018

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2018) 7117)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu mill-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi biex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' jum miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li hemm riskju baxx ħafna li l-flieles ta' jum ixerrdu l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur.

(4)

Sussegwentement id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju akbar li tinxtered l-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u kemm idumu l-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ tat-tjur ħaj, tal-flieles ta' jum u tal-bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħra lejn Stati Membri oħra, skont ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi, l-aktar biex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1307 (7), wara n-notifika mill-Bulgarija ta' tifqigħa ġdida ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'azjenda tat-tjur li tinsab fir-reġjun ta' Dobrich ta' dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni wkoll li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata.

(7)

Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1307 'l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ġodda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni ta' Plovdiv u Haskovo ta' dak l-Istat Membru.

(8)

Il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni wkoll li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa l-ġdida, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata f'dak l-Istat Membru.

(9)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri f'kollaborazzjoni mal-Bulgarija, u l-Kummissjoni hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Bulgarija, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda tat-tjur fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa l-ġdida.

(10)

Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex ikunu evitati l-ostakli għall-kummerċ mhux ġustifikati u imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-Bulgarija, jiġu deskritti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa l-ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata fil-Bulgarija, fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija li ġew stabbiliti u li issa huma soġġetti għar-restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat bl-aġġornament tar-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa l-ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, kif ukoll kemm se jdumu r-restrizzjonijiet applikabbli fihom.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1307 tas-27 ta' Settembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 244, 28.9.2018, p. 117).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-entrata għall-Bulgarija hija sostitwita b'dan li ġej:

Stat Membru: Il-Bulgarija

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-reġjun ta' Haskovo:

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Konush

Manastir

Voyvodovo

18.11.2018

Ir-reġjun ta' Plovdiv:

Il-muniċipalità ta' Maritsa:

Manole

Manolsko Konare

Yasno pole

27.10.2018”

(2)

Fil-Parti B, l-entrata għall-Bulgarija hija sostitwita b'dan li ġej:

Stat Membru: Il-Bulgarija

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-reġjun ta' Haskovo:

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Konush

Manastir

Voyvodovo

Minn 19.11.2018 sa 27.11.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Dolno Voyvodino

Galabets

Gorno Voyvodino

Haskovo

Knizhovnik

Kozlets

Malevo

Mandra

Orlovo

Stamboliyski

Teketo

Trakiets

Vaglarovo

27.11.2018

Il-muniċipalità ta' Stambolovo:

Zhalti Bryag

27.11.2018

Ir-reġjun ta' Plovdiv:

Il-muniċipalità ta' Maritsa:

Manole

Manolsko Konare

Yasno pole

Minn 28.10.2018 sa 5.11.2018

Il-muniċipalità ta' Rakovski

L-art ta' Stryama — Farm tal-kaċċa tal-Istat il-‘Chekeritsa’

Minn 12.10.2018 sa 5.11.2018

Il-muniċipalità ta' Maritsa:

Trilistnik

Minn 12.10.2018 sa 5.11.2018

Il-muniċipalità ta' Maritsa:

Rogosh

Skutare

5.11.2018

Il-muniċipalità ta' Maritsa:

Dink

Krislovo

Kalekovets

Zhelyazno

Voivodino

21.10.2018

Il-muniċipalità ta' Rakovski:

Rakovski

Shishmatsi

Stryama

Bolyarino

Belozem

Chalakovtsi

5.11.2018

Il-muniċipalità ta' Sadovo:

Sadovo

Cheshengirovo

5.11.2018”