|
16.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/997
tat-13 ta' Lulju 2018
li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/392/PESK (1) li stabbilixxiet missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer sabiex tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi tas-sigurtà Niġerini biex jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata (EUCAP SAHEL Niger). |
|
(2) |
Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (2) li testendi l-EUCAP SAHEL Niger sal-15 ta' Lulju 2018. Fil-11 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1253 (3) li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-EUCAP SAHEL Niger sal-15 ta' Lulju 2018. |
|
(3) |
EUCAP SAHEL Niger u l-ammont ta' referenza previst għaliha jenħtieġ li jiġu estiżi sat-30 ta' Settembru 2018. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/392/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
L-EUCAP Sahel Niger ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/392/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13(1), l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “L-ammont ta' referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Sahel Niger għall-perijodu mis-16 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Settembru 2018 għandu jkun ta' EUR 31 000 000.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej: “Hija għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2018.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-16 ta' Lulju 2018.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1253 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 179, 12.7.2017, p. 15).