14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 118/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/706

tal-14 ta' Mejju 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Wara li ġew organizzati elezzjonijiet presidenzjali Russi mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, il-Kunsill hu tal-fehma li jenħtieġ li jiżdiedu ħames persuni mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3)

Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“162.

Inna Nikolayevna GUZEYEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Nikolayevna GUZEEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Mykolayivna HUZIEIEVA

(Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА)

Data tat-twelid: 20.5.1971

Post tat-twelid: il-Krimea

Indirizz: Simferopol, Lisnevka, 83 Kievskaya str, apt. 67

Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F'din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġat b'mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

163.

Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO /

Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO

(Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО)

Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO

(Наталія Iванівна БЕЗРУЧЕНКО)

Data tat-twelid: 22.8.1979

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea

Indirizz: Autonomous Republic of Crimea, Gresovskoe, 5-A Kryzhizhanovskogo str, apt 64

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F'din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġat b'mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

164.

Aleksandr Yurevich PETUKHOV /

Aleksandr Yurievich PETUKHOV

(Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

(Олександр Юрійович ПЄТУХОВ)

Data tat-twelid: 17.7.1970

President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

165.

Miroslav Aleksandrovich POGORELOV

(Мирослав Александрович ПОГОРЕЛОВ)

Myroslav Oleksandrovych POHORIELOV

(Мирослав Олександрович ПОГОРЄЛОВ)

Data tat-twelid: 7.6.1968

Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġa b'mod attiv u implimenta politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

166.

Anastasiya Nikolayevna KAPRANOVA

(Анастасия Николаевна КАПРАНОВА)

Anastasiya Mykolayivna KAPRANOVA

(Анастасія Миколаївна КАПРАНОВА)

Data tat-twelid: 1964 (possibbilment: 21 ta' April)

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol. F'din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b'hekk appoġġat b'mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018”