|
7.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/20 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Novembru 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott imsemmi fl-Artiklu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-isem “Vitellone Bianco dell’Appennino Centrale” (IĠP)
(2018/C 441/08)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2)(a) flimkien mal-Artikolu 53(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Italja bagħtet applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Vitellone Bianco dell’Appennino Centrale” (IĠP) skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Sabiex tiġi permessa l-preżentazzjoni ta’ avviżi ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (2), li tinkludi d-Dokument Uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rilevanti għall-isem irreġistrat “Vitellone Bianco dell’Appennino Centrale” (IĠP), jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, li tinkludi d-Dokument Uniku emendat u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rilevanti għall-isem irreġistrat “Vitellone Bianco dell’Appennino Centrale” (IĠP), tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-emenda msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
ANNESS
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Vitellone bianco dell’Appennino centrale”
Nru tal-UE: PGI-IT-1552-AM02 — 26.9.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Consorzio di tutela “Vitellone bianco dell’Appennino centrale” |
|
Via delle Fascine, 4 |
|
06132 San Martino in Campo |
|
Perugia (PG) |
|
ITALIA |
|
info@vitellonebianco.it |
Il Consorzio di tutela “Vitellone bianco dell’Appennino centrale” għandu l-jedd li jressaq applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Decreto del Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta maż-żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn: Dokument ta’ kontroll; Imballaġġ; Aġġornamenti regolatorji. |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
L-Artikolu 5.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-Punt 3.2 tad-Dokument Uniku
|
1. |
Il-parametri dwar kemm jinxtorob il-prodott matul it-tisjir (inqas minn 35 %) u dwar il-grad ta’ ebusija tal-prodott imsajjar (inqas minn 2,5 kg/cm2) tħassru.
Din l-emenda hija l-konsegwenza taż-żmien minimu meħtieġ għat-twettiq tal-analiżijiet li għandhom isiru b’mod obbligatorju fil-laboratorju. Il-“laħam taċ-ċanga” frisk huwa prodott li l-perjodu ta’ konservazzjoni tiegħu huwa limitat ħafna, b’mod partikolari għal ċerti partijiet anatomiċi. Il-karkassi jridu jitilqu mill-biċċerija fi żmien massimu ta’ jumejn wara l-qatla, l-aktar minħabba li l-kmamar tat-tkessiħ tal-biċċeriji huma fiżikament iddisinjati għat-tkessiħ tal-karkassi u mhux għall-konservazzjoni jew għall-maturazzjoni tagħhom. Bħalissa, ir-riżultati ta’ dawn l-analiżijiet qed jintbagħtu wara aktar minn sebat ijiem. Dan iwassal għal problemi serji ta’ natura kummerċjali u għal dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikazzjoni, minħabba l-fatt li t-trasferiment tal-prodott lest għat-tqattigħ ikun irid isir l-aktar tard 48 siegħa wara l-qatla, u dan mhuwiex kompatibbli maż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-analiżijiet. Xenarju ieħor jista’ jkun li l-klassifikazzjoni tal-prodott ċertifikat titnaqqas u l-prodott isir prodott konvenzjonali, iżda dan jista’ jwassal għal telf ekonomiku sinifikanti. |
Metodu ta’ produzzjoni
L-Artikolu 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
2. |
Is-sentenzi:
“Mit-twelid sal-ftim, l-użu tas-sistemi tat-trobbija li ġejjin huwa awtorizzat: ir-ragħa, il-kenn liberu, il-kenn ikkontrollat. Fil-fażijiet ta’ wara l-ftim sal-qtil, l-annimali jridu jitrabbew f’kenn liberu jew ikkontrollat biss.” huma emendati kif ġej: “Mit-twelid sal-ftim, l-użu tas-sistemi tat-trobbija li ġejjin huwa awtorizzat: ir-ragħa, il-kenn liberu, il-kenn b’aċċess għall-bur. Matul il-fażijiet ta’ wara l-ftim sal-qtil, l-annimali jridu jitrabbew f’kenn liberu, f’kenn fejn l-annimali ikunu maqfulin jew f’kenn b’aċċess għall-bur.” Għall-fażijiet tat-trobbija mit-twelid sal-ftim, ir-referenza għall-“kenn fejn l-annimali jkunu maqfulin” titħassar, b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela. Għall-perjodu kollu tat-trobbija, jiġifieri mit-twelid sal-qatla, tiżdied referenza għall-kenn b’aċċess għall-bur sabiex jiġi speċifikat dak li kien ifisser “kenn liberu” s’issa. Il-bovini mrobbija f’kenn b’aċċess għall-bur jistgħu jiċċaqalqu liberament f’żona delimitata permezz ta’ mezzi fiżiċi li jimpedixxu lill-annimali milli jaqsmu l-konfini. |
L-Artikolu 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — Il-Punt 3.3 tad-Dokument Uniku
|
3. |
Il-paragrafu:
“Wara, il-bażi tal-għalf huwa magħmul minn foraġġ frisk u/jew ippreżervat li jkun ġej minn mergħat naturali, artifiċjali jew minn uċuħ tar-raba’ tipiċi taż-żona ġeografika ddefinita; barra minn hekk, jistgħu jintużaw konċentrati tal-għalf sempliċi jew kumplessi, flimkien ma’ addittivi supplimentari ta’ minerali u vitamini.” jinbidel b’dan li ġej: “Wara, il-bażi tal-għalf huwa magħmul minn foraġġ frisk u/jew ippreżervat li jkun ġej minn mergħat naturali, artifiċjali jew minn uċuħ tar-raba’ tipiċi taż-żona ġeografika ddefinita; barra minn hekk, jistgħu jintużaw konċentrati tal-għalf sempliċi jew kumplessi, flimkien ma’ addittivi supplimentari.” Ir-referenza għall-“addittivi supplimentari ta’ minerali u vitamini” hija sostiwita b’referenza għal “addittivi supplimentari”. Din l-emenda tippermetti li t-tip ta’ addittivi mogħtija lill-annimali jiġi estiż għal sustanzi nutrittivi oħra minbarra l-vitamini u l-minerali. |
L-Artikolu 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — Il-Punt 3.3 tad-Dokument Uniku
|
4. |
Il-paragrafu:
“Matul l-erba’ xhur qabel il-qatla, huwa projbit li jingħata għalf insilat lill-annimali. Ma jistgħux jintużaw il-prodotti industrijali sekondarji li ġejjin bħala għalf:
huwa emendat kif ġej: “Matul l-erba’ xhur qabel il-qatla, huwa projbit li jingħata foraġġ insilat lill-annimali. Ma jistgħux jintużaw il-prodotti industrijali sekondarji li ġejjin bħala għalf:
Il-prodotti sekondarji tal-industriji li ġejjin huma awtorizzati biss fil-forma ta’ komponenti ta’ għalf ikkonċentrat:
Din l-emenda tippermetti li tiġi awtorizzata l-preżenza fl-għalf ta’ ċerti alimenti (prodotti sekondarji tal-industrija) li bħalissa huma projbiti. Oriġinarjament, il-projbizzjoni imposta mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ ċerti prodotti sekondarji fil-qasam tal-alimentazzjoni tal-annimali kellha l-għan li tevita li dawn il-prodotti sekondarji jintużaw kif inhuma fl-għalf, minħabba li kienu jikkostitwixxu riskju għall-bilanċ fid-dieta. Min-naħa l-oħra, l-emenda proposta tispeċifika li l-prodotti sekondarji tal-industrija huma awtorizzati biss jekk jidħlu fil-kompożizzjoni tal-għalf. Dawn il-prodotti sekondarji mnixxfin li jintużaw fl-għalf jidħlu fil-kompożizzjoni ta’ dieta diġà bbilanċjata, li l-karatteristiċi nutrittivi tagħha huma definiti u indikati b’mod ċar fuq it-tikketta tal-pakkett tal-għalf. |
L-Artikolu 4.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — Il-Punt 3.4 tad-Dokument Uniku
|
5. |
Is-sentenza:
“Il-qatla għandha ssir f’biċċeriji adattati li jinsabu ġewwa ż-żona ta’ produzzjoni;” hija emendata kif ġej: “Il-qatla għandha ssir f’biċċeriji adattati.” L-obbligu li l-annimali jinqatlu fiż-żona ġeografika jitħassar. Din l-emenda hija marbuta mal-ħtieġa li jkun hemm aċċess għal biċċeriji aktar organizzati u aktar strutturati, ħdejn iż-żona ta’ produzzjoni, u dan jippermetti li titnaqqas id-distanza għall-annimali sejrin għall-qatla. Din l-emenda tippermetti wkoll li d-distanza tiġi limitata għal dik prevista mill-istandards dwar il-benesseri tal-annimali u li jkun hemm aċċess għal biċċeriji li jirrispettaw ċerti riti reliġjużi. Il-punt 3.4 tad-Dokument Uniku ġie emendat bit-tħassir tar-referenza għall-fażi tal-qatla. |
L-Artikolu 5.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
1. |
Is-sentenza:
“Meta titqies il-ħtieġa li tittejjeb l-irtubija tal-karkassi tal-annimali rġiel li għandhom kapaċità ta’ ħażna tax-xaħam, inkluż ix-xaħam intramuskulari, iżgħar minn dik tal-annimali nisa, il-maturazzjoni tal-karkassi tal-annimali rġiel għandha ddum mill-inqas erbat ijiem għar-robbu ta’ quddiem u 10 ijiem għar-robbu ta’ wara.” hija emendata kif ġej: “Meta titqies il-ħtieġa li tittejjeb l-irtubija tal-karkassi tal-annimali rġiel li għandhom kapaċità ta’ ħażna tax-xaħam, inkluż ix-xaħam intramuskulari, iżgħar minn dik tal-annimali nisa, il-maturazzjoni tal-karkassi tal-annimali rġiel għandha ddum mill-inqas erbat ijiem għall-biċċiet kollha, ħlief ir-rump, il-ġarretta tal-brodu, l-għalja tal-koxxa u l-kustilji tal-flett, li l-maturazzjoni tagħhom għandha ddum mill-inqas 10 ijiem.” Huwa speċifikat li l-maturazzjoni tar-rump, tal-ġarretta tal-brodu, tal-għalja tal-koxxa u tal-kustilji tal-flett għandha ddum mill-inqas 10 ijiem, u l-maturazzjoni tal-qatgħat l-oħra kollha għandha ddum mill-inqas erbat ijiem. Din l-emenda hija neċessarja, għaliex il-qatgħat ta’ wara ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi kollha u ma jintużawx bl-istess mod. Minħabba n-natura tagħhom, uħud minn dawn il-qatgħat huma pjuttost maħsuba li jiġu pproċessati f’laħam ikkapuljat li, mill-perspettiva tas-saħħa, huwa soġġett għal perjodi ta’ maturazzjoni aktar qosra minn dawk li tirrikjedi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Perjodu twil ta’ maturazzjoni huwa meħtieġ għal ċerti qatgħat speċifiċi ta’ daqs akbar, li jkun fihom ftit tessut konnettiv u jintużaw b’mod partikolari għal riċetti li jirrekjedu ftit sajran, bħal pereżempju r-rump, il-ġarretta tal-brodu, l-għalja tal-koxxa u l-kustilji tal-flett, li l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni huwa determinanti għall-kwalità tal-prodott. |
It-tikkettar
L-Artikolu 6.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — Il-Punt 3.6 tad-Dokument Uniku
|
2. |
Il-punti li ġejjin:
huma emendati kif ġej:
Se jsir obbligatorju li jitpoġġa l-logo tal-Unjoni Ewropea fuq it-tikketta. Tiżdied dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu li titniżżel ir-razza fuq it-tikketta biss fil-każ tal-lottijiet li jkun fihom razza waħda. Din l-emenda tqis id-dimensjonijiet tat-tikketta, li xi kultant ikunu limitati, u n-nuqqas relattiv ta’ spazju li xi kultant irendi l-indikazzjoni ta’ żewġ razez jew tlieta fuq il-pakkett diffiċli. |
|
3. |
Is-sentenza li ġejja titħassar:
Il-projbizzjoni li fuq it-tikketta tiżdied xi deskrizzjoni li ma tkunx espressament prevista titħassar. Din l-emenda hija ġġustifikata bil-possibbiltà li tiġi indikata informazzjoni addizzjonali fuq it-tikketta, bħad-dieti partikolari tal-bovini (pereżempju: “bla żieda ta’ xaħmijiet tal-annimali”, “mingħajr OĠM”, eċċ.) jew is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-intrapriża. |
Oħrajn
L-Artikolu 6.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — Il-Punt 3.6 tad-Dokument Uniku
|
4. |
Ir-“razza” hija miżjuda mal-lista tal-informazzjoni li tidher fid-dokument ta’ verifika.
Din l-emenda tissupplimenta l-lista tal-informazzjoni fid-dokument ta’ verifika li tippermetti li jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet ta’ konformità tad-denominazzjoni. Din l-emenda għandha l-għan li tiggarantixxi li tiġi reġistrata l-informazzjoni dwar ir-razza tal-annimali. Il-parti rilevanti tad-Dokument Uniku ġiet aġġornata. |
Imballaġġ
L-Artikolu 6.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott — Il-Punt 3.5 tad-Dokument Uniku
|
5. |
Is-sentenza:
“Il-laħam frisk jew iffriżat li jiġi kkumerċjalizzat f’biċċiet maqtugħin minn qabel għandu jiġi ppakkjat b’wieħed mill-modi li ġejjin: imballaġġ minn qabel, imballaġġ f’vakwu jew imballaġġ f’atmosfera modifikata.” hija emendata kif ġej: “Il-laħam frisk jew iffriżat li jiġi kkumerċjalizzat f’biċċiet maqtugħin minn qabel għandu jkollu wieħed mill-imballaġġi primarji li ġejjin: imballaġġ primarju minn qabel, imballaġġ minn qabel, imballaġġ primarju f’vakwu jew imballaġġ primarju f’atmosfera modifikata.” Din l-emenda tippermetti li tiżdied il-possibbiltà li dawn il-prodotti jinbiegħu f’imballaġġi magħmulin fil-post tal-bejgħ, minħabba li l-bejgħ tal-prodotti imballati b’dawn il-modi huwa meqjus bħala frekwenti, b’mod partikolari fid-distribuzzjoni fuq skala kbira. Il-punt li jikkorrispondi fid-Dokument Uniku ġie aġġornat. |
|
6. |
Is-sentenza:
“L-imballaġġ primarju jista’ jsir biss fl-impjanti tat-tqattigħ awtorizzati u kkontrollati mill-korp kompetenti li jawtorizza t-tqegħid tal-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta fuq kull imballaġġ.” hija emendata kif ġej: “L-imballaġġ primarju jista’ jsir biss fil-biċċeriji u fl-impjanti tat-tqattigħ awtorizzati u kkontrollati mill-korp kompetenti li jawtorizza t-tqegħid tal-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta fuq kull imballaġġ.” Meta titqies l-emenda preċedenti, tqis xieraq li mal-lista tal-partijiet awtorizzati li jwettqu l-imballaġġ primarju jiżdiedu l-biċċeriji. Il-punt rilevanti fid-Dokument Uniku ġie aġġornat. |
Aġġornamenti regolatorji
|
7. |
Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 510/2006 7 fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 7 fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ġew adattati għar-regolamentazzjoni fis-seħħ. |
DOKUMENT UNIKU
“Vitellone bianco dell’Appennino centrale”
Nru tal-UE: PGI-IT-1552-AM02 — 26.9.2017
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Vitellone bianco dell’Appennino centrale”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’ 1
Il-laħam tal-IĠP “Vitellone bianco dell’Appennino centrale” ġej minn annimali bovini maskili u femminili, tar-razez puri Chianina, Marchigiana u Romagnola, li jkollhom bejn 12 u 24 xaħar u jkunu mwielda u mrobbija fiż-żona tipika tal-produzzjoni.
L-annimali bovini għandhom jitnisslu b’mod selettiv u jiġu rreġistrati kif suppost fir-Reġistru tal-Bhejjem iż-Żgħar tar-Reġistru Nazzjonali tal-Bhejjem għaċ-ċertifikazzjoni tal-purezza tar-razza, fattur ġenetiku importanti għall-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-laħam.
Il-partijiet esposti tal-laħam tal-karkassa ma għandux ikollhom kulur mhux normali (maġenta jew li jagħti fl-iswed). Il-kulur tax-xaħam viżibbli ma għandux jagħti fl-isfar ċar u x-xaħam lanqas ma għandu jkollu vini sofor skuri.
Il-parametri medji tal-kwalità tal-laħam “Vitellone bianco dell’Appennino centrale” huma kif ġej:
|
— |
pH bejn 5,2 u 5,8 |
|
— |
estratt tal-etere (tale quale) inqas minn 3 % |
|
— |
irmied (tale quale) inqas minn 2 % |
|
— |
proteini (tale quale) iktar minn 20 % |
|
— |
kolesterol inqas minn 50 mg/100 g |
|
— |
proporzjon ta’ aċidi xaħmin mhux saturati ma’ dawk saturati ta’ iktar minn 1,0 |
|
— |
kemm jinxtorob b’mod naturali inqas minn 3 % |
|
— |
grad ta’ ebusija (nej) inqas minn 3,5 kg/cm2 |
|
— |
kulur (binhar 2667 K) — L aktar minn 30 |
|
— |
C aktar minn 20 |
|
— |
H bejn 25 u 45 |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għoġġiela tar-razza “bianca” tal-Apennini jitreddgħu b’mod naturali minn ommhom sakemm jinfatmu. Wara, il-bażi tal-għalf tagħhom ikunu l-ħxejjex u/jew l-foraġġ li jkun ġej minn mergħat naturali u artifiċjali jew minn uċuħ tar-raba’ tipiċi taż-żona ġeografika identifikata. Barra minn hekk, jistgħu jintużaw konċentrati tal-għalf sempliċi jew kumplessi, flimkien ma’ addittivi supplimentari.
Ir-razzjon jiġi kkalkulat b’tali mod li jiżgura livelli nutrittivi għoljin jew medji għoljin, b’valuri massimi ta’ 0,8 unitajiet tal-għalf għal kull kg ta’ materja xotta għall-annimali bovini maskili u ta’ 0,7 U.F. għal kull kg ta’ materja xotta għal dawk femminili.
Il-prodotti sekondarji tal-industriji li ġejjin huma awtorizzati biss fil-forma ta’ komponenti ta’ għalf ikkonċentrat:
|
— |
Polpa friska residwa tal-pitravi; |
|
— |
Fergħat u weraq mitħunin tas-siġra taż-żebbuġ; |
|
— |
Weraq tas-siġra taż-żebbuġ friski jew imnixxfa; |
|
— |
Polpa tal-larinġ; |
|
— |
Polpa mnixxfa tal-frott taċ-ċitru; |
|
— |
Polpa diżidrata tal-larinġ; |
|
— |
Residwi taż-żebbuġ; |
|
— |
Qxur taż-żebbuġ; |
|
— |
Qxur u żerriegħa tat-tadam; |
|
— |
Residwi mid-distilleriji; |
|
— |
Għeruq sekondarji tal-malt; |
|
— |
Fond u skart mill-birreriji; |
|
— |
Fond u skart frisk jew diżidrat; |
|
— |
Vinassa friska jew imnixxfa; |
|
— |
Granza naturali jew kummerċjali; |
|
— |
Residwu tat-tuffiegħ magħsur; |
|
— |
Frott frisk jew ippreżervat. |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu speċifikament iseħħu fiż-żona ġeografika huma t-twelid u t-trobbija, inkluż il-perjodu tal-ftim u tas-simna.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-laħam frisk jew iffriżat li jiġi kkumerċjalizzat f’biċċiet maqtugħin minn qabel għandu jiġi ppakkjat b’wieħed mill-modi li ġejjin: imballaġġ primarju minn qabel, imballaġġ minn qabel, imballaġġ primarju f’vakru jew imballaġġ primarju f’atmosfera modifikata.
L-imballaġġ primarju jista’ jsir biss fil-biċċeriji u fl-impjanti tat-tqattigħ awtorizzati u kkontrollati mill-korp kompetenti li jawtorizza t-tqegħid tal-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta fuq kull imballaġġ.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-laħam “Vitellone bianco dell’Appennino centrale” għandu jiġi kumerċjalizzat bil-marka speċifika ta’ identifikazzjoni bil-kliem IĠP “Vitellone bianco dell’Appennino centrale”.
Il-marka ta’ identifikazzjoni għandha titpoġġa fuqu mill-korp ta’ spezzjoni fil-biċċerija.
Barra l-informazzjoni obbligatorja rikjesta mir-regolamentazzjoni fis-seħħ, it-tikketta trid turi l-informazzjoni li ġejja:
|
1. |
in-numru ta’ referenza jew il-kodiċi tat-traċċabbiltà; |
|
2. |
id-denominazzjoni “Vitellone Bianco dell’Appennino Centrale” u/jew il-logo; |
|
3. |
il-logo tal-Unjoni Ewropea kif previst mir-regolamentazzjoni fis-seħħ. Huwa wkoll possibbli li jintużaw il-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” u/jew l-akronimu “IĠP”. |
|
4. |
Ir-razza tal-annimali, ħlief għal-lottijiet li jkun fihom bosta razez. |
It-tikketta tista’ wkoll tipprovdi informazzjoni oħra prevista fid-dokument ta’ verifika, dokument elettroniku meħtieġ għall-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ konformità u li jkun fih id-data li ġejja: in-numru ta’ identifikazzjoni tal-annimal (in-numru tar-reġistrazzjoni); l-azjenda tat-twelid; l-azjendi tat-trobbija u/jew tat-tismin; il-movimenti tal-annimal; id-data tat-twelid; ir-razza; is-sess; id-data u n-numru ta’ sekwenza tal-qatla; il-kategorija tal-annimal; il-piż tal-karkassa u tal-qatgħa tal-laħam; il-konformazzjoni u x-xaħam tal-karkassa skont il-klassifikazzjoni tal-KE; l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tal-biċċerija fejn saret il-qatla; l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tal-impjant tat-tqattigħ fejn ikun sar it-tqattigħ; l-indikazzjoni tat-tip ta’ prodott akkwistat (karkassa, nofs karkassa, biċċa minn sitta, kwart, qatgħat individwali jew qatgħat imħallta); l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tad-destinatarju (il-biċċerija, l-impjant tat-tqattigħ, l-operatur kummerċjali); l-isem tal-espert inkarigat miċ-ċertifikazzjoni.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-laħam “Vitellone Bianco dell’Appennino Centrale” hija magħmula mit-territorju tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet li jinsabu tul il-katina tal-Apennini fiċ-ċentru tal-Italja.
B’mod iktar preċiż, iż-żona tal-produzzjoni hija magħmula mit-territorji tal-provinċji attwali li ġejjin: Bologna, Ravenna, Forlì-Cesena, Rimini, Ancona, Ascoli Piceno, Fermo, Macerata, Pesaro-Urbino, Teramo, Pescara, Chieti, L’Aquila, Campobasso, Isernia, Benevento, Avellino, Frosinone, Rieti, Viterbo, Terni, Perugia, Grosseto, Siena, Arezzo, Firenze, Prato, Livorno, Pisa, Pistoia; Roma (il-muniċipalitajiet ta’ Arcinazzo Romano, Camerata Nuova, Cervara di Roma, Jenne, Mazzano Romano, Ponzano Romano, Sant’Oreste, Subiaco, Vallepietra, Vallinfreda, Vivaro Romano biss), Latina (il-muniċipalitajiet ta’ Campodimele, Castelforte, Fondi, Formia, Itri, Lenola, Minturno, Monte San Biagio, Prossedi, Roccasecca dei Volsci, Santi Cosma e Damiano, Sonnino, Spigno Saturnia biss) u Caserta (il-muniċipalitajiet ta’ Ailano, Alife, Alvignano, Baia e Latina, Bellona, Caianello, Caiazzo, Calvi Risorta, Camigliano, Capriati a Volturno, Castel Campagnano, Castel di Sasso, Castello del Matese, Ciorlano, Conca della Campania, Dragoni, Fontegreca, Formicola, Francolise, Gallo Matese, Galluccio, Giano Vetusto, Gioia Sannitica, Letino, Liberi, Marzano Appio, Mignano Monte Lungo, Pastorano, Piana di Monte Verna, Piedimonte Matese, Pietramelara, Pietravairano, Pignataro Maggiore, Pontelatone, Prata Sannita, Pratella, Presenzano, Raviscanina, Riardo, Rocca D’Evandro, Roccaromana, Rocchetta e Croce, Ruviano, San Gregorio Matese, San Pietro Infine, San Potito Sannitico, Sant’Angelo d’Alife, Sparanise, Teano, Tora e Piccilli, Vairano Patenora, Valle Agricola, Vitulazio biss).
5. Rabta maż-żona ġeografika
It-territorji tal-Apennini għandhom ekosistema speċifika ħafna fir-rigward tal-klima, tal-varjazzjonijiet fit-temperatura u tal-ammont totali ta’ xita. Dawn il-kundizzjonijiet ambjentali, li huma wkoll marbutin mal-morfoloġija u mal-pożizzjoni speċifika tal-ħamrija, jinfluwenzaw it-tkabbir ta’ flora tal-mergħat varjata u partikolari ħafna. Il-mergħat għandhom identità preċiża marbuta mal-kontenut tagħhom ta’ elementi “essenzjali”, bħall-komposti aromatiċi speċifiċi u l-pigmenti.
Iż-żona tinsab f’pajsaġġ b’għoljiet u muntanji fejn il-foresti jiddominaw f’altitudni baxxa, u mbagħad jinbidlu f’mergħat hekk kif jintlaħaq l-ilma tal-pjan tal-Apennini u fejn l-użu tal-art wassal għal pajsaġġ b’qatgħat żgħar li jintużaw għal skopijiet differenti: uċuħ tar-raba’, foresti u mergħat.
Il-kundizzjonijiet ambjentali huma tipiċi tal-klima Apennina Mediterranja, b’medja ta’ xita ta’ madwar 1 200 mm fis-sena (b’massimu ta’ 2 000 mm fi snin mhux normali), u temperaturi medji annwali li jvarjaw minn 0 °C fix-xitwa għal 24 °C fis-sajf, b’temperaturi minimi ta’ -10 °C u temperaturi massimi li jistgħu jaqbżu t-30 °C.
Il-kontenut ta’ proteini u l-proporzjon ta’ aċidi xaħmin saturat u mhux saturat huma elementi importanti għall-valutazzjoni tal-karatteristiċi kwalitattivi tal-laħam “Vitellone bianco dell’Appennino centrale”.
Il-laħam li jiġi prodott, anke dak imqatta’ fil-ħwienet tal-laħam, mhux tip ta’ laħam li l-partijiet esposti tiegħu jiskuraw malajr. B’hekk l-ammonti ta’ dan il-laħam li jintremew waqt l-ipproċessar jitnaqqsu konsiderevolment.
Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-prodott ġejja mill-għaqda flimkien tal-ġabra ġenetika, tat-tip ta’ trobbija u tal-klima tal-post.
B’mod ġenerali t-tip ta’ trobbija hija dik tradizzjonali — bl-annimali bovini miżmuma marbutin f’maqjel jew inkella mħollija parzjalment fil-libertà waqt l-istadju tas-simna. L-għalf li jintuża fl-istadji tat-tkabbir u tas-simna huwa ġeneralment prodott fl-azjenda stess. Il-biċċa l-kbira tal-azjendi jipprattikaw trobbija hekk imsejħa ta’ “ċiklu magħluq”, jiġifieri huma jkabbru l-għoġġiela mwelldin mill-baqar li huma ommijiet fl-imqawel sa ma jkunu jiżnu biżżejjed biex ikunu jistgħu jinqatlu.
Il-karatteristiċi prinċipali tal-prodott huma ddeterminati l-ewwelnett mill-fatt li l-annimali jappartjenu għal tliet razez ta’ laħam indiġeni, li ilhom jitrabbew fit-territorju ddefinit għal sekli twal, fuq il-bażi ta’ tekniki produttivi tradizzjonali li ilhom applikati għal żmien twil.
Il-laħam jassorbi l-effetti ambjentali dinamikament. Dan jiddetermina d-differenzi mhux biss f’termini organolettiċi, iżda wkoll f’termini tal-massa muskolari u tal-partijiet fibrużi u bix-xaħam. Billi l-annimali jitrabbew ġeneralment fil-libertà, iċ-ċiklu bijoloġiku tagħhom huwa marbut strettament mal-ambjent ġeografiku li jinsabu fih.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament.)
Il-Ministeru nieda l-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta għal emenda tal-IĠP “Vitellone bianco dell’Appennino centrale” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 131 tat-8 ta’ Ġunju 2017.
It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinsab fuq is-sit web li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew inkella
billi żżur il-paġna uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tikklikkja fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.