18.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 181/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/1014

tat-13 ta' Lulju 2018

li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Thomas DELAPINA, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Judith VORBACH, EU-Referentin der Arbeiterkammer Oberösterreich, hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).