25.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/61


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1289

tal-24 ta' Settembru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2018 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' bastiment wieħed soġġett għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

1)

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 11 taħt l-intestatura “A. Bastimenti li l-bandiera tagħhom tneħħiet” hija sostitwita b'dan li ġej:

“11.

Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

M/V WAN HENG 11 involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V RYE SONG GANG 1 fit-13 ta' Frar 2018.

Wan Heng 11, bastiment li qabel kien itajjar il-bandiera ta' Belize, issa qed jopera bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK msemmi KUMJINGANG3 jew Kum Jin Gang 3.”

2)

Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 32 taħt l-intestatura “D. Bastimenti li huma pprojbiti jidħlu fil-portijiet” hija sostitwita b'dan li ġej:

“32.

Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

M/V WAN HENG 11 involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V RYE SONG GANG 1 fit-13 ta' Frar 2018.

Wan Heng 11, bastiment li qabel kien itajjar il-bandiera ta' Belize, issa qed jopera bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK msemmi KUMJINGANG3 jew Kum Jin Gang 3.”