|
1.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1464
tat-28 ta' Settembru 2018
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbilit permezz tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 (1) tipprevedi l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat fit-30 ta' Ottubru 2016. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (2) tipprevedi l-applikazzjoni provviżorja ta' partijiet mill-Ftehim, inkluż l-istabbiliment tal-Kumitat Konġunt CETA u tal-kumitati speċjalizzati. Dawk il-partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-21 ta' Settembru 2017. |
|
(3) |
Il-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli ġie stabbilit permezz tal-Artikolu 26.2.1 (g) tal-Ftehim. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikoli 23.10 u 24.15 tal-Ftehim, il-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, fl-ewwel laqgħa tiegħu, għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin (Kummerċ u Xogħol) u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin (Kummerċ u Ambjent) tal-Ftehim. |
|
(5) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli abbażi tal-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż li tistabbilixxi listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, stabbilit mill-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu Tlieta u Għoxrin u l-Kapitolu Erba' u Għoxrin tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SCHRAMBÖCK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru [X /2018] TAL-KUMITAT CETA DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
ta' xxx
li tistabbilixxi lista ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord skont il-Kapitolu 23 u l-Kapitolu 24 tal-Ftehim
IL-KUMITAT TAS-CETA DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 23.10 u l-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 24.15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 30.7.3 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim kienu applikati proviżorjament mill-21 ta' Settembru 2017. |
|
(2) |
Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 23.10 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jistabbilixxi lista ta' mill-inqas disa' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirriżultaw taħt il-Kapitolu 23 (Kummerċ u Xogħol) u li, skont il-paragrafu 7, għandhom għarfien speċjalizzat jew għarfien espert fil-liġi tax-xogħol, kwistjonijiet oħra indirizzati fil-Kapitolu 23, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali. |
|
(3) |
Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 24.15 tal-Ftehim, il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jistabbilixxi lista ta' mill-inqas disa' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-bord fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirriżultaw taħt il-Kapitolu 24 (Kummerċ u Ambjent) u li, skont il-paragrafu 7, għandhom għarfien speċjalizzat jew għarfien espert fil-liġi ambjentali, kwistjonijiet oħra indirizzati fil-Kapitolu 24, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali. |
|
(4) |
Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 23.10 u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 24.15, kull lista għandha tikkonsisti minn tal-anqas tliet individwi msemmija minn kull Parti u mill-inqas tliet individwi msemmija mill-Partijiet li mhumiex nazzjonali ta' xi Parti u li huma lesti u kapaċi jservu bħala president ta' Bord ta' Esperti. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Il-listi ta' individwi li lesti jservu bħala membri tal-bord kif stabbilit fl-Anness huma b'dan stabbiliti. |
|
2. |
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tiegħu mill-Kumitat tas-CETA dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli. |
Għall-KUMITAT CETA DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
Għall-UE
Għall-Kanada
ANNESS
LISTA TA' INDIVIDWI LI LESTI JSERVU BĦALA MEMBRI TAL-BORD FIR-RIGWARD TAL-MATERJI LI JIRRIŻULTAW MILL-KAPITOLU 23 (KUMMERĊ U XOGĦOL) TAL-FTEHIM
Individwi b'għarfien speċjalizzat jew kompetenzi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, fi kwistjonijiet indirizzati fil-Kapitolu 23, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jinqalgħu taħt ftehimiet internazzjonali:
Individwi msemmija mill-Kanada:
|
|
Kevin Banks |
|
|
Adelle Blackett |
|
|
Carol Nelder-Corvari |
Individwi msemmija mill-Unjoni Ewropea:
|
|
Jorge Cardona |
|
|
Eddy Laurijssen |
|
|
Karin Lukas |
Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet):
|
|
Janice Bellace |
|
|
Kathleen Claussen |
|
|
Christian Häberli |
|
|
Jill Murray |
|
|
Patrick Pearsall |
|
|
Ross Wilson |
LISTA TA' INDIVIDWI LI LESTI JSERVU BĦALA MEMBRI TAL-BORD FIR-RIGWARD TAL-MATERJI LI JIRRIŻULTAW MILL-KAPITOLU 24 (KUMMERĊ U AMBJENT) TAL-FTEHIM
Individwi b'għarfien speċjalizzat jew kompetenzi fil-qasam tal-liġi ambjentali, fi kwistjonijiet indirizzati fil-Kapitolu 24, jew fir-riżoluzzjoni ta' tilwimiet li jinqalgħu taħt ftehimiet internazzjonali:
Individwi msemmija mill-Kanada:
|
|
Anne Daniel |
|
|
Armand de Mestral |
|
|
Elaine Feldman |
|
|
Matthew Kronby |
|
|
Brendan McGivern |
Individwi msemmija mill-Unjoni Ewropea:
|
|
Laurence Boisson de Chazournes |
|
|
Hélène Ruiz Fabri |
|
|
Geert Van Calster |
Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet):
|
|
Arthur Edmond Appleton |
|
|
James Bacchus |
|
|
Nathalie Bernasconi-Osterwalder |
|
|
Christian Häberli |