|
28.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/13 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Awwissu 2018
dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal prodott għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(“Μαντινεία” (Mantinia) (DOP))
(2018/C 302/10)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Greċja bagħtet applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Μαντινεία’ (Mantinia)” b’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati. |
|
(3) |
Sabiex tippermetti l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni b’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Μαντινεία’ (Mantinia)” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni għad-denominazzjoni “Μαντινεία’ (Mantinia)” (DOP), b’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
B’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Pierre MOSCOVICI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“Μαντινεία” (Mantinia)
PDO-GR-A1554-AM02
Data tal-applikazzjoni: 10.6.2016
TALBA GĦAL EMENDA TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Modifika mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Korrezzjoni tal-qawwa alkoħolika naturali minima tal-inbid abjad spumanti ta’ kwalità
L-emenda tal-fajl tekniku ta’ Mantinia PDO-GR-A1554, Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku, tikkoreġi l-qawwa alkoħolika naturali minima tal-Inbid Abjad Spumanti ta’ Kwalità bl-indikazzjonijiet brut nature, extra brut, brut, extra sec, sec, demi sec u doux minn 11 % għal 9,5 % volum, għaliex matul l-abbozzar tal-fajl tekniku ddaħħal bi żball 11 % volum.
Il-prassi enoloġika għall-produzzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità Mantinia (DOP) tirrikjedi li l-qawwa alkoħolika naturali minima tal-inbid mhux ipproċessat tkun 9,5 % volum sabiex il-qawwa alkoħolika reali tkun tista’ tilħaq 11 % volum wara t-tieni fermentazzjoni; jekk jintuża inbid mhux ipproċessat b’qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 11 % biex isir l-inbid spumanti, il-qawwa alkoħolika reali tkun 12,5 % volum, u dan ma jirriflettix ir-realtà. Huwa ċar li ċ-ċifra ta’ 11 % volum tal-qawwa alkoħolika naturali nkitbet bi żball, ladarba huwa fatt li din mhix prattika enoloġika tajba.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” tad-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
2.2. Korrezzjoni tar-rendiment massimu f’ettolitri tal-prodott finali għal kull ettaru għall-inbid abjad xott u inbid abjad spumanti ta’ kwalità
L-emenda tal-fajl tekniku ta’ Mantinia PDO-GR-A1554, Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku, tikkoreġi r-rendiment massimu f’ettolitri tal-prodott finali għal kull ettaru kemm għall-inbid abjad xott, kif ukoll għall-inbid abjad spumanti ta’ kwalità minn 66 hl għal 82,5 hl, għaliex matul l-abbozzar tal-fajl tekniku ddaħħal bi żball 66 hl.
Il-valur dikjarat fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali huwa ħafna inqas mill-valur li wieħed jara fil-prattika. Fil-prattika, ladarba r-rendiment tal-vinji stabbilit huwa ta’ 1 100 kg ta’ għeneb għal kull stremma (1 000 m2), l-ammont ta’ 66 hl għal kull ettaru jagħti rendiment ta’ 60 % fl-inbid li jsirlu sbokkament. Dan ir-rendiment huwa baxx ħafna u fi kwalunkwe każ barra mill-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbid moderna. Il-produzzjoni tal-inbid li tuża l-inqas teknoloġija fis-seħħ fil-fabbriki tal-inbid lokali, trendi iktar minn 74 % ta’ inbid li jsirlu sbokkament u f’xi każijiet, dan ir-rendiment jista’ jilħaq ukoll 78 %. Jenħtieġ li jiġi nnutat ukoll li ċerti għelejjel għandhom għeneb li fih iktar meraq u b’hekk jipproduċu rendimenti kbar. Dan il-fatt, flimkien mal-possibbiltà li t-teknoloġija moderna tipprovdi għall-estrazzjoni korretta tal-meraq mill-għeneb u l-kisba tal-perċentwal massimu ta’ most tal-għeneb pur għall-fermentazzjoni, ifisser li ċ-ċifra ta’ 75 % tikkorrispondi għar-realtà. Billi jintuża dan il-perċentwal u r-rendiment tal-vinji stabbilit għal kull 1 000 m2 ta’ 1 100 kg, jagħti r-rendiment rakkomandat ta’ 82,5 hl.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsimiet “Rendiment(i) massimu/i tal-prodott finali għal kull ettaru għall-inbid abjad xott” u “Rendiment(i) massimu/i tal-prodott finali għal kull ettaru għall-inbid abjad spumanti ta’ kwalità” tad-Dokument Uniku u tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
DOKUMENT UNIKU
1. Denominazzjoni reġistrata
“Μαντινεία” (Mantinia)
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ oriġini protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Kategorija 1 Inbid Abjad Xott
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 11,0 % volum |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali: Minimu 11 % volum |
|
— |
Kontenut ta’ zokkor totali: 0-4 g/l |
Dehra: Kulur it-tiben (isfar ċar) bi ħjut ħodor jixgħelu, li jistgħu jsiru sofor skuri meta l-inbid jimmatura.
Aroma: Fwieħet l-inbid kumplessa u intensa b’noti ta’ frott (l-iktar ċitru) u fjuri (ward, ġiżimin, eċċ.) li huma tipiċi tal-varjetajiet ta’ għeneb użati u jiddependu mill-perċentwal ta’ kull wieħed. Matul il-proċess ta’ maturazzjoni jidhru ħjut jixgħelu inorganiċi.
Togħma: Togħma bilanċjata rikka u mimlija u aċidità li hija unika għaż-żona. Iħalli togħma aromatika u persistenti.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum): |
11,0 |
|
Aċidità totali minima: |
5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
18 |
|
Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru): |
200 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Kategorija 5 — Inbid Abjad Spumanti ta’ Kwalità
Inbid bl-indikazzjonijiet “brut nature”, “extra brut”, “brut”, “extra sec”, “sec”, “demi sec”, “doux”
|
— |
Qawwa alkoħolika naturali minima: 9,5 % volum |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali: Minimu ta’ 11,0 % volum |
|
— |
Pressjoni eċċessiva fil-flixkun: Minimu ta’ 3,5 bar |
Dehra: Kulur aħdar safrani ċar b’linja irqiqa ta’ bżieżaq li jintensifikaw u jissaħħu matul iż-żmien.
Aroma: Irwejjaħ tal-ward, l-għasel u l-frott
Togħma: Togħma friska mill-aċidità għolja u l-preżenza tad-diossidu tal-karbonju (CO2). Skont il-kontenut taz-zokkor tal-inbid, iħalli togħma u bilanċ li jvarjaw minn xott għal ħelu.
Il-kontenut taz-zokkor huwa sa 3 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni brut nature, sa 6 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni extra brut, sa 12 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni brut, 12-17 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni extra sec, 17-32 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni sec, 32-50 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni demi sec u iktar minn 50 g/l għall-inbid spumanti bl-indikazzjoni “doux”.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% ta’ volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika reali minima (f’% ta’ volum): |
11,0 |
|
Aċidità totali minima: |
5,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
18 |
|
Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru): |
185 |
Jekk ma jingħatax valur speċifiku, japplikaw il-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
5. Prattiki tal-Produzzjoni tal-Inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Produzzjoni tal-inbid tal-Kategorija 1 inbid abjad
L-Inbid Abjad Mantinia (DOP) jsir a) mill-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni tal-inbid abjad jew b) minn estrazzjoni qabel il-fermentazzjoni. Dan jiġi segwit minn sedimentazzjoni statika fejn jiġu miżjuda kulturi tal-ħmira pura, li joħorġu l-karatteristiċi aromatiċi tal-inbid. It-temperatura matul il-fermentazzjoni alkoħolika ma taqbiżx l-20 °C.
L-inbid Mantinia (DOP) huwa prodott mill-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin: Moschofilero (tal-inqas 85 %) u Asproudes.
Produzzjoni tal-inbid tal-Kategorija 5 inbid abjad spumanti ta’ kwalità
L-inbejjed spumanti huma prodotti skont il-metodu tradizzjonali tal-fermentazzjoni fil-flixkun jew skont il-metodu tal-fermentazzjoni f’tank magħluq. L-ewwel metodu jinvolvi l-fermentazzjoni tal-inbid abjad xott fil-flixkun fejn jiżdiedu l-ħmira u z-zokkor. L-ewwel, l-inbid jiġi ssiġillat b’tapp tal-kuruna u l-proċess ta’ fermentazzjoni jista’ jdum ħafna xhur. Wara li titneħħa l-ħmira, il-flixkun jiġi ssiġillat b’sufra standard.
Sistemi ta’ tkabbir tad-dwieli
L-għeneb użat biex isiru l-inbejjed Mantinia (DOP) ġejjin minn dwieli li jinżammu qosra mkabbra f’konfigurazzjonijiet forma ta’ kalċi jew lineari (1-2 għejun).
Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid
Sabiex jintuża t-terminu “Réserve” għall-inbejjed bojod xotti Mantinia (DOP), iridu jkunu tħallew jimmaturaw għal total ta’ mhux inqas minn sena (1), li minnhom mhux inqas minn sitt (6) xhur f’bettiji tal-ballut u tliet (3) xhur fil-fliexken.
Sabiex jintuża t-terminu “Grande Réserve” għall-inbejjed bojod xotti Mantinia (DOP), iridu jkunu tħallew jimmaturaw għal total ta’ mhux inqas minn sentejn (2), li minnhom mhux inqas minn tnax-il xahar (12) f’bettiji tal-ballut u sitt (6) xhur fil-fliexken.
b. Rendimenti massimi
Ir-rendiment massimu tal-għeneb għal kull ettaru għall-kategorija 1 inbid abjad xott
11 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Ir-rendiment massimu tal-prodott finali għal kull ettaru għall-kategorija 1 inbid abjad xott
82,5 hl għal kull ettaru
Ir-rendiment massimu tal-għeneb għal kull ettaru għall-kategorija 5 inbid abjad spumanti ta’ kwalità
11 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Ir-rendiment massimu tal-prodott finali għal kull ettaru għall-kategorija 5 inbid abjad spumanti ta’ kwalità
82,5 hl għal kull ettaru
6. Żona demarkata
Iż-żona ta’ vitikultura fejn jiġi prodott l-inbid Mantinia (DOP) tinkludi l-vinji li jinsabu fiż-żona tal-art tal-Muniċipalità ta’ Tripoli, speċifikament: l-unità muniċipali ta’ Tripoli u l-komunitajiet lokali ta’ Agios Vasilios Mantinias, Agios Konstantinos, Merkovounio, Pelagos u Skopi fl-unità muniċipali ta’ Tripoli; il-komunitajiet lokali ta’ Lithovounia, Magoula, Rizes u Psili Vrysi fl-unità muniċipali ta’ Tegea; il-komunitajiet lokali ta’ Artemisio, Kapsas, Loukas, Nestani, Pikernis, Sagkas u Simiades fl-unità muniċipali ta’ Mantinia, il-komunitajiet lokali ta’ Agiorgitiko, Zevgolateio, Neochori Mantinia, Partheni u Steno fl-unità muniċipali ta’ Korythio; il-komunitajiet lokali ta’ Kandila, Levidi, Orchomenos u Palaiopyrgos fl-unità muniċipali ta’ Levidi; il-parti ta’ Kouvli fil-komunità lokali ta’ Doliana fil-Muniċipalità ta’ North Kynouria.
7. Għeneb tal-inbid ewlenin
|
|
Asproudes B |
|
|
Moschofilero N - Mavrofilero |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Dettalji taż-żona ġeografika
Kwalità, rabta storika, rabtiet kulturali, soċjali u ekonomiċi, ambjent ġeografiku u oriġini ġeografika għall-inbid abjad xott (kategorija 1) u inbid abjad spumanti ta’ kwalità (kategorija 5).
a.
Il-kwalità tal-inbejjed bojod xotti u tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità Mantinia (DOP) hija r-riżultat tar-robustezza tal-varjetà tal-għeneb użata sabiex isiru dawn l-inbejjed u l-kundizzjonijiet klimatiċi prevalenti fir-reġjun matul is-sajran. Madankollu, il-kundizzjoni tajba tal-materja prima u l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid ukoll għandhom rwol kruċjali fil-kwalità tal-inbid, filwaqt li t-tekniki tat-tkabbir xieraq jiżguraw konformità mar-rendimenti rakkomandati.
b.
Ir-reġjun għandu tradizzjonali twila ħafna tal-vitikultura li bdiet fiż-żminijiet mogħdija, kif muri minn għadd ta’ sejbiet arkeoloġiċi li jorbtu r-reġjun mal-inbid u l-adorazzjoni tal-alla Dionysus. Huwa wkoll iż-żona tad-dielja Pausanias, li hemm min jemmen li hija l-eqdem dielja fid-dinja. Homer iddeskriva Mantinia bħala “l-art tal-vinji”.
L-ewwel inbid spumanti Grieg kien prodott hawn fil-bidu tas-seklu 20 u huwa magħmul mill-għenba aromatika Moschofilero.
c.
Ir-rikonoxximent taż-żona ta’ Mantinia (DOP) fl-1971 huwa r-riżultat tat-tradizzjoni tar-reġjun li jkabbar d-dwieli u jagħmel l-inbid li ilha għaddejja għal żmien twil. Dan qanqal l-iżvilupp ulterjuri fis-settur tal-inbid ta’ Mantinia, inkluż l-estensjoni taż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli u l-istabbiliment ta’ fabbriki tal-produzzjoni tal-inbid ġodda.
L-inbejjed Mantinia (DOP) rċevew premji internazzjonali f’diversi okkażjonijiet u l-inbejjed tal-varjetà Moschofilero u Mantinia huma “l-ambaxxaturi lokali” tal-inbid Grieg fil-pjan strateġiku għall-promozzjoni tal-inbid Grieg.
d.
Iż-żona tal-inbid ta’ Mantinia (DOP) tinsab fil-parti ċentrali tal-Lvant ta’ Arcadia. Din hija magħrufa bħala l-għalqa Mantiniana, plateau b’altitudni medja ta’ 660 m.
Il-ħamrija hija klassifikata fit-tliet kategoriji edafoġenetiċi li ġejjin:
|
|
A) Entisols, B) Inceptisols, C) Alfisols |
Il-ħamrija tal-partijiet ċatti hija depożiti alluvjali bit-tafal ramli u t-terra rosa. Il-ġnub tal-għoljiet jikkonsistu minn ġebla tal-ġir u ġebla tal-franka tad-dolomit. Il-ħamrija hija ta’ fertilità li tvarja minn fqira għal medja, lixxivjanti, b’kontenut baxx ta’ karbonat tal-kalċju u kompożizzjoni mekkanika li tvarja minn ramel, trab ġulġlieni, trab ġulġlieni tafli għal tafal tqil. Il-materja organika fis-saffi tal-wiċċ hija moderata u tonqos mal-fond. Il-pH tal-ħamrija tvarja minn 5,5 – 7,5, li tiffavorixxi t-tkabbir u n-nutrizzjoni regolari tad-dielja. Il-kapaċità ta’ skambju tal-ħamrija taż-żona hija tajba ħafna u tipprovdi l-pjanti bl-ammonti neċessarji ta’ nutrijenti.
It-temperatura massima u minima medja matul l-istaġun tat-tkabbir (April sa Ottubru) hija 24,9 °C u 10,5 °C rispettivament, filwaqt li l-indiċi termali solari tar-reġjun huwa 4 056 unità. L-istaġun tat-tkabbir idum 235 jum taħt dawn il-kundizzjonijiet. Għalkemm il-preċipitazzjoni annwali hija 781 mm, id-distribuzzjoni staġonali tagħha hija tipika tal-klima Mediterranja, fejn tinżel l-iktar xita f’Diċembru (176 mm) u l-inqas f’Awwissu (14 mm). Ladarba x-xita medja matul l-istaġun tat-tkabbir hija 260 mm, huwa possibbli li l-pjanti Moschofilero jistgħu jesperjenzaw nuqqas moderat ta’ ilma matul xi snin.
Fis-sajf, iż-żiffa ħafifa li tiġi prinċipalment mit-Tramuntana ttaffi s-sħana tas-sajf.
Dettalji tal-prodott (kategorija 1) tal-inbid abjad xott
L-inbejjed bojod Mantinia (DOP) huma ta’ kulur isfar tiben bi ħjut ħodor għal roża jixgħelu, aroma rikka b’noti ta’ frott taċ-ċitru, żahar tal-lumi, żahar tal-ward u ġiżimin. Huma qawwija b’aċidità unika, bilanċ tajjeb u jħallu togħma aromatika u persistenti. Jekk l-inbid jinżamm fil-bettiji tal-ballut, jiżdied fil-volum u jkun iżjed żejtni fil-palat.
Interazzjoni kawżali għall-inbid abjad xott (kategorija 1)
Moschofilero fir-reġjun ta’ Mantinia għandu relazzjoni perfetta mal-makroklima lokali. Jibbenefika mill-altitudni għolja ta’ Arcadia u l-klima kiesħa tagħha, fatturi li jikkontribwixxu għas-sajran tal-għeneb iktar tard matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ Ottubru. Ix-xemx u t-temperaturi moderati fis-sajf flimkien mal-ħamrija fonda u friska tal-plateau, jikkontribwixxu għas-sajran bil-mod u iktar tard meta mqabbel ma’ reġjuni tal-ħsad oħrajn. Il-medda wiesgħa tat-temperatura bejn bi nhar u billejl matul ix-xhur tas-sajf tgħin iżżomm il-livelli għoljin tal-aċidità u tiżviluppa l-potenzjal aromatiku tal-varjetà. Il-kompożizzjoni tal-ħamrija fuq il-plateau tagħmilha possibbli li jiġi prodott inbid ta’ togħma qawwija u qawwa alkoħolika medja. Il-kumplessità aromatika tal-varjetà ta’ Moschofilero tinsab fil-plateau ta’ Mantinia, għaliex it-temperaturi fix-xahar ta’ qabel il-ħsad huma moderati (18,8 °C), li huwa viċin it-temperatura ottima għad-dwieli. In-nuqqas ta’ temperaturi estremament għoljin (mewġ tas-sħana) jgħin biex jinżammu l-aċidi organiċi, li jirriżultaw fil-produzzjoni tal-inbid b’aċidità totali għolja, pH baxxa u togħma friska.
Addizzjonalment, l-esperjenza twila tal-produtturi tal-inbid fir-reġjun flimkien mat-tekniki tal-vitikultura tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku bħat-tneħħija tal-weraq, it-tneħħija tal-blanzuni u l-ħsad bikri, ifisser li tiġi prodotta materja prima ta’ kwalità.
Fil-livell ġeografiku, il-makroklima flimkien mal-kwalitajiet ta’ Moschofilero, għandha rwol ewlieni fid-differenzjar tal-inbejjed ta’ din iż-żona minn inbejjed prodotti mill-istess varjetà f’żoni oħra ta’ Peloponnese f’altitudnijiet iktar baxxi.
Dettalji tal-prodott (kategorija 5) tal-inbid abjad spumanti ta’ kwalità
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità Mantinia (DOP) huma ta’ kulur aħdar safrani ċar b’linja sottili ta’ bżieżaq, li jintensifikaw u jissaħħu matul iż-żmien, u jaċċentwaw it-togħma friska tal-għenba Moschofilero. Huma kkarratterizzati minn irwejjaħ ta’ ward, għasel u frott taċ-ċitru, flimkien ma’ aromi ta’ għaġina ħelwa u togħma friska aċċennata minn aċidità għolja u l-preżenza tad-diossidu tal-karbonju.
Skont il-kontenut ta’ zokkor tagħhom, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità Mantinia (DOP) jħallu togħma u bilanċ li jvarjaw minn xott għal ħelu.
Interazzjoni kawżali għall-inbid abjad spumanti ta’ kwalità (kategorija 5)
Moschofilero huwa kklassifikat bħala varjetà polivalenti għaliex, f’diversi livelli ta’ sajran, il-kompożizzjoni kimika ffurmata hija adattata għal produzzjoni ta’ iktar minn tip ta’ inbid wieħed.
Il-mikroklima ta’ Mantinia, bl-altitudni għolja u l-klima friska tagħha tgħin fil-produzzjoni ta’ inbejjed spumanti ta’ kwalità bl-aqwa karatteristiċi tal-kwalità.
Sabiex jiġu prodotti nbejjed spumanti ta’ kwalità, il-vinji jintgħażlu miż-żona għall-ħsad bikri, skont il-mesoklimi li jiffurmaw mit-terren. Il-ġabra kmieni tal-għeneb tipproduċi inbid bażi b’qawwa alkoħolika baxxa, aromi primarji kompletament iffurmati u aċidità ġeneruża li tista’ tintuża biex isiru nbejjed spumanti ta’ kwalità.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Tip ta’ kundizzjoni oħra: Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Qafas ġuridiku: Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-Artikolu 66(1), (2) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid.
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Qafas ġuridiku: Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra: Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: Termini relatati ma’ ċerti metodi ta’ produzzjoni
Id-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien tas-sajran, maturazzjoni u tqegħid fis-suq tal-inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini u Nbejjed Lokali ta’ Kwalità Superjuri, kif ukoll it-termini użati fit-tikkettar tagħhom marbut mal-metodu tal-produzzjoni jew il-metodi ta’ preparazzjoni tagħhom (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005).
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Qafas ġuridiku: Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra: Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: Stampar tas-sena inizjali fuq it-tikketta
Meta jintużaw it-termini “ΝΕΟΣ ΟΙΝΟΣ” jew “ΝΕΑΡΟΣ ΟΙΝΟΣ” (“INBID ĠDID”) fuq it-tikkettar tal-inbid, huwa mandatorju li tiġi stampata s-sena inizjali, b’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 280557/9.6.2005 li tistabbilixxi ż-żmien tas-sajran, maturazzjoni u tqegħid fis-suq tal-inbejjed b’Denominazzjoni ta’ Oriġini u Nbejjed Lokali ta’ Kwalità Superjuri, kif ukoll it-termini użati fit-tikkettar tagħhom marbut mal-metodu tal-produzzjoni jew l-metodi ta’ preparazzjoni tagħhom (Gazzetta tal-Gvern, Serje II, Nru 818/15.6.2005).
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar tal-inbid
Qafas ġuridiku: Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra: Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: Termini tat-tikkettar b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
B’konformità mad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 235309/7.2.2002, it-termini li jistgħu jintużaw fuq it-tikkettar tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta ta’ Mantinia huma kif ġej:
ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΛΕΥΚΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ/Blanc de blancs (ABJAD MILL-GĦENEB BOJOF), ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΕΡΥΘΡΩΠΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ jew ΛΕΥΚΟΣ ΑΠΟ ΓΚΡΙΖΑ ΣΤΑΦΥΛΙΑ/Blanc de gris (ABJAD MILL-GĦENEB ROSÉ JEW ABJAD MILL-GĦENEB GRIŻI), ΟΙΝΟΣ ΛΟΦΩΝ/Vin de collines (ABJAD MILL-GĦOLJIET), ΟΙΝΟΣ ΠΛΑΓΙΩΝ/Vin de coteaux (ABJAD MILL-ĠNUB TAL-GĦOLJIET), ΟΡΕΙΝΩΝ ΑΜΠΕΛΩΝΩΝ jew ΑΠΟ ΟΡΕΙΝΑ ΚΡΑΣΑΜΠΕΛΑ/Vin de vignobles montagneux (VINJI MUNTANJUŻI JEW VINJI TAL-INBID MUNTAJUŻI).
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/OINOS/POP_tropo_prodiagrafes_mantinia281217.pdf