|
2.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1094
tal-1 ta' Awwissu 2018
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tan-Netherlands fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 328(1) u 331(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1),
Wara li kkunsidrat in-notifika min-Netherlands bl-intenzjoni tagħhom li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE permezz tal-ittra ddatata l-14 ta' Mejju 2018,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta' April 2017 il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja nnotifikaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li xtaqu jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa rigward it-twaqqif tal-UPPE. Barra minn hekk, permezz tal-ittri ddatati d-19 ta' April 2017, l-1 ta' Ġunju 2017, id-9 ta' Ġunju 2017 u t-22 ta' Ġunju 2017 rispettivament, il-Latvja, l-Estonja, l-Awstrija u l-Italja indikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fit-twaqqif ta' din il-kooperazzjoni msaħħa. |
|
(2) |
Fit-3 ta' April 2017, l-awtorizzazzjoni biex jipproċedu bil-kooperazzjoni msaħħa msemmija fl-Artikolu 20(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 329(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tqieset li ngħatat b'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(1) TFUE. |
|
(3) |
Fit-12 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-UPPE. |
|
(4) |
Fl-20 ta' Novembru 2017, ir-Regolament (UE) 2017/1939 daħal fis-seħħ. L-UPPE għandu jassumi l-kompiti tiegħu ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni f'data li trid tiġi determinata permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq proposta tal-Kap Prosekutur Ewropew ladarba jitwaqqaf l-UPPE, li ma tistax tkun aktar kmieni minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1939 ma jippreskrivi ebda kundizzjonijiet partikolari ta' parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-UPPE. |
|
(6) |
B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE jeżerċita l-kompetenza tiegħu fir-rigward ta' kull reat fil-kompetenza tiegħu li jseħħ wara d-data li fiha r-Regolament (UE) 2017/1939 jidħol fis-seħħ. Għar-reati msemmijin fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2017/1939 li mhumiex diġà soġġetti għall-kompetenza tal-UPPE mid-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament, l-UPPE jenħtieġ li jeżerċita l-kompetenzi tiegħu fir-rigward tat-territorju jew iċ-ċittadini tan-Netherlands, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fin-Netherlands. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tan-Netherlands fil-kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija kkonfermata.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) 2017/1939 għandu jidħol fis-seħħ fin-Netherlands fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER