3.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/943

tad-29 ta' Ġunju 2018

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1) li stabbilixxiet Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah).

(2)

Fl-4 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1193 (2) li emendat l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u estendietha sat-30 ta' Ġunju 2018.

(3)

Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EU BAM Rafah, il-Missjoni tenħtieġ li tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2019.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

Il-Missjoni EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019 għandu jkun ta' EUR 2 040 000.”;

(2)

fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2019.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2018.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 li stabbilixxiet Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1193 tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 172, 5.7.2017, p. 12).