|
12.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/87 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1522
tal-11 ta' Ottubru 2018
li tistabbilixxi format komuni għall-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi
(notifikata bid-dokument C(2018) 6549)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li ġie kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li ġiet ikkunsidrata d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(10) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja huwa l-għodda prinċipali ta' governanza skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 li tappoġġa lill-Istati Membri sabiex jippjanaw il-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-2020 u għall-2030, u b'hekk ittejjeb il-prevedibbiltà għall-partijiet ikkonċernati filwaqt li tappoġġa l-bidla lejn investimenti f'teknoloġiji nodfa u effiċjenti. Dan jagħti kontribut biex jintlaħqu l-objettivi dwar il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 1(2) ta' dik id-Direttiva, kif ukoll biex tiġi żgurata l-koerenza mal-pjanijiet u mal-programmi stabbiliti f'oqsma rilevanti oħra ta' politika, inklużi l-klima, l-enerġija, l-agrikoltura, l-industrija u t-trasport. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, il-pubbliku, skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u l-awtoritajiet kompetenti b'responsabbiltajiet fil-qasam tat-tniġġis, tal-kwalità u tal-ġestjoni tal-arja jridu jiġu kkonsultati dwar l-abbozzi ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u dwar kwalunkwe aġġornament sinifikanti qabel il-finalizzazzjoni tagħhom. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-ħtieġa li jnaqqsu l-emissjonijiet, b'mod partikolari tal-ossidi tan-nitroġenu u tal-materja partikolata fina, f'żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessivi ta' inkwinanti tal-arja u/jew f'dawk iż-żoni u l-agglomerazzjonijiet li jagħtu kontribut sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f'pajjiżi ġirien. |
|
(4) |
Kif enfasizzat fi “It-Tieni Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija” (4) tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, kull meta jkun possibbli, b'mod parallel mal-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji u jitnaqqsu l-kostijiet tal-implimentazzjoni, peress li fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn il-pjanijiet jiddependu fuq miżuri u fuq azzjonijiet simili. |
|
(5) |
Sabiex tiżdied il-konsistenza mar-rapportar ta' politiki u ta' miżuri skont il-politiki tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, jenħtieġ li fejn hemm affarijiet komuni, il-format komuni għall-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi allinjat mal-obbligi ta' rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (6). |
|
(6) |
Sabiex jinkisbu l-impenji tat-tnaqqis tal-ammonijaka previsti fid-Direttiva (UE) 2016/2284, jenħtieġ li jiġu stabbiliti politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jinkludu wkoll miżuri proporzjonati li japplikaw għas-settur agrikolu. |
|
(7) |
L-istabbiliment ta' format komuni għall-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jenħtieġ li jiffaċilita l-eżami tal-programmi li l-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, u jenħtieġ li jipprevedi komparabbiltà aħjar tal-programmi fost l-Istati Membri. |
|
(8) |
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-programm nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, lil hinn mill-kontenut obbligatorju, informazzjoni rilevanti addizzjonali dwar il-politiki u l-miżuri previsti tagħhom li jkollhom l-għan li jindirizzaw l-iktar inkwinanti li jagħmlu ħsara fir-rigward ta' gruppi sensittivi tal-popolazzjoni umana. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, jistgħu jipprevedu miżuri li jkollhom l-għan li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet sabiex jinkisbu livelli ta' kwalità tal-arja li jkunu konformi mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja li ġew ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi. |
|
(9) |
Għalkemm, skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2016/2284, l-emissjonijiet mit-traffiku marittimu internazzjonali jew l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru lil hinn miċ-ċiklu tal-inżul u tat-tlugħ ma jitqisux għall-fini ta' konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeskrivu fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja il-politiki u l-miżuri previsti li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' dawk is-sorsi. |
|
(10) |
L-Istati Membri ddiskutew u kkummentaw dwar abbozz ta' format komuni fil-laqgħat tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent fl-4 ta' April 2017, fit-28 ta' Novembru 2017 u fid-9 ta' April 2018 (7). |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/50/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Il-format komuni għall-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja kif imsemmi fl-Artikolu 6(10) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 huwa stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Format
L-Istati Membri għandhom jużaw il-format komuni stabbilit fl-Anness meta jwettqu r-rapportar tal-programm nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 26.6.2003, p. 17).
(3) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(4) COM(2017) 53 final tal-1 ta' Frar 2017, p. 14.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).
(7) Ara r-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni (il-grupp E02790), http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?Lang=MT
ANNESS
Format komuni għall-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284
1. DESKRIZZJONIJIET TAL-KAXXI
Il-kaxxi kollha f'dan il-format komuni li huma mmarkati (O) huma obbligatorji u dawk li huma mmarkati (F) huma fakultattivi.
2. FORMAT KOMUNI
2.1. Titlu tal-programm, informazzjoni ta' kuntatt u siti web
2.1.1. Titlu tal-programm, informazzjoni ta' kuntatt u siti web (O)
|
Titlu tal-programm |
|
|
Data |
|
|
Stat Membru |
|
|
Isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-tfassil tal-programm |
|
|
Numru tat-telefon tas-servizz responsabbli |
|
|
L-indirizz tal-email tas-servizz responsabbli |
|
|
Link għas-sit web fejn il-programm ġie ppubblikat |
|
|
Link(s) għal sit(i) web rigward il-konsultazzjoni(jiet) dwar il-programm |
|
2.2. Sommarju eżekuttiv (F)
Is-sommarju eżekuttiv jista' jkun ukoll dokument awtonomu (idealment ta' mhux iktar minn 10 paġni). Għandu jkun sommarju konċiż tat-taqsimiet 2.3 sa 2.8. Fejn ikun possibbli, ikkunsidra l-użu ta' illustrazzjonijiet biex tispjega s-sommarju eżekuttiv.
2.2.1. Il-qafas ta' politika nazzjonali dwar il-kwalità tal-arja u t-tniġġis
|
Prijoritajiet ta' politika u r-relazzjoni tagħhom ma' prijoritajiet stabbiliti f'oqsma rilevanti oħra ta' politika |
|
|
Responsabbiltajiet attribwiti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali |
|
2.2.2. Il-progress li sar mis-sena 2005 mill-politiki u mill-miżuri attwali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u fit-titjib tal-kwalità tal-arja
|
Tnaqqis miksub tal-emissjonijiet |
|
|
Progress fir-rigward tal-ksib tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja |
|
|
Impatt transkonfinali attwali ta' sorsi domestiċi tal-emissjonijiet |
|
2.2.3. Evoluzzjoni ulterjuri mbassra sal-2030 bis-suppożizzjoni li ma jsirx tibdil fil-politiki u fil-miżuri li diġà ġew adottati (PuM)
|
Emissjonijiet imbassra u tnaqqis tal-emissjonijiet (ix-xenarju Bil-Miżuri (BM) |
|
|
Impatt imbassar fuq it-titjib tal-kwalità tal-arja (ix-xenarju BM) |
|
|
Inċertezzi |
|
2.2.4. Alternattivi ta' politika kkunsidrati sabiex ikun hemm konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 u għall-2030, u l-livelli intermedji tal-emissjonijiet għall-2025
|
Settijiet prinċipali ta' alternattivi ta' politika kkunsidrati |
|
2.2.5. Sommarju tal-politiki u tal-miżuri magħżula għall-adozzjoni skont is-settur, inkluża skeda għall-adozzjoni, għall-implimentazzjoni u għar-rieżami tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli
|
Settur affettwat |
Politiki u Miżuri (PuM) |
|||
|
PuM magħżula |
Skeda għall-implimentazzjoni tal-PuM magħżula |
Awtorità/ajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-infurzar tal-PuM magħżula (it-tip u l-isem) |
Skeda għar-rieżami tal-PuM magħżula |
|
|
Provvista tal-enerġija |
|
|
|
|
|
Konsum tal-enerġija |
|
|
|
|
|
Trasport |
|
|
|
|
|
Proċessi industrijali |
|
|
|
|
|
Agrikoltura |
|
|
|
|
|
Skart/ġestjoni tal-iskart |
|
|
|
|
|
Trasversali |
|
|
|
|
|
Ieħor (irid jiġi speċifikat) |
|
|
|
|
2.2.6. Koerenza
|
Valutazzjoni ta' kif il-PuM magħżula jiżguraw il-koerenza mal-pjanijiet u mal-programmi stabbiliti f'oqsma rilevanti oħra ta' politika |
|
2.2.7. Impatti kkombinati mbassra tal-politiki u tal-miżuri (“Bil-Miżuri Addizzjonali” – BMA) dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja fit-territorji proprji u fl-Istati Membri ġirien u l-ambjent, u l-inċertezzi assoċjati
|
Ksib imbassar tal-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (BMA) |
|
|
Użu ta' flessibbiltajiet (fejn ikun rilevanti) |
|
|
Titjib imbassar fil-kwalità tal-arja (BMA) |
|
|
Impatti mbassra fuq l-ambjent (BMA) |
|
|
Metodoloġiji u inċertezzi |
|
2.3. Il-qafas ta' politika nazzjonali dwar il-kwalità tal-arja u t-tniġġis
2.3.1. Prijoritajiet ta' politika u r-relazzjoni tagħhom ma' prijoritajiet stabbiliti f'oqsma rilevanti oħra ta' politika
|
L-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet imqabbla mas-sena bażi 2005 (f'%) (O) |
SO2 |
NOx |
NMVOC |
NH3 |
PM2,5 |
|
2020-2029 (O) |
|
|
|
|
|
|
Mill-2030 (O) |
|
|
|
|
|
|
Il-prijoritajiet tal-kwalità tal-arja: il-prijoritajiet ta' politika nazzjonali b'rabta mal-objettivi nazzjonali jew tal-UE tal-kwalità tal-arja (inklużi l-valuri limitu u l-valuri fil-mira, u l-obbligi tal-konċentrazzjoni tal-esponiment) (O) Tista' ssir ukoll referenza għall-objettivi dwar il-kwalità tal-arja rrakkomandati mid-WHO. |
|
||||
|
Prijoritajiet ta' politika rilevanti dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija (O) |
|
||||
|
Prijoritajiet ta' politika rilevanti f'oqsma rilevanti ta' politika, inklużi l-agrikoltura, l-industrija u t-trasport (O) |
|
||||
2.3.2. Responsabbiltajiet attribwiti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali
|
Elenka l-awtoritajiet rilevanti (O) |
Iddeskrivi t-tip ta' awtorità (eż. spettorat ambjentali, aġenzija ambjentali reġjonali, muniċipalità) (O) Fejn ikun xieraq, l-isem tal-awtorità (eż. il-Ministeru ta' XXX, l-Aġenzija Nazzjonali għal XXX, l-Uffiċċju reġjonali għal XXX) |
Iddeskrivi r-responsabbiltajiet attribwiti fl-oqsma tal-kwalità tal-arja u tat-tniġġis tal-arja (O) Agħżel minn dawn li ġejjin kif ikun xieraq:
|
Islet is-setturi taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità (F) |
||||||||||||
|
Awtoritajiet nazzjonali (O) |
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||
|
Awtoritajiet reġjonali (O) |
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||
|
Awtoritajiet lokali (O) |
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||
|
Żid iktar ringieli kif ikun xieraq |
|||||||||||||||
2.4. Il-progress li sar permezz tal-politiki u tal-miżuri (PuM) attwali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u fit-titjib tal-kwalità tal-arja, u l-livell ta' konformità mal-obbligi nazzjonali u tal-Unjoni, meta mqabbel mal-2005
2.4.1. Il-progress li sar permezz tal-PuM attwali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, u l-livell ta' konformità mal-obbligi nazzjonali u tal-Unjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet
|
Iddeskrivi l-progress li sar permezz tal-PuM attwali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, u l-livell ta' konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (O) |
|
|
Ipprovdi referenzi kompluti (il-kapitlu u l-paġna) għal settijiet ta' data ta' sostenn li huma disponibbli pubblikament (eż. ir-rapportar tal-inventarji storiċi tal-emissjonijiet) (O) |
|
|
Inkludi illustrazzjonijiet li juru t-tnaqqis tal-emissjonijiet għal kull inkwinant u/jew għal kull settur prinċipali (F) |
|
2.4.2. Il-progress li sar permezz tal-PuM attwali fit-titjib tal-kwalità tal-arja, u l-livell ta' konformità mal-obbligi nazzjonali u tal-Unjoni tal-kwalità tal-arja
|
Iddeskrivi l-progress li sar permezz tal-PuM attwali fit-titjib tal-kwalità tal-arja, u l-grad ta' konformità mal-obbligi nazzjonali u tal-Unjoni tal-kwalità tal-arja billi, bħala minimu, tispeċifika n-numru ta' żoni tal-kwalità tal-arja, mit-total taż-żoni tal-kwalità tal-arja, li huma/mhumiex konformi mal-objettivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja għall-NO2, għall-PM10, għall-PM2,5 u għall-O3, u kull inkwinant(i) ieħor/oħra li jkun hemm eċċess tiegħu/tagħhom (O) |
|
|
Ipprovdi referenzi kompluti (il-kapitlu u l-paġna) għal settijiet ta' data ta' sostenn li huma disponibbli pubblikament (eż. il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, l-apporzjonament tas-sors) (O) |
|
|
Mapep jew istogrammi li juru l-konċentrazzjonijiet tal-arja ambjentali attwali (minn tal-inqas għall-NO2, għall-PM10, għall-PM2,5 u għall-O3, u kull inkwinant(i) ieħor/oħra li jippreżenta(w) problema) u li juru, pereżempju, in-numru ta' żoni, mit-total taż-żoni tal-kwalità tal-arja, li huma/mhumiex konformi fis-sena bażi u fis-sena tar-rapportar (F) |
|
|
Fejn jiġu identifikati problemi f'żona/i tal-kwalità tal-arja, iddeskrivi kif sar progress fit-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet massimi rrapportati (F) |
|
2.4.3. Impatt transkonfinali attwali ta' sorsi nazzjonali tal-emissjonijiet
|
Fejn ikun rilevanti, iddeskrivi l-impatt transkonfinali attwali ta' sorsi domestiċi tal-emissjonijiet (O) Il-progress jista' jiġi rrapportat f'termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Jekk ma ġiet identifikata l-ebda problema, indika dik il-konklużjoni. |
|
|
F'każ li tintuża data kwantitattiva biex jiġu deskritti r-riżultati tal-valutazzjoni, speċifika d-data u l-metodoloġiji li ntużaw biex titwettaq il-valutazzjoni msemmija hawn fuq (F) |
|
2.5. Evoluzzjoni ulterjuri mbassra bis-suppożizzjoni li ma jsirx tibdil fil-politiki u fil-miżuri li diġà ġew adottati
2.5.1. Emissjonijiet imbassra u tnaqqis tal-emissjonijiet (ix-xenarju BM)
|
Inkwinanti (O) |
Total tal-emissjonijiet (kt), konsistenti mal-inventarji għas-sena x-2 jew x-3 (is-sena trid tiġi speċifikata) (O) |
% imbassar ta' ksib tat-tnaqqis tal-emissjonijiet imqabbel mal-2005 (O) |
Impenn nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020-2029 (%) (O) |
Impenn nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2030 (%) (O) |
|||||
|
Sena bażi 2005 |
2020 |
2025 |
2030 |
2020 |
2025 |
2030 |
|||
|
SO2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NMVOC |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NH3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PM2,5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Iddeskrivi l-inċertezzi assoċjati biex it-tbassir tax-xenarju BM jissodisfa l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020, għall-2025 u għall-2030 'il quddiem (F) |
|
||||||||
|
Data tat-tbassir tal-emissjonijiet (O) |
|
||||||||
Fejn l-evoluzzjoni mbassra turi li l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fix-xenarju BM mhux se jinkisbu, it-taqsima 2.6 għandha tiddeskrivi l-PuM addizzjonali kkunsidrati sabiex tinkiseb il-konformità.
2.5.2. Impatt imbassar fuq it-titjib tal-kwalità tal-arja (ix-xenarju BM), inkluż il-livell imbassar ta' konformità
2.5.2.1.
|
Ipprovdi deskrizzjoni kwalitattiva tat-titjib imbassar fil-kwalità tal-arja u tal-evoluzzjoni ulterjuri mbassra tal-livell ta' konformità (ix-xenarju BM) mal-objettivi tal-UE tal-kwalità tal-arja għall-valuri tal-NO2, tal-PM10, tal-PM2,5 u tal-O3, u kull inkwinant(i) ieħor/oħra li jippreżenta(w) problema sal-2020, sal-2025 u sal-2030 (O) Ipprovdi referenzi kompluti (il-kapitlu u l-paġna) għal settijiet ta' data ta' sostenn li huma disponibbli pubblikament (eż. il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, l-apporzjonament tas-sors) li jiddeskrivu t-titjib imbassar u l-evoluzzjoni ulterjuri mbassra tal-livell ta' konformità (O) |
|
2.5.2.2.
|
Valuri tal-AAQD |
Numru mbassar ta' żoni tal-kwalità tal-arja li mhumiex konformi |
Numru mbassar ta' żoni tal-kwalità tal-arja li huma konformi |
Total tan-numru ta' żoni tal-kwalità tal-arja |
|||||||||
|
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
|
|
PM2,5 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NO2 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PM10 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
O3 (medja massima ta' tmien sigħat) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħra (jekk jogħġbok speċifika) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2.6. Alternattivi ta' politika kkunsidrati sabiex ikun hemm konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 u għall-2030, u l-livelli intermedji tal-emissjonijiet għall-2025
L-informazzjoni meħtieġa skont din it-taqsima għandha tiġi rrapportata billi tintuża “l-Għodda għall-Politiki u għall-Miżuri” (“l-għodda tal-PuM”) ipprovduta għal dak l-għan mill-EEA.
2.6.1. Dettalji dwar il-PuM ikkunsidrati sabiex ikun hemm konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (ir-rapportar fil-livell tal-PuM)
|
L-isem u deskrizzjoni qasira tal-PuM individwali jew ta' pakkett ta' PuM (O) |
Inkwinant(i) affettwat(i), agħżel kif ikun xieraq SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5, (O); BC bħala komponent tal-PM2,5, għal oħrajn (eż. l-Hg, id-diossini, il-GHG) (F) jekk jogħġbok speċifika |
Objettivi tal-PuM individwali jew ta' pakkett ta' PuM (*) (O) |
Tip(i) ta' PuM (^) (O) |
Is-settur(i) primarju/i, u fejn ikun xieraq, is-settur(i) addizzjonali affettwat(i) (†) (O) |
Perjodu ta' implimentazzjoni (O għal miżuri magħżula għall-implimentazzjoni) |
Awtorità/ajiet responsabbli għall-implimentazzjoni (O għal miżuri magħżula għall-implimentazzjoni) Irreferi għal dawk elenkati fit-Tabella 2.3.2 kif ikun xieraq. |
Dettalji tal-metodoloġiji li ntużaw għall-analiżi (eż. mudelli jew metodi speċifiċi, id-data sottostanti) (O) |
Tnaqqis mistenni u kkwantifikat tal-emissjonijiet (għal PuM individwali jew għal pakketti ta' PuM, kif ikun xieraq) (kt, kull sena jew bħala firxa, imqabbla max-xenarju BM) (O) |
Deskrizzjoni kwalitattiva tal-inċertezzi (O, fejn ikunu disponibbli) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Bidu |
Tmiem |
Tip |
Isem |
2020 |
2025 |
2030 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żid iktar ringieli kif ikun xieraq |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tweġibiet għall-kaxxa indikata b' (*), b' (^) u b' (†) għandhom isiru billi jintużaw l-alternattivi tat-tweġibiet predefiniti li huma konsistenti mal-obbligi ta' rapportar skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 749/2014. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tweġibiet għall-kaxxa indikata b' (*) għandhom isiru billi jintużaw l-alternattivi tat-tweġibiet predefiniti li ġejjin, li jridu jintgħażlu kif ikun xieraq (jista' jintgħażel iktar minn objettiv wieħed, u jistgħu jiżdiedu objettivi addizzjonali u jiġu speċifikati taħt “oħra”) (O)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tweġibiet għall-kaxxa indikata b' (^) għandhom isiru billi jintużaw l-alternattivi tat-tweġibiet predefiniti li ġejjin, li jridu jintgħażlu kif ikun xieraq (jista' jintgħażel iktar minn tip wieħed ta' PuM, u jistgħu jiżdiedu PuM addizzjonali u jiġu speċifikati taħt “oħra”) (O)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
It-tweġibiet għall-kaxxa indikata b' (†) għandhom isiru billi jintużaw l-alternattivi tat-tweġibiet predefiniti li ġejjin, li jridu jintgħażlu kif ikun xieraq (jista' jintgħażel iktar minn settur wieħed, u jistgħu jiżdiedu setturi addizzjonali u jiġu speċifikati taħt “oħra”) (O)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.6.2. Impatti fuq il-kwalità tal-arja u l-ambjent ta' PuM individwali jew ta' pakketti ta' PuM ikkunsidrati sabiex ikun hemm konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (O, fejn ikunu disponibbli)
|
Fejn ikunu disponibbli, l-impatti fuq il-kwalità tal-arja (tista' ssir ukoll referenza għall-objettivi dwar il-kwalità tal-arja rrakkomandati mid-WHO) u fuq l-ambjent |
|
2.6.3. Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-PuM individwali jew ta' pakkett ta' PuM ikkunsidrati sabiex ikun hemm konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (O)
|
L-isem u deskrizzjoni qasira tal-PuM individwali jew ta' pakkett ta' PuM |
Il-kostijiet f'EUR għal kull tunnellata mnaqqsa ta' inkwinant |
Il-kostijiet assoluti f'EUR għal kull sena |
Il-benefiċċji assoluti għal kull sena |
Il-proporzjon bejn il-kostijiet u l-benefiċċji |
Is-sena tal-prezz |
Deskrizzjoni kwalitattiva tal-istimi tal-kostijiet u tal-benefiċċji |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Żid iktar ringieli kif ikun xieraq |
||||||
2.6.4. Dettalji addizzjonali dwar il-miżuri mill-Parti 2 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/2284 li timmira lejn is-settur agrikolu biex ikun hemm konformità mal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet
|
|
Il-PuM huma inklużi fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja? Iva/Le (O) |
Jekk iva,
(O) |
Il-PuM ġew applikati eżattament? Iva/Le (O) Jekk le, iddeskrivi l-modifiki li saru (O) |
||||||||||||||||||||||||
|
A. Miżuri għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-ammonijaka (O) |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
B. Miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ta' materja partikolata fina (PM2,5) u ta' karbonju iswed (O) |
|||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
C. Prevenzjoni tal-impatti fuq l-azjendi agrikoli ż-żgħar (O) |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Meta jieħdu l-miżuri deskritti fit-Taqsimiet A u B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu għalkollox l-impatti fuq l-azjendi agrikoli żgħar u mikro. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jeżentaw lill-azjendi żgħar u mikro minn dawk il-miżuri fejn ikun possibbli u xieraq fid-dawl tal-impenji applikabbli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (O) |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
2.7. Il-politiki magħżula għall-adozzjoni skont is-settur, inkluża skeda għall-adozzjoni, għall-implimentazzjoni u għar-rieżami tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli
2.7.1. PuM individwali jew pakkett ta' PuM magħżula għall-adozzjoni u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli
|
L-isem u deskrizzjoni qasira tal-PuM individwali jew tal-pakkett ta' PuM (O) Irreferi għal dawk elenkati fit-Tabella 2.6.1 kif ikun xieraq. |
Is-sena tal-adozzjoni ppjanata attwalment (O) |
Kummenti rilevanti li jirriżultaw mill-konsultazzjoni(jiet) b'rabta ma' PuM individwali jew ma' pakkett ta' PuM (F) |
L-iskeda għall-implimentazzjoni ppjanata attwalment (O) |
Il-miri interim u l-indikaturi magħżula għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-PuM magħżula (F) |
L-iskeda għar-rieżami ppjanata attwalment (f'każ li tkun differenti mill-aġġornament ġenerali tal-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja ta' kull erba' snin) (O) |
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-PuM individwali jew għall-pakkett ta' PuM (O) Irreferi għal dawk elenkati fit-Tabella 2.3.2 kif ikun xieraq. |
||
|
Sena tal-bidu |
Sena tat-tmiem |
Miri Interim |
Indikaturi |
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Daħħal iktar ringieli kif ikun xieraq |
||||||||
2.7.2. Spjegazzjoni tal-għażla ta' miżuri magħżula u valutazzjoni ta' kif il-PuM magħżula jiżguraw il-koerenza mal-pjanijiet u mal-programmi stabbiliti f'oqsma rilevanti oħra ta' politika
|
Spjegazzjoni tal-għażla li saret minn fost il-miżuri kkunsidrati fit-Tabella 2.6.1 biex jiġi stabbilit is-sett finali ta' miżuri magħżula (F) |
|
|
Il-koerenza tal-PuM magħżula mal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja fil-livell nazzjonali u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien (O) |
|
|
Il-koerenza tal-PuM magħżula ma' pjanijiet u ma' programmi rilevanti oħra stabbiliti bis-saħħa tar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni (eż. il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima) (O) |
|
2.8. Impatti kkombinati mbassra tal-PuM (“Bil-Miżuri Addizzjonali” — BMA) fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent, u l-inċertezzi assoċjati (fejn ikun applikabbli)
2.8.1. Ksib imbassar tal-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (BMA)
|
Inkwinanti (O) |
It-total tal-emissjonijiet (kt), konsistenti mal-inventarji għas-sena x-2 jew x-3; jekk jogħġbok speċifika s-sena (O) |
% ta' ksib tat-tnaqqis tal-emissjonijiet imqabbel mal-2005 (O) |
Impenn nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020-2029 (%) (O) |
Impenn nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2030 (%) (O) |
|||||
|
Sena bażi 2005 |
2020 |
2025 |
2030 |
2020 |
2025 |
2030 |
|
|
|
|
SO2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NOx |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NMVOC |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NH3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PM2,5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Data tat-tbassir tal-emissjonijiet (O) |
|
||||||||
2.8.2. Perkors mhux lineari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet
|
Fejn jiġi segwit perkors mhux lineari għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, uri li huwa teknikament jew ekonomikament iktar effiċjenti (miżuri alternattivi jkunu jinvolvu kostijiet sproporzjonati), li mhux se jikkomprometti l-ksib ta' xi impenn għat-tnaqqis fl-2030, u li dak il-perkors se jikkonverġi f'perkors lineari mill-2025 'il quddiem (O, fejn ikun rilevanti) Irreferi għall-kostijiet elenkati fit-Tabella 2.6.3 kif ikun xieraq. |
|
2.8.3. Flessibbiltajiet
|
Fejn jintużaw il-flessibbiltajiet, ipprovdi rendikont tal-użu tagħhom (O) |
|
2.8.4. Titjib imbassar fil-kwalità tal-arja (BMA)
|
A. Numru mbassar ta' żoni tal-kwalità tal-arja li mhumiex konformi u ta' dawk li huma konformi (F) |
||||||||||||
|
Valuri tal-AAQD |
Numru mbassar ta' żoni tal-kwalità tal-arja li mhumiex konformi |
Numru mbassar ta' żoni tal-kwalità tal-arja li huma konformi |
Total tan-numru ta' żoni tal-kwalità tal-arja |
|||||||||
|
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
|
|
PM2,5 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NO2 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
PM10 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
O3 (medja massima ta' tmien sigħat) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Oħra (jekk jogħġbok speċifika) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
B. Eċċessi massimi tal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja u indikaturi tal-esponiment medju (F) |
||||||||||||
|
Valuri tal-AAQD |
Eċċessi massimi mbassra tal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja fiż-żoni kollha |
Indikatur tal-esponiment medju mbassar (għall-PM2,5 (sena) biss |
||||||||||
|
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
Speċifika s-sena bażi |
2020 |
2025 |
2030 |
|||||
|
PM2,5 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
NO2 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
NO2 (siegħa) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
PM10 (sena) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
PM10 (24 siegħa) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
O3 (medja massima ta' tmien sigħat) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Oħra (jekk jogħġbok speċifika) |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
C. Illustrazzjonijiet li juru t-titjib imbassar fil-kwalità tal-arja u l-livell ta' konformità (F) |
||||||||||||
|
Mapep jew istogrammi li juru l-evoluzzjoni mbassra tal-konċentrazzjonijiet tal-arja ambjentali (minn tal-inqas għall-NO2, għall-PM10, għall-PM2,5 u għall-O3, u kull inkwinant(i) ieħor/oħra li jippreżenta(w) problema) u li juru, pereżempju, in-numru ta' żoni, mit-total taż-żoni tal-kwalità tal-arja, li se jkunu/mhux se jkunu konformi sal-2020, sal-2025 u sal-2030, l-eċċessi nazzjonali massimi mbassra, u l-indikatur tal-esponiment medju mbassar |
|
|||||||||||
|
D. Titjib kwalitattiv imbassar fil-kwalità tal-arja u l-livell ta' konformità (BMA) (f'każ li ma tiġi pprovduta l-ebda data kwantitattiva fit-tabelli ta' hawn fuq) (F) |
||||||||||||
|
Titjib kwalitattiv imbassar fil-kwalità tal-arja u l-livell ta' konformità (BMA) |
|
|||||||||||
Għall-valuri limitu annwali, it-tbassir għandu jiġi rrapportat fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet massimi fiż-żoni kollha. Għall-valuri limitu ta' kuljum u ta' kull siegħa, it-tbassir għandu jiġi rrapportat fir-rigward tan-numru massimu ta' eċċessi fiż-żoni kollha.
2.8.5. Impatti mbassra fuq l-ambjent (BMA) (F)
|
|
Is-sena bażi li ntużat biex jiġu vvalutati l-impatti ambjentali (jekk jogħġbok speċifika |
2020 |
2025 |
2030 |
Deskrizzjoni |
|
It-territorju ta' Stat Membru espost għal aċidifikazzjoni li tkun qabżet il-livell limitu tat-tagħbija kritika (%) |
|
|
|
|
|
|
It-territorju ta' Stat Membru espost għal ewtrofikazzjoni li tkun qabżet il-livell limitu tat-tagħbija kritika (%) |
|
|
|
|
|
|
It-territorju ta' Stat Membru espost għall-ożonu li jkun qabeż il-livell limitu tat-tagħbija kritika (%) |
|
|
|
|
|
L-indikaturi għandhom jiġu allinjati ma' dawk li ntużaw fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfinali u fuq Distanza Kbira fir-rigward tal-esponiment tal-ekosistemi għall-aċidifikazzjoni, għall-ewtrofikazzjoni u għall-ożonu https://www.rivm.nl/media/documenten/cce/manual/Manual_UBA_Texte.pdf).
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).