26.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1047
tas-16 ta' Lulju 2018
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika ta' Singapore (“il-Ftehim”). |
(2) |
In-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim ġie inizjalat fl-14 ta' Ottubru 2013. |
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. Huwa akkumpanjat minn Ittra ta' Akkumpanjament, li tifforma parti integrali mill-Ftehim, li jenħtieġ li tiġi ffirmata fl-istess ħin mal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra, u tal-Ittra ta' Akkumpanjament mehmuża mal-Ftehim huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Ittra ta' Akkumpanjament mehmuża mal-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) It-test tal-Ftehim ser ikun ippubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.