3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/27


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/719 tal-14 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 120 tas-16 ta' Mejju 2018 )

F'paġna 17, l-ittra (a) tal-punt (1) tal-Anness

minflok:

“fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Aalborg tinbidel b'din li ġejja:”,

aqra:

“fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-annotazzjoni li ġejja għall-ajruport ta' Aalborg tiddaħħal wara t-tieni annotazzjoni”;

F'paġna 17, l-ittra (b) tal-punt (2) tal-Anness,

minflok:

“fil-parti li tikkonċerna lill-Awstrija, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “AT000000 BUNDESMINISTERIUM FÜR GESUNDHEIT” tinbidel b'din li ġejja “AT000000 BUNDESMINISTERIUM FÜR ARBEIT, SOZIALES, GESUNDHEIT UND KONSUMENTENSCHUTZ””,

aqra:

“fil-parti li tikkonċerna lill-Awstrija, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “AT00000 BUNDESMINISTERIUM FÜR GESUNDHEIT” tinbidel b'din li ġejja “AT00000 BUNDESMINISTERIUM FÜR ARBEIT, SOZIALES, GESUNDHEIT UND KONSUMENTENSCHUTZ””.