31.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/140 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1082
tat-30 ta' Lulju 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar missjoni ta' taħriġ militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1) li tistabbilixxi Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) b'mandat u ammont ta' referenza sa 24 xahar wara li l-Missjoni tkun laħqet il-Kapaċità Operattiva Sħiħa, jiġifieri sad-19 ta' Settembru 2018. |
(2) |
Wara r-Rieżami Strateġiku tal-Missjoni, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM RCA jiġi emendat u estiż sad-19 ta' Settembru 2020. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, la hi marbuta minnha u lanqas hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha u ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din il-missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
(a) |
fl-Artikolu 1(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(b) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu sad-19 ta' Settembru 2018 għandu jkun ta' EUR 18 180 000. Il-perċentwal ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 15 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 60 % għall-impenn u 15 % għall-ħlas. 3. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perijodu mill-20 ta' Settembru 2018 sad-19 ta' Settembru 2020 għandu jkun ta' EUR 25 439 596. Il-perċentwal ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 30 % għall-impenn u 0 % għall-ħlas.”; |
(c) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-EUTM RCA għandha tintemm fid-19 ta' Settembru 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL