29.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/777

tat-22 ta' Mejju 2018

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet (Linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolui 54(2), l-Artikolu 84(2) u l-Artikolu 124 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet.

(4)

L-Istati tal-EFTA jridu jkomplu jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KARANIKOLOV


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2018

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 208/2017 biex tinkludi l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-azzjoni preparatorja tal-Unjoni fuq ir-riċerka dwar id-difiża li hija ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(2)

L-Istati tal-EFTA għandhom ikomplu jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja 02 04 77 03: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex jippermetti li dik il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragarafu 13(a) tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2017” huwa sostitwit bil-kliem “is-snin finanzjarji 2017 u 2018”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]