25.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/63 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1290
tal-24 ta' Settembru 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
(2) |
Fis-17 ta' Settembru 2018 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU emenda l-elenkar ta' ħames persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
ANNESS
1) |
Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 21 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
2) |
Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 22 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
3) |
Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 23 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
4) |
Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 24 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
5) |
Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 25 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
6) |
Fl-Anness I u l-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrata 26 hija sostitwita b'dan li ġej:
|