23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1194

tal-21 ta' Ġunju 2018

dwar il-konkluzjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1567 (1), il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fis-17 ta' Lulju 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata.

(3)

Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll. (3)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

B. PETKOV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1567 tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 238. 16.9.2017, p. 1).

(2)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 238, 16.9.2017 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.