26.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/628

tal-11 ta' Novembru 2016

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221(2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta' Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport

(notifikata bid-dokument C(2016) 7131)

(Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) iċċitata/i hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra datata l-5 ta' Ottubru 2007, kompetitur tal-Linja tal-Ajru Irlandiża Ryanair plc (minn hawn 'il quddiem: “Ryanair”) fis-suq Ewropew tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, li talab sabiex ma tiġix divulgata l-identità tiegħu, ressaq ilment mal-Kummissjoni fejn allega li Ryanair ingħatat għajnuna illegali mill-Istat Federali ta' Carinthia, mill-Belt ta' Klagenfurt, minn Kärnten Werbung Marketing & Innovationsmanagement GmbH (minn hawn 'il quddiem: “Kärnten Werbung”) u mill-Ajruport ta' Klagenfurt (minn hawn 'il quddiem “KLU”) permezz tal-kumpanija operattiva tiegħu Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft mbH (minn hawn 'il quddiem “KFBG”).

(2)

Permezz ta' ittra datata l-11 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni bagħtet l-ilment lill-Awstrija u talbet informazzjoni. L-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu permezz ta' ittra datata t-2 ta' Jannar 2008.

(3)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Awstrijaċi permezz ta' ittri datati l-15 ta' Novembru 2010 u l-24 ta' Marzu 2011. L-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu permezz ta' ittri datati t-28 ta' Jannar 2011 u t-30 ta' Mejju 2011.

(4)

Fit-8 ta' April 2011, il-Kummissjoni stiednet lil Ryanair tipprovdi ċerta informazzjoni. Ryanair issottomettiet l-informazzjoni permezz ta' ittra datata l-4 ta' Lulju 2011. Fil-15 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni bagħtet is-sottomissjoni ta' Ryanair lill-awtoritajiet Awstrijaċi, li taw il-kummenti tagħhom permezz ta' ittra tal-20 ta' Settembru 2011.

(5)

Wara li eżaminat l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, fit-22 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) intbagħtet lill-Awstrija fl-istess data u sussegwentement ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura (2).

(6)

Permezz ta' ittra datata t-13 ta' Marzu 2012, l-Awstrija talbet lill-Kummissjoni testendi d-data ta' skadenza sabiex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tat estensjoni tad-data ta' skadenza permezz ta' ittra tad-19 ta' April 2012. L-Awstrija ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha fis-16 ta' Mejju 2012, fil-11 ta' Ġunju 2012 u fil-31 ta' Awwissu 2012.

(7)

Permezz ta' ittri datati l-20 ta' Ġunju 2012, il-5 ta' Ottubru 2012, it-3 ta' Mejju 2013 u t-28 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni bagħtet l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati lill-Awstrija.

(8)

Permezz ta' ittra datata l-24 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni għarrfet lill-Awstrija u lill-partijiet interessati fil-proċedura li l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru (3) (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014”) ġew adottati fl-20 ta' Frar 2014 u stednithom jissottomettu kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida ġodda tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat lill-Ajruport u lil-Linji tal-Ajru għal din l-investigazzjoni. L-Awstrija wieġbet permezz ta' ittra datata l-20 ta' Marzu 2014.

(9)

Il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' April 2014. Huma ħadu post il-linji gwida tal-Komunità tal-2005 dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (4) (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005”).

(10)

Permezz ta' ittra tat-28 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni mill-Awstrija rigward kuntratt ta' kummerċjalizzazzjoni bejn il-KLU u Ryanair li ġie ffirmat fit-22 ta' Jannar 2002. Il-Kummissjoni preċedentement tgħallmet minn dan il-kuntratt permezz ta' sottomissjoni ta' parti interessata (Ryanair). L-Awstrija wieġbet għal din it-talba permezz ta' ittra tal-11 ta' Ġunju 2014.

(11)

Wara li eżaminat l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Awstrijaċi, fit-23 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-proċedura ta' investigazzjoni. Id-deċiżjoni li tiġi estiża l-proċedura ta' investigazzjoni formali (5) (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-estensjoni”) intbagħtet lill-Awstrija fl-istess data u sussegwentement ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(12)

L-Awstrija ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-miżura li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni tal-estensjoni permezz ta' ittra datata l-20 ta' Awwissu 2014. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-partijiet interessati. Hija bagħtithom lill-Awstrija, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu permezz ta' ittra datata s-17 ta' Diċembru 2014.

(13)

Permezz ta' ittri datati l-1 ta' Diċembru 2014, il-5 ta' Frar 2015, l-24 ta' April 2015 u l-11 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni bagħtet l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati lill-Awstrija.

(14)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Awstrijaċi permezz ta' ittri datati l-15 ta' Diċembru 2014, it-13 ta' Jannar 2015, il-5 ta' Frar 2015, id-19 ta' Marzu 2015 u l-25 ta' Settembru 2015. L-awtoritajiet Awstrijaċi wieġbu permezz ta' ittri datati t-28 ta' Jannar 2015, it-12 ta' Frar 2015, il-31 ta' Marzu 2015, l-14 ta' April 2015 u l-11 ta' Novembru 2015.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U R-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA

2.1.   Introduzzjoni

(15)

Dan il-każ jittratta diversi miżuri li jikkonċernaw il-KLU, kif ukoll il-linji tal-ajru differenti li joperaw fil-KLU:

Il-KLU kien iffinanzjat mill-azzjonisti tiegħu mis-sena 2000 sal-2010.

Mill-2005, il-KLU ħaddem skema ta' inċentivi għall-benefiċċju ta' diversi linji tal-ajru.

Il-KLU daħal f'diversi ftehimiet ma' Ryanair, Leading Verge.com Limited (minn hawn 'il quddiem “LV”), Airport Marketing Services (Jersey) Limited (minn hawn 'il quddiem “AMS”), Hapag Lloyd Express, Tuifly, Air Berlin u Austrian Airlines (minn hawn 'il quddiem “AUA”).

2.2.   Preżentazzjoni ġenerali tal-Ajruport ta' Klagenfurt

(16)

Il-KLU jinsab fil-periferija tal-belt ta' Klagenfurt, li hija l-kapitali tal-Istat Federali Awstrijak ta' Carinthia (Bundesland Kärnten). Carinthia hija reġjun muntanjuż fin-nofsinhar tal-Awstrija.

(17)

Il-KLU twaqqaf fl-1915 bħala bażi tal-ajru militari. Ftit wara beda jintuża għal finijiet kemm militari kif ukoll ċivili u din l-utilizzazzjoni doppja kompliet sal-lum.

(18)

Il-KLU ilu mill-1939 proprjetà ta' KFBG u mħaddem minnha, li hija miżmuma minn diversi azzjonisti. Sal-2003, l-ishma kienu miżmuma mir-Repubblika tal-Awstrija (60 %), mill-Istat ta' Carinthia (20 %) u mill-belt ta' Klagenfurt (20 %). F'April 2003, l-Istat ta' Carinthia ħa f'idejh l-ishma tar-Repubblika tal-Awstrija, u impenja ruħu li jżomm l-ajruport miftuħ għal finijiet militari. Għalhekk, mill-2003 'il quddiem, l-ishma kienu miżmuma mill-Istat ta' Carinthia (80 %) u mill-belt ta' Klagenfurt (20 %). F'Novembru 2008, is-sehem ta' 80 % tal-Istat ta' Carinthia fl-Ajruport ġie ttrasferit lil Kärntner Landes- und Hypothekenbankholding.

(19)

L-ajruport għandu runway prinċipali b'tul ta' 2 720 metru, li baqgħet l-istess sa mis-sena 2000. It-terminal tiegħu għandu kapaċità massima ta' 600 000 passiġġier. Maż-żmien, l-għadd tal-passiġġieri evolva kif ġej:

Tabella 1

Il-figuri tat-traffiku fil-KLU

Sena

Passiġġieri totali

Movimenti

Merkanzija f'kg

2000

235 503

8 325

78 931

2001

226 701

7 133

67 159

2002

259 717

6 894

29 939

2003

313 557

6 979

47 347

2004

486 274

8 810

57 881

2005

522 697

8 907

53 212

2006

409 004

7 718

41 563

2007

469 033

8 103

34 894

2008

429 889

7 679

23 935

2009

410 512

7 785

30 153

2010

425 933

7 482

13 443

2011

375 307

6 451

206

2012

279 045

4 576

0

2013

258 421

4 262

0

2014

224 846

3 920

0

2015

227 625

3 922

0

(20)

Il-KLU jinsab f'Carinthia, l-Istat l-aktar fin-Nofsinhar tal-Awstrija. Billi Carinthia tinsab fl-Alpi tal-Lvant, hija magħrufa għall-muntanji tagħha, bħall-Hohe Tauern Range, Carnic Alps u Karawanken, u t-turiżmu huwa waħda mill-industriji ewlenin. Minħabba din is-sitwazzjoni tal-alpini, Carinthia għandha klima kontinentali bi xtiewi ħorox u twal.

(21)

Il-KLU jinsab 'l bogħod/b'ħin tal-ivvjaġġar bil-karozza segwenti lejn ajruporti oħra. Madankollu, għandu jiġi nnotat li dawn l-indikazzjonijiet għall-ħin tal-ivvjaġġar jistgħu jintlaħqu biss taħt l-aħjar kundizzjonijiet, u dan il-ħin ta' spiss jieħu aktar fit-tul minħabba toroq imblukkati u mini kkonġestjonati minħabba kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena u volum għoli ħafna ta' traffiku fil-mini.

L-ajruport ta' Ljubljana (is-Slovenja): 80 km, siegħa u nofs

L-ajruport ta' Graz (l-Awstrija): 128 km, siegħa u 10 minuti

L-ajruport ta' Maribor (is-Slovenja): 137 km, siegħa u 47 minuta

L-ajruport ta' Trieste (l-Italja): 203 km, siegħa u 51 minuta

L-ajruport ta' Salzburg (l-Awstrija): 223 km, sagħtejn

L-ajruport ta' Venezja (l-Italja): 282 km, sagħtejn u 34 minuta

L-ajruport ta' Treviso (l-Italja): 290 km, sagħtejn u 43 minuta

2.3.   L-entitajiet involuti fil-miżuri meħuda fl-Ajruport ta' Klagenfurt

2.3.1.   Destinations Management GmbH

(22)

Destinations Management GmbH (minn hawn 'il quddiem: “DMG”) hija sussidjarja 100 % ta' KFBG. DMG hija fornitur ta' servizzi differenti lil KLU fis-settur ajruspazjali, bħal fis-servizzi ta' aġenzija tal-ivvjaġġar, bħala maniġer tal-attivitajiet u konsulent sabiex jiġu attirati linji tal-ajru lejn id-destinazzjoni ta' Klagenfurt.

2.3.2.   Kärnten Werbung, Marketing & Innovationsmanagement GmbH

(23)

Kärnten Werbung hija proprjetà ta' Kärntner Landes- und Hypothekenbank-Holding (sa Novembru 2008 tal-Istat ta' Carinthia) (60 %), tal-Kamra tal-Ekonomija ta' Carinthia (30 %) u tal-Kamra tal-Impjegati (10 %). L-iskop tal-kumpanija huwa li tmexxi attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni għat-turiżmu f'Carinthia. Kärnten Werbung hija ffinanzjata mill-azzjonisti tagħha, jiġifieri mill-Kärntner Landes- und Hypothekenbank-Holding, mill-Kamra tal-Ekonomija ta' Carinthia u mill-Kamra tal-Impjegati. Hija kkontrollata mill-bord superviżorju, li jiġi nnominat mill-azzjonisti.

2.3.3.   Kärntner Landes- und Hypothekenbank-Holding

(24)

Kärntner Landes- und Hypothekenbank-Holding (minn hawn 'il quddiem: “KLH”) kienet persuna ġuridika rregolata mil-liġi pubblika u stabbilita fl-1990 mill-Kärntner Landesholding-Gesetz (KLH-G) (6). Il-KLH kienet persuna ġuridika sui generis u detentur ta' drittijiet speċjali. KLH ma kinitx korporazzjoni skont il-liġi kummerċjali. Madankollu, KLH kienet irreġistrata fir-Reġistru Kummerċjali taħt numru tal-kumpanija. Barra minn hekk, KLH ma ppubblikatx il-karti bilanċjali jew il-kontijiet annwali, iżda minflok, f'konformità mal-Art. 28 KLH-G, għamlithom disponibbli għall-gvern tal-Istat ta' Carinthia. KLH aġixxiet bħala kumpanija proprjetarja (holding), jiġifieri aġenzija b'assi tal-Istat għall-ishma li għandu l-Istat ta' Carinthia fl-ex bank ipotekarju reġjonali ta' Carinthia (Kärntner Landes Hypothekenbank) u kumpaniji oħrajn, bħal-Land Kärnten Beteiligungen GmbH, il-Kärntner Vermögensverwaltungs GmbH et al. KLH għandha 80 % tal-ishma ta' KFBG.

(25)

Skont l-istatuti tagħha, l-iskop ta' KLH kien li takkwista, iżżomm, tamministra u tiżvesti l-assi, b'mod partikolari ishma f'kumpaniji, u li twaqqaf kumpaniji. KLH kellha twettaq politika ta' parteċipazzjoni strateġika għall-kumpaniji kollha tagħha sabiex tiggarantixxi effetti ta' sinerġija, kompetenzi ċari u twettaq kontroll ċentralizzat. KLH kellha twettaq in-negozju tagħha fl-interess tal-Istat ta' Carinthia. In-negozju operattiv twettaq mill-kumpaniji nfushom. Għall-finanzjament dirett u indirett u l-appoġġ tal-proġetti minn KLH, ġie stabbilit fond speċjali msejjaħ “Zukunft Kärnten” mill-Istat ta' Carinthia. Il-qalba tal-fond kienet tikkonsisti f'EUR 500 miljun.

(26)

Il-bord ta' KLH inħatar mill-bord superviżorju ta' KLH. Min-naħa tiegħu, il-bord superviżorju nħatar mill-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Huwa stipulat fl-istatuti tagħha li l-membri tal-bord superviżorju għandhom jirrappreżentaw il-proporzjonijiet tal-partiti politiċi rrappreżentati fil-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Barra minn hekk, il-bord superviżorju kellu jaqbel ma' kwalunkwe deċiżjoni ta' investiment tal-bord 'il fuq mill-ammont ta' EUR 50 000. Skont l-Art. 5 tal-istatuti ta' KLH, KLH kienet taħt superviżjoni kostanti mill-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Il-gvern ta' Carinthia kellu jiżgura li d-deċiżjonijiet kollha ta' KLH kienu fl-interess tal-Istat ta' Carinthia.

2.3.4.   Leading Verge.Com Limited

(27)

LV hija sussidjarja 100 % ta' Ryanair u hija attiva bħala kumpanija ta' kummerċjalizzazzjoni għal Ryanair.

2.3.5.   Airport Marketing Services (Jersey) Limited

(28)

AMS hija sussidjarja 100 % ta' Ryanair. L-attività ewlenija tagħha hija li tbigħ spazju ta' reklamar fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair. AMS għandha l-liċenzja esklużiva sabiex toffri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair www.ryanair.com.

2.4.   Il-finanzjament tal-Ajruport ta' Klagenfurt mill-Belt ta' Klagenfurt, mill-Istat ta' Carinthia u minn entitajiet oħrajn

(29)

Fil-perjodu bejn is-snin 2000 u 2010, il-KLU rċieva kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand l-azzjonisti tiegħu, kif ukoll mingħand il-Ministeru Federali għall-Intern u l-Ministeru Federali tal-Finanzi. Dawn il-kontribuzzjonijiet differenti lil KFBG u DMG huma rrappreżentati fit-tabella li ġejja.

Tabella 2

Kontribuzzjonijiet finanzjarji lil KFBG

Is-sena tal-kontribuzzjoni

L-Istat ta' Carinthia lil KFBG

Il-Belt ta' Klagenfurt lil KFBG

KLH lil DMG

KLH (Zukunfts-fonds) lil DMG

L-Istat ta' Carinthia lil DMG

Il-Ministeri Federali lil KFBG

2000

36 336

0

0

0

0

24 000

2001

145 349

0

0

0

0

24 000

2002

90 840 +

180 000 +

134 500

90 840

0

0

1 000 000

27 000

2003

377 964 +

96 850 +

88 500

181 680

0

0

0

553 000

2004

1 424 100 +

120 000 +

25 000 +

5 280

181 680

0

0

0

878 000

2005

1 193 579

151 400

0

0

0

642 000

2006

1 149 887

0

0

0

0

791 000

2007

459 855

104 000

0

0

0

824 000

2008

800 000

247 000

570 000

0

0

1 134 000

2009

800 000

93 000

615 000

115 969

0

682 000

2010

473 600

300 000

0

346 179

0

896 000

2011

800 000

304 000

0

473 925

0

0

2.5.   L-Iskema ta' Inċentivi tal-Ajruport ta' Kärntner Flughafen Betriebs GmbH tal-2005

(30)

L-iskeda ta' tariffi tal-KLU tiġi approvata kull sena mill-Ministeru Federali għat-Trasport u tikkonsisti fil-Parti I “Tarifordnung” u l-Parti II “Entgeltordnung”. Il-Parti I tittratta t-tariffi li ġejjin: tariffa fuq l-inżul (għal kull tlugħ u nżul), tariffa fuq il-passiġġieri (għal kull passiġġier li jitlaq), tariffa fuq il-parkeġġ (għal kull tlugħ u nżul) u tariffa fuq l-infrastruttura (min-naħa tal-ajru: għal kull tlugħ u nżul, min-naħa tal-art: għal kull passiġġier). It-tariffa fuq l-infrastruttura tintuża għall-infrastruttura ċentrali tal-ajruport u tapplika meta jiġi pprovdut servizz ta' rampa/immaniġġjar tat-traffiku. Hija tikkonsisti fit-tariffa fuq l-infrastruttura min-naħa tal-ajru li tiddependi fuq il-piż massimu waqt it-tlugħ (minn hawn 'il quddiem “MTOW”) tal-inġenju tal-ajru u n-numru ta' sits u tariffa fuq l-infrastruttura min-naħa tal-art għal kull passiġġier li jitlaq.

(31)

Il-Parti II (“Entgeltordnung”) tittratta s-servizzi tal-groundhandling. It-tariffi għas-servizzi tal-groundhandling huma maqsuma f'żewġ gruppi: servizzi li għandhom jitħallsu indipendentement mill-firxa tal-użu; tariffa fuq l-immaniġġjar tat-traffiku (“THC”) u tariffa fuq l-immaniġġjar tar-rampa (“RHC”) u servizzi individwali li għandhom jitħallsu biss fir-rigward tal-użu individwali. L-ammont ta' THC u RHC jiddependi fuq l-MTOW tal-inġenju tal-ajru. It-THC hija bejn EUR 337 u 3 886, l-RHC hija bejn EUR 226 u 2 404.

(32)

Fl-2005, KFBG introduċiet skema ta' inċentivi (minn hawn 'il quddiem “skema ta' inċentivi tal-2005”) għal-linji tal-ajru lejn u mid-destinazzjoni tal-ajruport ta' Klagenfurt bl-għan li jittejjeb il-ħolqien ta' destinazzjonijiet ta' titjiriet ġodda (minn hawn 'il quddiem “inċentiv tad-destinazzjonijiet”), li jiġu intensifikati l-konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti (minn hawn 'il quddiem “inċentiv tal-frekwenza”) u li jissaħħu u jiġu garantiti l-konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti (minn hawn 'il quddiem “inċentiv tal-passiġġieri”). L-iskema daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005 u ġiet fi tmiemha fil-31 ta' Diċembru 2008. F'Diċembru 2008, l-iskema ta' inċentivi ġiet estiża sal-2013.

(33)

L-iskema ta' inċentivi tad-destinazzjonijiet u tal-frekwenzi tat inċentivi bħala ribass perċentwali fuq ċerti tariffi tal-ajruport (tariffa fuq l-inżul, tariffa fuq l-infrastruttura fin-naħa tal-ajru, tariffa fuq l-immaniġġjar tar-rampa) li huma stipulati fl-iskeda ta' tariffi tal-KLU.

(34)

L-iskema ta' inċentivi tal-passiġġieri kienet ammont assolut imħallas għal kull passiġġier ta' titjira li titlaq mill-KLU stabbilit għat-tul kollu tal-iskema. L-inċentiv tnaqqas mill-istess tariffi bħal dawk għall-inċentiv tad-destinazzjonijiet u tal-frekwenza. L-ammont kien indikat bħala ammont massimu. Jekk it-titjiriet jiżdiedu jew jitnaqqsu, l-ammont jiġi adattat rispettivament, iżda mhux 'il fuq mill-ammont massimu.

(35)

Kombinazzjoni tal-inċentivi tad-destinazzjonijiet u tal-frekwenza mal-inċentiv tal-passiġġieri kienet possibbli, safejn il-forom kollha ta' inċentivi jkunu jistgħu jiġu kkombinati iżda mhux akkumulati għall-istess passiġġieri. Dan ifisser li n-numri ta' passiġġieri li fuqhom huma bbażati l-inċentivi tad-destinazzjonijiet u tal-frekwenza tnaqqsu min-numru ta' passiġġieri globali meta ġie kkalkolat l-inċentiv tal-passiġġieri.

(36)

L-iskema ta' inċentivi ġiet ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-KLU u kienet miftuħa għal-linji tal-ajru kollha li joperaw fil-KLU iżda applikata biss għat-titjiriet skedati, filwaqt li t-titjiriet charter ġew esklużi. L-applikazzjoni kellha tkun ibbażata fuq ftehim minn qabel bejn KFBG u l-linja tal-ajru dwar il-frekwenzi u r-rotot ippjanati.

(37)

L-inċentiv ġie rrimborżat minn KFBG fl-aħħar ta' sena kalendarja. F'dak il-mument, il-linja tal-ajru kellha tagħti prova tal-għadd ta' passiġġieri u ta' titjiriet minn u lejn id-destinazzjoni tal-KLU.

Tabella 3

Inċentivi tal-KLU mill-2005

Sena

L-inċentiv tad-destinazzjonijiet fuq Landetarif, luftseitiger Infrastrukturtarif and Vorfeldabfertigungsentgelt

L-inċentiv tal-frekwenzi fuq Landetarif, luftseitiger Infrastrukturtarif and Vorfeldabfertigungsentgelt

L-inċentiv tal-passiġġieri (massimu) għal kull passiġġier li jitlaq (EUR)

2005-2008

L-ewwel sena: 70 %

L-ewwel sena: 60 %

EUR 7,62

2009

It-tieni sena: 60 %

It-tieni sena: 50 %

EUR 5,06

2010

It-tielet sena: 50 %

It-tielet sena: 40 %

EUR 4,85

2011

 

 

EUR 4,85

Tabella 4

Kumpendju tal-ammonti ta' inċentivi mħallsin lil-linji tal-ajru fil-KLU mill-2005

(f'eluf ta' Euro)

 

2013

2012

2011

2010

2009

2008

2007

2006

2003-2005

Inċentiv tal-passiġġieri:

Austrian Airlines Group

[…] (*1)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…] (7)

Ryanair

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

TUIFIy (HLX)

 

 

 

 

[…]

[…]

 

 

 

Airberlin

 

 

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

Lufthansa

 

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

Germanwings

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Inċentiv tad-destinazzjonijiet:

Lufthansa

 

 

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

Robin Hood

 

 

 

 

[…]

 

 

 

 

Ryanair

 

 

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

TUIFIy (HLX)

 

 

 

 

 

[…]

[…]

[…]

 

Airberlin

 

 

[…]

[…]

 

 

 

 

 

Condor

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

Inċentiv tal-frekwenzi:

Austrian Airlines Group

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Germanwings

 

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

SOMMA

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Tabella 5

L-applikazzjoni tal-inċentivi mill-2005

 

Inċentiv tal-passiġġieri

Inċentiv tad-destinazzjonijiet

Inċentiv tal-frekwenzi

Austrian Airlines

1.1.-31.12.2002 (8)

1.1.2003 (8)-26.10.2013

 

 

Lufthansa

1.1.-31.12.2002

1.1.2003-31.12.2003 u 1.1.2004-29.3.2008 u 30.3.2011-31.1.2012

30.3.2008-29.3.2011

 

Lufthansa

 

 

 

 

Air Alps

1.1.-24.1.2002

 

 

 

Air Direct

4.3.-10.6.2002

 

 

 

Styrian Spirit

17.12.2005-15.3.2006

 

 

 

Robin Hood

 

 

9.9.2009-1.10.2009

 

Ryanair

27.6.2002-29.10.2005

19.12.2006-5.11.2013

27.10.2008-31.3.2011

 

Tuifly

30.8.2003-31.3.2008

1.4.2008-24.10.2009

14.12.2006-30.3.2008

 

Air Berlin

 

25.10.2009-31.10.2011

4.11.2010.-31.10.2011

 

Germanwings

 

25.10.2012-26.10.2013

 

25.10.2009-24.10.2012

Condor

 

 

16.12.2011-31.3.2013

 

2.6.   Il-ftehimiet ma' Ryanair, LV u AMS

2.6.1.   Il-ftehimiet tal-2002

(38)

F'Novembru 2001, DMG fetħet offerta għal konnessjoni ta' titjira skedata bejn Londra u Klagenfurt. L-offerta ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-14 ta' Novembru 2001, p. 219, u fil-ġurnal dwar l-akkwist uffiċjali tal-Ministeru Federali tal-Ekonomija u x-Xogħol. L-offerta offriet kuntratt għal titjira diretta skedata ta' kuljum minn Londra lejn Klagenfurt u lura għal mill-inqas 100 000 passiġġier fis-sena minn ajruport fiċ-ċentru ta' Londra b'tul ta' 3 snin u bl-opzjoni li jiġi estiż għal 5 snin. Bħala premju, DMG offriet:

kontribuzzjoni għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-linja tal-ajru b'ammont fiss ta' ATS 2 miljun (EUR 145 345,67), l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jintuża għall-pubbliċità u l-kummerċjalizzazzjoni tal-konnessjoni tat-titjiriet, l-użu għandu jiġi pprovat kull nofs sena,

rifużjoni ta' 97 % tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul (tariffi tal-ajruport, tariffi tal-istazzjon u tal-groundhandling u t-tariffa fuq il-kontroll tat-traffiku tal-ajru) tal-ajruport ta' Klagenfurt. Dawn it-tariffi jinħolqu meta jsir inżul fil-KLU.

(39)

L-offerta pprevediet ukoll offerta alternattiva b'4 titjiriet fil-ġimgħa u 60 000 passiġġier minn Londra. F'dan il-każ, il-premju offrut kien appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni ta' ATS 1 miljun (EUR 72 672,82) u rifużjoni ta' 97 % tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul.

(40)

L-offerta pubblika ma rriżultat f'ebda offerta u konsegwentement ġiet irtirata. Fis-segwenti, twettqet proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni preċedenti u din irriżultat f'kuntratt ma' Ryanair.

2.6.1.1.   Il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn KFBG u Ryanair tat-22 ta' Jannar 2002

(41)

Fit-22 ta' Jannar 2002, KFBG u Ryanair ikkonkludew ftehim li daħal fis-seħħ fis-27 ta' Ġunju 2002 għal perjodu ta' ħames snin b'tiġdid awtomatiku għal ħames snin oħra, diment li Ryanair tikkonforma b'mod sħiħ mal-obbligi tagħha skont dak il-ftehim.

(42)

Ryanair kienet obbligata skont il-ftehim li topera servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bejn KLU u l-Ajruport ta' Londra-Stansted (minn hawn 'il quddiem: “STN”) li jibdew għall-ħabta tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bl-użu ta' inġenju tal-ajru B737 mill-inqas fuq bażi ta' kuljum b'nollijiet baxxi u 348 rotazzjoni fis-sena jew 87 rotazzjoni kull tliet xhur kalendarji.

(43)

Skont il-ftehim, Ryanair tħallas lil KFBG tariffa li tinkludi kollox ta' EUR […] għal kull rotazzjoni fir-rigward tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul, tariffi fuq id-dawl, tariffi fuq l-istorbju u ta' bil-lejl, tariffi fuq l-immaniġġjar tar-rampa u tal-passiġġieri, tariffa fuq l-infrastruttura, il-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru lokali u tariffi għas-servizzi fil-KLU.

(44)

Ryanair tiġbor fuq il-biljetti tal-passiġġieri ammont ta' EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq bħala tariffa fuq is-servizzi tal-passiġġieri għall-Ajruport. Ryanair tiġbor ukoll fuq il-biljetti tal-passiġġieri ammont ta' EUR […] (iffissat mill-Gvern Awstrijak) għal kull passiġġier li jitlaq bħala tariffa tas-sigurtà għall-Ajruport.

(45)

Ryanair tipproduċi, flimkien ma' DMG, pjan ta' kummerċjalizzazzjoni perjodiku għall-konnessjonijiet tat-titjiriet għal KLU. Ryanair għandha diskrezzjoni sħiħa fl-applikazzjoni tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni riċevut bl-unika kundizzjoni li għandha tgħaqqad is-siti elettroniċi turistiċi xierqa mas-sit elettroniku ta' Ryanair u li tinkorpora logos xierqa, kull fejn ikun fattibbli.

(46)

KFBG hija obbligata li tipprovdi servizzi fuq l-art u fit-terminal tal-ajruport għas-servizzi ta' Ryanair (inkluż spazju għall-markar korporattiv bla ħlas fid-desks tal-qtugħ tal-biljetti u taċ-check-in u fil-gates minn fejn jittellgħu l-passiġġieri), li tipprovdi funzjonijiet tar-relazzjonijiet pubbliċi bħal konferenzi stampa lokali sabiex jitħabbru destinazzjonijiet ġodda, li takkwista l-pagament minn DMG lil LV ta' ammont ta' EUR […] fis-sena fir-rigward tar-rotazzjoni ta' kuljum li tibda fis-27 ta' Ġunju 2002, pagabbli kull tliet xhur bil-quddiem f'EUR […]. Sakemm dan l-ammont ma jitħallasx minn DMG lil LV, KFBG għandha tħallas id-defiċit lil Ryanair.

2.6.1.2.   Il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV tat-22 ta' Jannar 2002 (l-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni)

(47)

Fit-22 ta' Jannar 2002, DMG u LV ikkonkludew ftehim li daħal fis-seħħ fl-istess data li kien idum sas-26 ta' Ġunju 2007 b'tiġdid awtomatiku għal ħames snin oħra, diment li LV tkun ikkonformat b'mod sħiħ mal-obbligi tagħha skont dak il-ftehim.

(48)

Skont il-ftehim, DMG taħtar lil LV sabiex tagħti bidu għal miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni mmirati sabiex jagħmlu l-provinċja ta' Carinthia magħrufa aħjar fid-dinja fejn jiġi mitkellem l-Ingliż u sabiex isiru l-arranġamenti għal trasportaturi tal-ajru liċenzjati legalment ta' Ryanair bil-għan li jiġu pprovduti servizzi skedati ġodda ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru minn postijiet fir-Renju Unit u/jew fl-Ewropa kontinentali lejn KLU bl-użu ta' inġenji tal-ajru b'kapaċità ta' mhux inqas minn 140 sit (“is-Servizzi”).

(49)

Is-“Servizzi” msejħa għandhom ikomplu jkunu 348 rotazzjoni fis-sena (87 rotazzjoni kull tliet xhur) – il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni rrefera għar-rotazzjonijiet imsemmija fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn KFBG u Ryanair. LV timpenja ruħha li takkwista l-introduzzjoni u l-kontinwazzjoni tas-“Servizzi” u li tiġġenera pjan promozzjonali u links tal-Internet għall-paġna ewlenija ta' DMG u promozzjoni oħra tas-“Servizzi”, inklużi links bejn is-siti elettroniċi turistiċi għas-siti elettroniċi tal-klijent tal-operatur tal-ajru ta' LV.

(50)

DMG tħallas EUR […] fis-sena fir-rigward tar-rotazzjoni ta' kuljum pagabbli kull tliet xhur bil-quddiem b'rata ta' EUR […] (dan il-pagament jissemma wkoll fil-kuntratt bejn KFBG u Ryanair tat-22 ta' Jannar 2002). Dan l-ammont jissemma wkoll fil-kuntratt bejn KFBG u Ryanair, fejn huwa stipulat li KFBG għandha “takkwista” l-pagament ta' DMG għal LV.

2.6.1.3.   Il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS tat-22 ta' Jannar 2002 (it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni)

(51)

Fit-22 ta' Jannar 2002, DMG u AMS ikkonkludew ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni addizzjonali li daħal fis-seħħ fl-istess data għal tul ta' ħames snin b'estensjoni possibbli għal ħames snin addizzjonali.

(52)

Skont dan il-ftehim, DMG taħtar lil AMS sabiex tistabbilixxi, fl-1 ta' Mejju 2002 jew qabel din id-data, u topera żewġ links li jiddeskrivu l-attrazzjonijiet tal-Istat Federali ta' Carinthia fuq www.ryanair.com għas-siti elettroniċi magħżula minn DMG. AMS tipprovdi servizzi addizzjonali jekk il-partijiet hekk jiddeċiedu skont l-Artikoli 5.1 u 5.2. tal-ftehim.

(53)

DMG tħallas għas-servizzi deskritti ta' AMS is-somma ta' EUR […] fis-sena.

2.6.1.4.   L-ittra ta' akkumpanjament tal-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV tat-22 ta' Jannar 2002 (it-tielet ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni)

(54)

Dan il-ftehim huwa ittra ta' akkumpanjament għall-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV tat-22 ta' Jannar 2002 (l-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni) u ġie ffirmat miż-żewġ partijiet fit-22 ta' Jannar 2002 u daħal fis-seħħ fl-istess jum.

(55)

Kien maqbul bejn il-partijiet li “fir-rigward tal-kuntratt bejn LV u DMG datat it-22 ta' Jannar 2002, pagament ta' kummerċjalizzazzjoni ulterjuri għal miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni addizzjonali u intensifikati matul il-kuntratt, fl-ammont ta' EUR […] se jitħallas minn DMG lil LV fl-1 ta' Mejju 2002.”

2.6.1.5.   Sommarju tal-pagamenti skont il-ftehimiet differenti ma' Ryanair u mas-sussidjarji tagħha

Tabella 6

Il-pagamenti ta' KFBG lil Ryanair f'EUR fil-perjodu 2002-2005 skont il-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni

Sena

2002

2003

2004

2005

Rifużjoni tat-tariffi għat-tlugħ u l-inżul

[…]

[…]

[…]

[…]

Pagamenti skont l-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

Pagamenti skont it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni

[…]

[…]

[…]

[…]

Pagamenti skont it-tielet ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni (l-ittra ta' akkumpanjament għall-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni)

[…]

 

 

 

(56)

Il-ftehimiet tal-2002 bejn KFBG, DMG, Ryanair, LV u AMS ġew fi tmiemhom fid-29 ta' Ottubru 2005, meta Ryanair waqfet topera s-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru bejn KLU u STN minħabba raġunijiet ekonomiċi.

2.6.2.   Il-ftehimiet tal-2006

2.6.2.1.   Il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn KFBG u Ryanair tat-23 ta' Awwissu 2006

(57)

Fit-23 ta' Awwissu 2006, KFBG u Ryanair ikkonkludew ftehim li daħal fis-seħħ fl-istess jum għal servizz operat 3 darbiet fil-ġimgħa mid-19 ta' Diċembru 2006 sal-21 ta' April 2007. Il-ftehim kien ibbażat fuq it-tariffi ppubblikati tal-KLU u l-iskema ta' inċentivi introdotta f'Settembru 2005.

(58)

Ryanair kienet obbligata li tistabbilixxi u topera servizz 3 darbiet fil-ġimgħa fir-rotta STN-KLU-STN, li għandu jiġġenera mill-inqas 8 000 passiġġier li jitilqu għat-terminu tal-kuntratt. Ryanair kienet obbligata li tħallas it-tariffi uffiċjali tal-KLU. L-iskema ta' inċentivi tat lil Ryanair inċentiv ta' EUR 7,62 għal kull passiġġier li jitlaq fuq is-servizz skedat ġdid.

(59)

Il-Ftehim kien jinkludi l-possibbiltà li jiġi estiż għal perjodu ta' ħames snin mit-22 ta' April 2007 sal-21 ta' April 2012.

2.6.2.2.   Il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS tal-21 ta' Diċembru 2006

(60)

Fil-21 ta' Diċembru 2006, DMG u AMS ikkonkludew ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Frar 2007. Il-Ftehim kien marbut mal-impenn ta' Ryanair li topera rotta bejn STN u KLU għall-perjodu mid-19 ta' Diċembru 2006 sal-21 ta' April 2007 (ref. għall-para. 61).

(61)

AMS kienet obbligata skont il-ftehim li tipprovdi pakkett ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fis-sena bil-valur ta' EUR […] skont ir-rati attwali ta' AMS. Dawn is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kienu jinkludu link minn www.ryanair.com għal sit elettroniku magħżul minn DMG, kontenut magħżul minn DMG fuq il-paġna tad-destinazzjoni ta' Klagenfurt/Carinthia u offerti li jirreklamaw ir-reġjun ta' Klagenfurt/Carinthia mibgħuta permezz tal-posta elettronika lill-abbonati tas-sit elettroniku. Is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni addizzjonali li jaqbżu dak l-ammont jistgħu jiġu deċiżi miż-żewġ partijiet skont l-Art. 5 tal-ftehim. Is-siti elettroniċi magħżula minn DMG ma jistgħux jipprovdu titjiriet, kiri ta' karozzi, akkomodazzjoni u kwalunkwe servizz li fil-ġejjieni jista' jiġi offrut minn www.ryanair.com, iżda jistgħu jippreżentaw l-attrazzjonijiet turistiċi u l-opportunitajiet ta' negozju ta' Klagenfurt/Carinthia.

(62)

DMG kienet obbligata li tħallas għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni s-somma ta' EUR […] f'pagamenti akkont ta' kull xahar fuq il-bażi ta' fatturi.

(63)

Il-ftehim kien jinkludi l-għażla li jiġi estiż għal perjodu ta' ħames snin mit-22 ta' April 2007 sal-21 ta' April 2012. Il-bażi tal-Ftehim kien servizz ipprovdut 3 darbiet fil-ġimgħa matul is-sena kollha fir-rotta STN-KLU-STN. Il-pakkett annwali ta' kummerċjalizzazzjoni fil-kontenut u r-rati tiegħu kellu jiġi adattat b'mod amikevoli kull sena.

2.7.   Il-ftehimiet ma' Hapag Lloyd Express (HLX) u Tuifly

(64)

F'Novembru 2002, DMG fetħet it-tieni offerta għal konnessjoni ta' titjira skedata bejn Klagenfurt u belt Ewropea oħra (Londra u bliet b'distanza ta' inqas minn 500 km huma esklużi). L-offerta ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta' Diċembru 2002, p. 240, u fil-ġurnal dwar l-akkwist uffiċjali tal-Ministeru Federali Awstrijak tal-Ekonomija u x-Xogħol. L-offerta offriet kuntratt għal titjira diretta skedata ta' kuljum minn Klagenfurt lejn Belt Ewropea u lura bi 348 titjira (rotazzjonijiet) fis-sena b'tul ta' 5 snin u għażla li jiġi estiż għal 5 snin. Bħala premju, DMG offriet:

(a)

kontribuzzjoni għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-linja tal-ajru b'ammont fiss ta' EUR 145 000, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni kellu jintuża għall-pubbliċità u l-kummerċjalizzazzjoni tal-konnessjoni tat-titjiriet, l-użu għandu jiġi pprovat kull nofs sena,

(b)

rifużjoni ta' 95 % tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul (tariffi tal-ajruport, tariffi tal-istazzjon u tal-groundhandling u t-tariffa fuq il-kontroll tat-traffiku tal-ajru) tal-KLU. Dawn it-tariffi jinħolqu meta jsir inżul fil-KLU.

(65)

It-tieni offerta pubblika ma rriżultat f'ebda offerta u konsegwentement ġiet irtirata. Sussegwentement, twettqet proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni preċedenti u din irriżultat fi ftehim ma' HLX.

(66)

Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, il-ftehim ta' kooperazzjoni bejn KFBG u HLX beda fit-30 ta' Awwissu 2003 u kompla sal-31 ta' Marzu 2008. Huwa ġie konkluż bil-miktub biss permezz ta' kuntratti ffirmati fl-24 ta' Mejju 2004 u fl-4 ta' Ġunju 2004. Il-ftehim kien jinkludi l-possibbiltà li jiġi estiż miż-żewġ partijiet.

(67)

HLX kienet obbligata li tistabbilixxi u topera r-rotta Klagenfurt – Köln/Bonn b'servizz ta' 6 darbiet fil-ġimgħa, kif ukoll ir-rotta Klagenfurt – Hannover b'servizz ta' 3 darbiet fil-ġimgħa. HLX kienet obbligata li tħallas għal dawn is-servizzi tal-ajru t-tariffi uffiċjali tal-KLU stabbiliti fl-iskeda ta' tariffi tal-KLU.

(68)

HLX kienet obbligata wkoll li tipprovdi pakkett ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-KLU, bħal reklami għad-destinazzjonijiet ġodda fuq midja lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll fuq l-Internet u b'reklamar fuq billboards fil-pubbliku. HLX kienet obbligata li turi preżentazzjoni pożittiva tal-KLU fuq is-sit elettroniku tagħha, kif ukoll link diretta għas-sit elettroniku tal-KLU.

(69)

KFBG kienet obbligata li tħallas għall-kostijiet sabiex jinbdew is-servizzi ġodda u s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konnessi mas-servizz tal-ajru ġdid l-ammont ta' darba ta' EUR […]. Barra minn hekk, KFBG kienet obbligata li tħallas għal kull waħda mid-destinazzjonijiet ġodda ammont ta' kull xahar għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ta' EUR […] mill-1 ta' Ottubru 2003 u ammont ta' kull xahar ta' EUR […] mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Marzu 2008.

(70)

F'Diċembru 2003, DMG fetħet it-tielet offerta għal konnessjoni ta' titjira skedata bejn Klagenfurt u belt Ewropea oħra (Londra u bliet b'distanza ta' inqas minn 500 km huma esklużi). L-offerta ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fil-ġurnal dwar l-akkwist uffiċjali tal-Ministeru Federali tal-Ekonomija u x-Xogħol fit-30 ta' Diċembru 2003. L-offerta offriet kuntratt għal titjira diretta skedata ta' kuljum minn Klagenfurt lejn Belt Ewropea u lura bi 3-7 titjiriet (rotazzjonijiet) fil-ġimgħa għal 5 snin. Bħala premju, DMG offriet:

(a)

kontribuzzjoni għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-linja tal-ajru b'ammont fiss ta' EUR 29,90 għal kull passiġġier li jitlaq,

(b)

rifużjoni ta' 98 % tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul (tariffi tal-ajruport, tariffi tal-istazzjon u tal-groundhandling u t-tariffa fuq il-kontroll tat-traffiku tal-ajru) tal-KLU. Dawn it-tariffi jinħolqu meta jsir inżul fil-KLU.

(71)

It-tielet offerta pubblika ma rriżultat f'ebda offerta u konsegwentement ġiet irtirata. Sussegwentement, twettqet proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni preċedenti, li rriżultat f'estensjoni tal-ftehim ma' HLX: mill-1 ta' Mejju 2004, żdiedu żewġ destinazzjonijiet addizzjonali, jiġifieri Hamburg u Berlin, mas-servizzi tal-ajru offruti minn HLX.

(72)

L-awtoritajiet Awstrijaċi spjegaw li l-ammonti mħallsin lil HLX għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kienu jikkorrespondu, bejn wieħed u ieħor, għar-rifużjoni tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul, kif previst fit-tieni u t-tielet offerta magħmula minn DMG f'Novembru 2002 u Diċembru 2003 (9). Skont l-Awstrija, id-dettalji tal-ftehim ma' HLX kienu jikkorrespondu għall-kundizzjonijiet tat-tieni offerta u tat-tielet offerta magħmula minn KFBG.

(73)

F'Jannar 2007, HLX u impriża oħra msejħa “Hapag-Lloyd Flug” ġew amalgamati fl-impriża ġdida TUIfly. TUIfly kompliet is-servizzi tal-ajru ta' HLX. Wara din il-fużjoni, fl-10 ta' Diċembru 2008, KFBG ikkonkludiet ftehim ta' segwitu ma' TUIfly. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2008 u skada awtomatikament fil-31 ta' Marzu 2013.

(74)

Skont dan il-ftehim, Tuifly kienet obbligata li topera fl-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (minn hawn 'il quddiem “IATA”) l-iskeda ta' titjiriet tas-sajf 2008 bejn Klagenfurt u Köln b'servizz 7 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Hannover b'servizz darbtejn fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Berlin b'servizz 3 darbiet fil-ġimgħa u bejn Klagenfurt u Hamburg b'servizz darbtejn fil-ġimgħa, li jiġġeneraw mill-inqas 50 000 passiġġier li jitilqu. Fl-iskeda ta' titjiriet tax-xitwa għall-2008/2009 tal-IATA, Tuifly kienet obbligata li topera bejn Klagenfurt u Köln b'servizz 7 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Hannover b'servizz 4 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Berlin b'servizz 4 darbiet fil-ġimgħa u bejn Klagenfurt u Hamburg b'servizz 4 darbiet fil-ġimgħa, li jiġġeneraw mill-inqas 40 000 passiġġier li jitilqu.

(75)

Skont il-ftehim, Tuifly kienet obbligata wkoll li tipprovdi pakkett komprensiv ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-KLU u għar-reġjun ta' Carinthia. Dawn is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kienu jinkludu l-preżentazzjoni ta' Klagenfurt bħala destinazzjoni turistika f'żewġ bullettini ta' kull xahar, fuq sit elettroniku speċjali tal-aħħar minuta, fuq is-sit elettroniku tal-bidu ta' Tuifly, fuq is-sit elettroniku għas-servizzi lejn il-KLU, f'kartolini u rivisti abbord, fl-iskeda rispettiva tas-sajf u tax-xitwa tas-servizzi ta' Tuifly, f'vidjo speċjali fil-programm tat-TV abbord, fil-markar korporattiv tal-inġenju tal-ajru u f'diversi avvenimenti tal-istampa.

(76)

KFBG kienet obbligata li tħallas għal dawn is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ammont annwali ta' EUR […] kif ukoll l-ammont ta' darba ta' EUR […] għall-markar korporattiv tal-inġenju tal-ajru.

2.8.   Il-ftehim ma' Air Berlin

(77)

Hekk kif bdiet l-iskeda tat-titjiriet tax-xitwa 2009/2010 tal-IATA, Air Berlin ħadet kontroll tan-netwerk tat-titjiriet ta' Tuifly bejn il-bliet. Wara dan it-teħid tal-kontroll, fit-28 ta' Ottubru 2009, KFBG u Tuifly iffirmaw kuntratt sabiex jitterminaw il-ftehim tagħhom tal-10 ta' Diċembru 2008 b'effett mill-25 ta' Ottubru 2009. DMG ikkonkludiet ftehim ta' segwitu ma' Air Berlin għall-perjodu mill-25 ta' Ottubru 2009 sal-31 ta' Marzu 2013. Dan il-ftehim ġie ffirmat f'dati differenti, jiġifieri fit-8 ta' Lulju 2010, fit-13 ta' Ottubru 2010 u fil-25 ta' Ottubru 2010. Il-ftehim kien jinkludi l-possibbiltà li jiġi estiż miż-żewġ partijiet.

(78)

Skont dan il-ftehim, Air Berlin kienet obbligata li topera fl-iskeda ta' titjiriet tax-xitwa 2009/2010 tal-IATA bejn Klagenfurt u Köln b'servizz ta' 4-7 darbiet fil-ġimgħa (minimu ta' 4 servizzi u massimu ta' 7 servizzi fil-ġimgħa li kellhom jiġu deċiżi minn Air Berlin), bejn Klagenfurt u Berlin b'servizz 5-6 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Hannover b'servizz darbtejn fil-ġimgħa u bejn Klagenfurt u Hamburg b'servizz 5-6 darbiet fil-ġimgħa, li f'dik l-iskeda ta' titjiriet tas-sajf jiġġeneraw total ta' mill-inqas 31 000 passiġġier li jitilqu. Air Berlin kienet obbligata li topera fl-iskeda ta' titjiriet tas-sajf 2010 tal-IATA bejn Klagenfurt u Köln b'servizz ta' 5-6 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Berlin b'servizz ta' 4-5 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Hannover b'servizz ta' darbtejn fil-ġimgħa u bejn Klagenfurt u Hamburg b'servizz ta' 3-4 darbiet fil-ġimgħa, li f'dik l-iskeda tat-titjiriet tax-xitwa jiġġeneraw total ta' mill-inqas 42 000 passiġġier li jitilqu.

(79)

Air Berlin kienet obbligata li topera fl-iskeda ta' titjiriet tax-xitwa 2010/2011 tal-IATA bejn Klagenfurt u Düsseldorf b'servizz ta' 2-3 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Berlin b'servizz ta' 3 darbiet fil-ġimgħa u bejn Klagenfurt u Hamburg b'servizz ta' 2-3 darbiet fil-ġimgħa, li jiġġeneraw mill-inqas 19 000 passiġġier li jitilqu. Air Berlin kienet obbligata li topera fl-iskeda ta' titjiriet tas-sajf 2011 tal-IATA bejn Klagenfurt u Düsseldorf b'servizz ta' 2-3 darbiet fil-ġimgħa, bejn Klagenfurt u Berlin b'servizz ta' 3-4 darbiet fil-ġimgħa u bejn Klagenfurt u Hamburg b'servizz darbtejn fil-ġimgħa, li jiġġeneraw mill-inqas 28 000 passiġġier li jitilqu.

(80)

Skont il-ftehim, Air Berlin kienet obbligata li tipprovdi pakkett komprensiv ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-KLU u għar-reġjun ta' Carinthia, bħall-preżentazzjoni ta' Klagenfurt fuq is-sit elettroniku ewlieni ta' Air Berlin, fil-bullettini Ġermaniżi u Olandiżi, fil-web-check in, fl-irċevuti tal-biljett tal-imbarkazzjoni, bħala screensavers f'diversi midja stampata u tat-TV abbord l-inġenji tal-ajru u f'avvenimenti tal-istampa reġjonali.

(81)

DMG kienet obbligata li tħallas għal dawn is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni l-ammont ta' EUR […] għall-iskeda ta' titjiriet tal-2009/2010 u l-ammont ta' EUR […] għall-iskeda ta' titjiriet tal-2010/2011.

2.9.   Il-ftehim ma' Austrian Airlines tal-20 ta' Ottubru 2005

(82)

Mill-1 ta' Ottubru 2003, AUA naqqset b'mod unilaterali l-pagamenti tagħha għat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul dovuti f'dak iż-żmien fil-KLU. Fis-17 ta' Novembru 2003, KFBG ressqet kawża ċivili kontra AUA fil-qorti distrettwali lokali dwar it-tariffi tal-ajruport li għadhom dovuti. Fis-7 ta' Jannar 2004, AUA ssottomettiet motiv ta' difiża f'dan il-proċediment. Barra minn hekk, fis-17 ta' Ottubru 2004, AUA ppreżentat rikors fil-qorti tal-kartell nazzjonali skont id-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali minħabba abbuż ta' pożizzjoni dominanti minn KFBG.

(83)

Fl-20 ta' Ottubru 2005, KFBG u AUA ffirmaw ftehim ta' saldu li jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2003 sal-20 ta' Ottubru 2005. F'dan il-ftehim ta' saldu, iż-żewġ partijiet qablu li jtemmu ż-żewġ litigazzjonijiet fil-qorti distrettwali lokali u fil-qorti tal-kartell nazzjonali.

(84)

AUA qablet li tħallas EUR […] lil KFBG.

(85)

Iż-żewġ partijiet qablu li l-iskema ta' inċentivi ta' KFBG tal-1 ta' Settembru 2005 saret parti mill-ftehim ta' saldu u kellha tiġi applikata għal AUA mill-1 ta' Ottubru 2003.

2.10.   Ir-raġunijiet għat-tnedija tal-proċedura fi Frar 2012 u għall-estensjoni tal-proċedura f'Lulju 2014

(86)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ u fid-deċiżjoni tal-estensjoni tagħha, il-Kummissjoni qajmet dubji rigward il-miżuri li ġejjin:

2.10.1.   Il-finanzjament tal-Ajruport ta' Klagenfurt mill-Belt ta' Klagenfurt, mill-Istat ta' Carinthia u minn entitajiet oħrajn

(87)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-pagamenti pubbliċi magħmula mill-azzjonisti ta' KFBG, kif ukoll mill-Ministeru Federali għall-Intern u mill-Ministeru Federali tal-Finanzi għall-finanzjament tal-KLU fil-perjodu bejn is-snin 2000 u 2010 jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u, jekk dan ikun il-każ, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

2.10.2.   L-Iskema ta' Inċentivi tal-Ajruport ta' Kärntner Flughafen Betriebs GmbH tal-2005

(88)

Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk it-tariffi tal-ajruport skontati skont l-iskema ta' inċentivi tal-2005 kinux jammontaw għal għajnuna mill-Istat u, jekk iva, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

2.10.3.   Il-ftehimiet ma' Ryanair, LV u AMS fl-2002 u fl-2006

(89)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk Ryanair u s-sussidjarja tagħha LV ibbenifikawx minn għajnuna mill-Istat billi kkonkludew il-ftehimiet fl-2002 ma' KFBG u DMG u, jekk iva, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

(90)

Fid-deċiżjoni ta' estensjoni tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk żewġ kuntratti addizzjonali konklużi fl-2002 bejn DMG u AMS, kif ukoll LV, li għandhom jiġu kkunsidrati għal analiżi preċiża tal-kuntratti kollha konklużi fl-2002, jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u, jekk dan ikun il-każ, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

(91)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qajmet ukoll dubji dwar jekk Ryanair u s-sussidjarja tagħha AMS ibbenifikawx minn għajnuna mill-Istat billi kkonkludew il-ftehimiet fl-2006 ma' KFBG u DMG u, jekk dan ikun il-każ, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

2.10.4.   Il-ftehimiet ma' Hapag Lloyd Express (HLX) u Tuifly

(92)

Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk HLX/Tuifly ibbenifikawx minn għajnuna mill-Istat billi kkonkludew ftehimiet ma' KFBG u, jekk iva, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

2.10.5.   Il-ftehim ma' Air Berlin

(93)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk Air Berlin ibbenifikatx minn għajnuna mill-Istat billi kkonkludiet ftehimiet ma' KFBG u, jekk iva, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

2.10.6.   Il-ftehim ma' Austrian Airlines tal-20 ta' Ottubru 2005

(94)

Il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-ftehim ta' saldu tal-20 ta' Ottubru 2005 bejn KFBG u AUA jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u, jekk dan ikun il-każ, jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex kompatibbli mas-suq intern.

3.   ANALIŻI TAL-ISPEJJEŻ IMQABBLA MAL-BENEFIĊĊJI SOTTOMESSA MILL-AWTORITAJIET AWSTRIJAĊI

(95)

L-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li, b'mod ġenerali, KFBG ma ħejjiet ebda analiżi ex ante tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji qabel ma kkonkludiet ftehimiet mal-linji tal-ajru u qabel ma introduċiet l-iskema ta' inċentivi fl-2005.

(96)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-miżuri taħt investigazzjoni, l-Awstrija ssottomettiet analiżijiet rikostruwiti tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ex ante għall-ftehimiet kollha konklużi bejn KFBG/DMG u għal diversi linji tal-ajru, kif ukoll għall-iskema ta' inċentivi tal-2005.

(97)

Għar-rikostruzzjoni ta' dawn l-analiżijiet, l-awtoritajiet Awstrijaċi użaw biss id-data u l-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehimiet u tal-iskema ta' inċentivi u pprovdew il-valuri stmati għad-durata ta' kull ftehim.

4.   KUMMENTI MILL-AWSTRIJA

(98)

L-awtoritajiet Awstrijaċi l-ewwel fakkru l-interess pubbliku kbir fl-operat tal-KLU f'Carinthia. Il-KLU mhuwiex biss konnessjoni importanti bejn ir-reġjun ta' Carinthia u reġjuni u Stati Membri oħrajn. Il-KLU għandu jiġi operat ukoll minħabba r-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-obbligi militari. L-Istat ta' Carinthia huwa obbligat li jopera l-KLU għall-operazzjonijiet militari tar-Repubblika tal-Awstrija.

(99)

It-tieni nett, l-awtoritajiet Awstrijaċi ddikjaraw li mhuwiex possibbli li l-KLU jiġi sostitwit ma' ajruporti oħrajn, minħabba li, f'kundizzjonijiet klimatiċi avversi, vjaġġ sa ajruporti alternattivi oħrajn (Ljubljana, Maribor, Trieste jew Graz) mill-Istat alpin ta' Carinthia jista' faċilment jieħu ħafna aktar ħin mill-istess distanza f'reġjuni mhux alpini. Għalhekk, iż-żona ta' kummerċ ta' ajruport f'reġjun alpin bħal Klagenfurt għandha tiġi aġġustata kif xieraq.

(100)

It-tielet nett, l-Awstrija sostniet li l-finanzjament tal-KLU kien ikun profittabbli matul l-aħħar għoxrin sena li kieku ma ġewx ikkunsidrati l-kostijiet tal-kuntratti ma' diversi linji tal-ajru. Għandha ssir analiżi tal-kostijiet tal-operat tal-KLU bl-użu ta' approċċ tal-kostijiet inkrementali.

(101)

L-Awstrija qablet li l-miżuri kollha taħt investigazzjoni ngħataw permezz ta' riżorsi tal-Istat u huma imputabbli għall-Awstrija.

(102)

Madankollu, l-Awstrija tonqos milli tara l-vantaġġ ekonomiku li rċeviet KFBG permezz tal-finanzjament tal-azzjonist tagħha. L-Awstrija ssostni li l-ammonti mħallsin mill-azzjonisti kkumpensaw biss lil KFBG għall-kostijiet li jirriżultaw mill-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni ma' linji tal-ajru differenti u l-benefiċċji ta' dawn l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni ma kinux biss għall-KLU, iżda anki għall-belt ta' Klagenfurt u għall-Istat ta' Carinthia. Uħud mill-kostijiet tal-KLU għall-obbligi tal-amministrazzjoni pubblika normalment jenħtieġ li jintrefgħu mill-Istat ta' Carinthia u, għalhekk, jistgħu jitħallsu mill-Istat ta' Carinthia jew mill-Ministeri Federali.

(103)

Barra minn hekk, l-Awstrija sostniet li l-operat tal-KLU għandu jikkwalifika bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”), minħabba li hemm interess pubbliku u obbligu għall-Istat ta' Carinthia li jopera l-KLU, fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi garantita l-aċċessibbiltà għar-reġjun ta' Carinthia.

(104)

Fir-rigward tal-ftehimiet bejn il-KLU u l-linji tal-ajru u l-iskema ta' inċentivi, l-Awstrija ssottomettiet il-kummenti li ġejjin. L-Awstrija tonqos milli tara l-vantaġġ ekonomiku għal-linji tal-ajru differenti li joperaw fil-KLU, minħabba li wħud mill-kuntratti kien fihom il-kundizzjonijiet ta' sejħiet għall-offerti pubbliċi preċedenti tal-KLU u, għalhekk, kienu jidhru li rrispettaw il-kundizzjonijiet tas-suq. Bl-istess mod, l-iskema ta' inċentivi tal-2005 kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq.

(105)

Fir-rigward tas-selettività tal-miżuri taħt investigazzjoni, l-Awstrija ssostni li l-linji tal-ajru kollha jistgħu jipparteċipaw fis-sejħiet għall-offerti pubbliċi preċedenti, sabiex b'hekk, il-kuntratt sussegwenti ma' linji tal-ajru individwali ma jistax jikkwalifika bħala selettiv. Barra minn hekk, billi l-KLU ma jista' jiġi sostitwit ma' ebda ajruport ieħor, ma hemm l-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni jew effett fuq il-kummerċ.

(106)

L-awtoritajiet Awstrijaċi ma wettqu l-ebda evalwazzjoni indipendenti tal-eżitu tal-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni pprovduti skont id-diversi ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni, iżda jsostnu li hemm effett pożittiv fin-numri ta' passiġġieri tal-KLU li jirriżultaw mill-kooperazzjoni permanenti u s-suċċess tal-konnessjonijiet tat-titjiriet

(107)

Fir-rigward tal-ftehim ta' saldu konkluż bejn KFBG u AUA, l-Awstrija ssostni li l-konklużjoni ta' dak il-ftehim kienet tirrifletti wkoll miżura motivata biss minn kunsiderazzjonijiet ta' operatur ekonomiku privat.

(108)

Fir-rigward tal-iskema ta' inċentivi, l-awtoritajiet Awstrijaċi sostnew li l-KLU aġixxa bħal operatur ekonomiku privat meta beda l-iskema ta' inċentivi fil-KLU. It-tnaqqis tat-tariffi tal-ajruport offrut fl-iskema ta' inċentivi kien jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   Austrian Airlines, Lufthansa, Germanwings

(109)

AUA, Lufthansa u Germanwings issottomettew il-kummenti tagħhom f'żewġ sottomissjonijiet komuni. Fis-sottomissjonijiet tagħhom, huma sostnew li d-deċiżjoni tal-ftuħ kienet tinkludi diversi difetti legali; nuqqas ta' raġunament għall-imputabbiltà lill-Istat u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, nuqqas ta' raġunament għat-test tal-operatur ekonomiku tas-suq (“test tal-MEO”), perjodu twil iżżejjed mis-sottomissjoni ta' ilment fl-2007 sal-ftuħ tal-proċedura fit-22 ta' Frar 2012.

(110)

Barra minn hekk, it-tliet linji tal-ajru kienu jemmnu li t-tariffi tal-ajruport tal-KLU ssodisfaw il-kundizzjonijiet tat-test tal-MEO. Fir-rigward tal-finanzjament tal-ajruport, it-tliet linji tal-ajru jsostnu li dan ma għandux ikun soġġett għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, minħabba li huma offrew servizzi tal-ajru li tejbu l-konnessjoni tar-reġjun ta' Carinthia ma' reġjuni u Stati Membri oħrajn. Fir-rigward tal-profittabbiltà tal-KLU, it-tliet linji tal-ajru kkummentaw li l-KLU seta' kien operat bi profitt mingħajr it-tnaqqis tat-tariffi tal-ajruport għal ċerti linji tal-ajru u ssottomettew l-estimi tagħhom fir-rigward tat-tnaqqis globali li minnu approfittaw ċerti linji tal-ajru oħrajn.

(111)

AUA, Lufthansa u Germanwings iddikjaraw li l-iskema ta' inċentivi tal-KLU ma setgħetx titqabbel ma' dik ta' ajruporti bħal Frankfurt/Hahn jew Lübeck (kif ikkummentat l-Awstrija), minħabba li dawn l-ajruporti huma mmarkati mill-fatt li huma mgħammra sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' Ryanair. Ryanair hija l-linja tal-ajru predominanti f'dawn l-ajruporti, li mhuwiex il-każ għall-KLU. It-tliet linji tal-ajru spjegaw ukoll il-fehmiet tagħhom dwar il-kalkolu tal-kostijiet tal-ajruport.

5.2.   Ryanair

5.2.1.   Kummenti magħmula direttament minn Ryanair

(112)

Ryanair toġġezzjona id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali fir-rigward tal-ftehimiet tal-2002 u tal-2006 mal-KLU. Ryanair qalet li dawn il-ftehimiet kienu konformi mal-prinċipju ta' investitur fl-ekonomija tas-suq u, għalhekk, ma kienu jinvolvu l-ebda għajnuna mill-Istat.

(113)

Ryanair essenzjalment issostni li ma kienet ingħatat l-ebda vantaġġ minħabba li l-ftehimiet jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq normali.

(114)

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni, Ryanair sostniet li l-iskontijiet mogħtija mill-KLU kienu konformi mal-prattika industrijali minħabba li ħafna ajruporti privati jew pubbliċi (10) applikaw l-istess livell jew livell ogħla ta' skontijiet għal destinazzjonijiet ġodda.

(115)

Barra minn hekk, Ryanair tirrimarka li kien jidher li l-Kummissjoni applikat test ibbażat fuq il-kostijiet żbaljat, minħabba li l-kostijiet għall-infrastruttura u l-kostijiet operatorji fissi għandhom jitqiesu bħala spejjeż mitlufa, filwaqt li kien jidher razzjonali għall-KLU bħala investitur privat li jiffissa l-prezzijiet f'livelli li jikkorrespondu għall-ispejjeż marġinali.

(116)

Ryanair tikkontesta li hija bbenifikat minn vantaġġ selettiv permezz ta' skontijiet għat-tariffi tal-ajruport fil-KLU. Ryanair ingħatat aċċess għall-infrastrutturi tal-KLU b'mod mhux diskriminatorju, billi s-servizzi kienu offruti pubblikament u ma kien hemm ebda linja tal-ajru oħra interessata, u lanqas ma ġiet irrifjutata xi linja tal-ajru oħra. Ryanair irċeviet l-iskontijiet b'rikonoxximent tar-riskju kummerċjali sinifikanti li ħadet Ryanair meta stabbilixxiet operazzjoni skedata lejn ajruport li f'dak iż-żmien kien għadu mhux magħruf.

(117)

Fir-rigward tal-kuntratti konklużi ma' AMS, Ryanair toġġezzjona bil-qawwa għal valutazzjoni konġunta tal-ftehimiet separati ta' Ryanair ma' KFBG, flimkien mal-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi ma' AMS. Il-konklużjoni tal-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS mhijiex kundizzjoni għall-operat tar-rotot minn Ryanair lejn u minn KLU.

(118)

Ryanair qalet li l-Kummissjoni injorat il-valur tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair bħala wieħed mill-aktar siti elettroniċi tal-ivvjaġġar popolari fid-dinja.

(119)

Skont Ryanair, l-involviment u l-imputabbiltà tal-awtoritajiet Awstrijaċi għall-miżuri taħt rieżami li jinvolvu lil Ryanair jew AMS mhumiex murija.

(120)

Barra minn hekk, Ryanair tikkritika n-nuqqasijiet li ġejjin. Il-kostijiet relatati mas-sigurtà għandhom ikunu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-attività ekonomika ta' ajruport. Billi ebda wieħed mill-arranġamenti bejn Ryanair u l-KLU ma kien jinvolvi għajnuna mill-Istat, l-applikabbiltà tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 hija irrilevanti. Nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ma jeskludix li korp pubbliku aġixxa bħala attur kummerċjali. Id-definizzjoni taż-żona ta' kummerċ tal-KLU hija inkoerenti ma' każijiet oħrajn ta' għajnuna mill-Istat.

5.2.2.   Rapporti u analiżijiet ipprovduti minn Ryanair

(121)

Fl-aħħar nett, Ryanair issottomettiet serje ta' noti mħejjija mid-ditta ta' konsulenza Oxera, flimkien ma' analiżi mħejjija mill-Professur Damien P. McLoughlin.

5.2.2.1   Nota 1 ta' Oxera – Valutazzjoni ekonomika tal-MEIP (11) għall-Ajruport ta' Klagenfurt, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, l-4 ta' Lulju 2011

(122)

Ryanair ħatret lil Oxera sabiex twettaq valutazzjoni dwar jekk il-ftehimiet bejn Ryanair u l-miżati mħallsin minn Ryanair f'KLU humiex konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq. Mhux inkluż fil-valutazzjoni huwa l-Ftehim dwar is-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS tal-21 ta' Diċembru 2006.

(123)

Oxera twettaq żewġ analiżijiet: analiżi komparattiva u analiżi tal-profittabbiltà. Oxera tidentifika l-ajruporti ta' […] u […] bħala komparabbli għal KLU, abbażi ta' firxa ta' karatteristiċi. Oxera tqabbel it-tariffi mħallsin minn Ryanair f'dawn l-ajruporti billi tnaqqas il-pagamenti ta' appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni li rċeviet Ryanair skont il-ftehim tal-2002 ma' DMG, iżda mhux il-pagamenti li hija tirċievi skont il-Ftehim dwar is-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni tal-2006. Hija tqabbel it-tariffi mħallsin għal kull tlugħ u nżul u t-tariffi għal kull passiġġier u tasal għall-konklużjoni li t-tariffi fil-KLU dejjem kienu ogħla minn dawk fiż-żewġ ajruporti l-oħrajn.

(124)

L-analiżi tal-profittabbiltà ta' Oxera hija valutazzjoni ex ante bbażata fuq id-dħul u l-kostijiet inkrementali u fuq approċċ ta' fond uniku (single till) (12) u tikkonċerna biss il-ftehimiet tal-2002. Hija tasal għall-konklużjoni li l-ftehimiet tal-2002 kienu profittabbli għall-ajruport u kellhom valur preżenti nett pożittiv.

5.2.2.2   Nota 2 ta' Oxera – Valutazzjoni ekonomika tal-MEIP għall-Ajruport ta' Klagenfurt, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, il-31 ta' Awwissu 2012

(125)

L-analiżi tiffoka fuq il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn KFBG u Ryanair għall-perjodu bejn l-2002 u l-2006, kif ukoll fuq l-arranġamenti ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV, li jkopru l-perjodu mis-27 ta' Ġunju 2002 sas-27 ta' Ġunju 2007. L-analiżi mwettqa minn Oxera ma tikkunsidrax il-ftehimiet bejn DMG u AMS.

(126)

Oxera qabblet it-tariffi ġenerali mħallsin mil-linja tal-ajru fil-KLU mat-tariffi rispettivi mħallsin f'ħames ajruporti komparabbli bejn l-2002/2003 u l-2010/2011. B'mod partikolari, it-tariffi ġew espressi b'żewġ modi, fuq tariffa għal kull passiġġier u fuq tariffa abbażi ta' kull tlugħ u nżul, u inizjalment aggregati f'miżura ta' tariffi totali. Sussegwentement, it-tariffi totali ġew ikkonvertiti f'tariffi għal kull tlugħ u nżul jew tariffi għal kull passiġġier, sabiex ikun jista' jsir it-tqabbil bejn is-sitt ajruporti.

(127)

Ir-riżultati juru li l-livell ġenerali ta' tariffi mħallsin minn Ryanair fil-KLU huwa, bħala medja, bejn wieħed u ieħor ħames darbiet ogħla mil-livell komparabbli ta' tariffi mħallsin mil-linja tal-ajru matul il-perjodu taħt investigazzjoni fl-ajruporti ta' paragun. Huwa mifhum li dan huwa dovut għall-prezzijiet ogħla tipikament mitluba mill-ajruporti Awstrijaċi. Dan jissuġġerixxi li t-tariffi mħallsin minn Ryanair fil-KLU huma kompatibbli ma' livell ta' tariffi li setgħu kienu offruti lil Ryanair minn investitur fl-ekonomija tas-suq li għandu ajruport f'ċirkostanzi simili. Għalhekk, l-arranġamenti analizzati f'dan ir-rapport huma konsistenti mal-MEIP.

5.2.2.3   Nota 3 ta' Oxera — L-identifikazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-suq f'analiżi komparattiva għat-testijiet tal-MEO. Każijiet ta' għajnuna mill-Istat għal Ryanair, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, id-9 ta' April 2013

(128)

Oxera temmen li l-approċċ tal-Kummissjoni li taċċetta biss ajruporti komparabbli li jinsabu fl-istess żona ta' kummerċ tal-ajruport taħt investigazzjoni huwa żbaljat.

(129)

Oxera ssostni li l-prezzijiet ta' referenza fis-suq miksuba mill-ajruporti komparabbli mhumiex ikkundizzjonati mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti tal-madwar. Għalhekk, huwa possibbli li l-valur referenzjarju tas-suq jiġi stmat b'mod robust għat-testijiet tal-MEO.

(130)

Oxera ssostni li dan huwa minħabba li:

l-analiżijiet komparattivi jintużaw b'mod wiesa' għat-testijiet tal-MEO barra mill-qasam tal-għajnuna mill-Istat;

skont it-teorija ekonomika standard, il-kumpaniji jaffettwaw id-deċiżjonijiet tal-ipprezzar ta' xulxin biss fil-każ li l-prodotti tagħhom ikunu sostitwibbli jew kumplimentari. Jekk żewġ kumpaniji jikkompetu fi swieq ekonomiċi separati u, għalhekk, ma jikkompetux ma' xulxin, il-kumpaniji jkollhom impatt negliġibbli fuq id-deċiżjonijiet dwar l-ipprezzar ta' xulxin. Għalhekk, impliċita fil-kummenti tal-Kummissjoni dwar l-analiżi komparattiva hija s-suppożizzjoni li l-ajruporti komparabbli, u kwalunkwe ajruport li jista' jibbenifika mill-għajnuna, jikkompetu ma' xulxin;

l-ajruporti fl-istess żona ta' kummerċ mhux bilfors jikkompetu ma' xulxin u l-ajruporti komparabbli użati fir-rapporti sottomessi jiffaċċjaw kompetizzjoni limitata mill-ajruporti tal-Istat fiż-żona ta' kummerċ tagħhom (inqas minn terz tal-ajruporti kummerċjali fiż-żona ta' kummerċ tal-ajruporti komparabbli huma kompletament proprjetà tal-Istat u ebda wieħed mill-ajruporti fl-istess żona ta' kummerċ li jaqgħu fiha l-ajruporti komparabbli ma kien soġġett għal tħassib kontinwu dwar l-għajnuna mill-Istat (minn April 2013));

anki meta l-ajruporti komparabbli jiffaċċjaw kompetizzjoni minn ajruporti tal-Istat fl-istess żona ta' kummerċ, hemm raġunijiet għaliex wieħed għandu jemmen li l-imġiba tagħhom hija konformi mal-prinċipju tal-MEO (pereżempju, meta jkun hemm sehem kbir ta' sjieda privata jew meta l-ajruport ikun immexxi mill-privat);

(131)

L-ajruporti tal-MEO mhux se jiffissaw prezzijiet taħt il-kost inkrementali.

5.2.2.4   Nota 4 ta' Oxera – Il-prinċipji li huma l-bażi tal-analiżi tal-profittabbiltà għat-testijiet tal-MEO. Każijiet ta' għajnuna mill-Istat għal Ryanair, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, id-9 ta' April 2013

(132)

Oxera sostniet li l-analiżi tal-profittabbiltà mwettqa minn Oxera fir-rapporti tagħha sottomessi lill-Kummissjoni ssegwi l-prinċipji li għandhom jiġu adottati minn investitur razzjonali fis-settur privat u tirrifletti l-approċċ li jirriżulta mill-preċedenti tal-Kummissjoni.

(133)

Il-prinċipji sottostanti għall-analiżi tal-profittabbiltà huma li:

il-valutazzjoni ssir fuq bażi inkrementali;

mhux bilfors ikun meħtieġ pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante;

fil-każ ta' ajruport mhux traffikuż, l-approċċ ta' fond uniku huwa l-metodoloġija xierqa tal-ipprezzar;

għandu jitqies biss id-dħul assoċjat mal-attività ekonomika tal-ajruport li jkun qed jopera;

għandu jitqies it-tul ta' żmien kollu tal-ftehim, inklużi kwalunkwe estensjoni;

il-flussi finanzjarji futuri għandhom jiġu skontati sabiex tkun tista' tiġi vvalutata l-profittabbiltà tal-ftehimiet;

il-profittabbiltà inkrementali tal-ftehimiet ta' Ryanair għall-ajruporti għandha tiġi vvalutata abbażi tal-estimi tar-rata ta' redditu interna jew tal-valur preżenti nett (VPN).

5.2.2.5   Analiżi tal-Professur Damien P. McLoughlin - Il-bini tal-marki kummerċjali: għaliex u kif marki kummerċjali żgħar għandhom jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni, imħejjija għal Ryanair, l-10 ta' April 2013

(134)

Id-dokument għandu l-għan li jistabbilixxi l-loġika kummerċjali wara d-deċiżjonijiet tal-ajruporti reġjonali li jixtru reklamar fuq ryanair.com mingħand AMS.

(135)

Id-dokument isostni li jeżistu għadd kbir ta' ajruporti b'saħħithom ħafna, magħrufa sewwa u abitwalment użati. Il-kompetituri aktar dgħajfa iridu jegħlbu l-imġiba tax-xiri statiku tal-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu jkabbru n-negozju tagħhom. L-ajruporti reġjonali iżgħar iridu jsibu mod kif jikkomunikaw b'mod konsistenti l-messaġġ marbut mal-marka kummerċjali tagħhom lill-aktar udjenza wiesgħa possibbli. Il-forom tradizzjonali ta' komunikazzjoni relatata mal-kummerċjalizzazzjoni jirrikjedu nfiq li jisboq ir-riżorsi tagħhom.

5.2.2.6   Nota 5 ta' Oxera – Il-prezzijiet stabbiliti minn AMS huma konformi mar-rata tas-suq?, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, l-20 ta' Diċembru 2013

(136)

Din in-nota tippreżenta r-riżultati mit-tqabbil tal-prezzijiet stabbiliti minn AMS għar-reklamar fuq ryanair.com mal-prezzijiet tal-iskeda tar-rati (13) għal servizzi ta' reklamar simili ta' siti elettroniċi Ewropej oħrajn tal-ivvjaġġar. L-għan ta' din l-analiżi huwa li tipprovdi valutazzjoni indipendenti ta' jekk il-prezz stabbilit minn AMS għas-servizzi tagħha huwiex konformi mal-prezz tas-suq.

(137)

L-analiżi twettqet għall-2004 u l-2005, meta ġiet introdotta għall-ewwel darba l-iskeda tar-rati ta' AMS u abbażi tal-iskeda tar-rati ta' Novembru 2013. Fiż-żewġ każijiet, ir-rati ta' AMS tqabblu ma' kampjun ta' prezzijiet tar-reklamar fuq is-siti elettroniċi. Ġew ikkunsidrati biss dawk ir-reklami li tpoġġew fuq il-paġna ewlenija ta' kull sit elettroniku.

(138)

Ir-riżultati tal-analiżi juru li l-iskeda tar-rati ta' AMS ipprezzata għall-ispazju tar-reklamar fuq ryanair.com hija, fiż-żewġ każijiet, taħt jew skont il-prezzijiet tal-iskeda tar-rati. Għalhekk, ir-riżultati jipprovdu evidenza li l-prezzijiet tal-iskeda tar-rati stabbiliti minn AMS huma konformi mas-suq u jissodisfaw it-test tal-MEO.

(139)

Oxera tirrimarka li dawn il-konklużjonijiet huma konformi mas-sejbiet preċedenti mill-konsulenti esperti tal-kummerċjalizzazzjoni ta' Ryanair, Mindshare (2004) u Zenobie Conseil (2011).

5.2.2.7   Noti 6 u 7 ta' Oxera – Kif għandhom jiġu ttrattati l-Ftehimiet ta' AMS fi ħdan l-analiżi tal-profittabbiltà bħala parti mit-test tal-operatur tas-suq?, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, is-17 u l-31 ta' Jannar 2014

(140)

Ryanair issottomettiet aktar rapporti mħejjija mill-impriża ta' konsulenza tagħha Oxera. F'dawn ir-rapporti, Oxera ddiskutiet il-prinċipji li, skont il-linja tal-ajru, jenħtieġ li jitqiesu bħala parti mit-test tal-MEO fl-analiżi tal-profittabbiltà ta', minn naħa waħda, il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn Ryanair u l-ajruporti u, min-naħa l-oħra, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u l-istess ajruporti. Ryanair enfasizzat li dawk ir-rapporti b'ebda mod ma jbiddlu l-pożizzjoni tagħha ppreżentata aktar kmieni li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li jiġu analizzati taħt testijiet tal-MEO separati.

(141)

Ir-rapporti jindikaw li l-profitti ġġenerati minn AMS jenħtieġ li jiġu inklużi bħala dħul f'analiżi konġunta rigward il-profittabbiltà, filwaqt li l-ispejjeż ta' AMS għandhom jiġu inkorporati fil-kostijiet. Sabiex dan ikun jista' jsir, ir-rapporti jissuġġerixxu l-applikazzjoni ta' metodoloġija bbażata fuq il-fluss tal-flus għall-analiżi tal-profittabbiltà konġunta, li jfisser li l-infiq mill-ajruporti fuq AMS jista' jiġi ttrattat bħala spejjeż operatorji inkrementali.

(142)

Ir-rapporti enfasizzaw li l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien u l-appoġġ tal-valur tal-marka kummerċjali, li jgħin biex jiġu ġenerati effetti u benefiċċji mhux biss għat-tul ta' żmien tal-kuntratt, iżda wkoll wara t-terminazzjoni tiegħu. Dan ikun partikolarment il-każ jekk, minħabba l-fatt li Ryanair ikkonkludiet ftehim ma' dan l-ajruport, ikun hemm linji tal-ajru oħrajn li jistabbilixxu ruħhom fl-ajruport, ċaqliqa li min-naħa tagħha għandha tattira aktar ħwienet biex jiftħu hemmhekk u, għalhekk, irendu aktar dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għall-ajruport. Skont Ryanair, jekk il-Kummissjoni tipproċedi biex twettaq analiżi konġunta tal-profittabbiltà, dawk il-benefiċċji għandhom jitqiesu billi l-ispejjeż ta' AMS jiġu ttrattati bħala kostijiet operatorji inkrementali, netti mill-ħlasijiet ta' AMS.

(143)

Barra minn hekk, Ryanair hija tal-opinjoni li għandu jiġi inkluż valur terminali fil-profitti inkrementali pproġettati fi tmiem il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport sabiex jitqies il-valur iġġenerat wara t-terminazzjoni tal-ftehim. Il-valur terminali jista' jiġi adattat fuq il-bażi tal-probabbiltà ta' “tiġdid”, li tkejjel l-aspettattiva li l-profitti se jippersistu wara t-terminazzjoni tal-ftehim ma' Ryanair jew jekk jiġu maqbula kundizzjonijiet simili ma' linji tal-ajru oħrajn. Ryanair kienet tal-fehma li mbagħad ikun possibbli li jiġi kkalkolat limitu aktar baxx għall-benefiċċji ġġenerati b'mod konġunt mill-ftehim ma' AMS u mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, li jkun jirrifletti l-inċertezzi tal-profitti inkrementali wara t-terminazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport.

(144)

Sabiex jissupplimentaw dan l-approċċ, ir-rapporti jippreżentaw sinteżi tar-riżultati tal-istudji dwar l-effetti tal-kummerċjalizzazzjoni fuq il-valur ta' marka kummerċjali. Dawk l-istudji jirrikonoxxu li l-kummerċjalizzazzjoni tista' tappoġġja l-valur ta' marka kummerċjali u tista' tgħin sabiex tinbena klijentela. Skont ir-rapporti, fil-każ ta' ajruport, il-kummerċjalizzazzjoni fuq ryanair.com iżżid il-viżibbiltà tal-marka kummerċjali b'mod partikolari. Barra minn hekk, ir-rapporti ddikjaraw li l-ajruporti reġjonali iżgħar li jixtiequ jżidu t-traffiku tal-ajru tagħhom jistgħu għalhekk iżidu l-valur tal-marka kummerċjali tagħhom, b'mod partikolari billi jikkonkludu ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS.

(145)

Fl-aħħar nett, ir-rapporti jindikaw li approċċ ibbażat fuq il-fluss tal-flus għandu jiġi ppreferut fuq approċċ ta' kapitalizzazzjoni, fejn il-kostijiet tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni pprovduti minn AMS jiġu ttrattati bħala nefqa kapitali fuq assi intanġibbli (jiġifieri, il-valur tal-marka kummerċjali). L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni jqis biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni attribwibbli għall-assi intanġibbli ta' ajruport. L-ispejjeż tal-kummerċjalizzazzjoni jiġu ttrattati bħala nefqa kapitali f'assi intanġibbli, u mbagħad jiġu deprezzati għat-tul ta' żmien tal-kuntratt, billi jitqies valur residwu fit-terminazzjoni prevista tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. Dan l-approċċ ma jqisx il-profitti inkrementali li ġġib magħha l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Ryanair u huwa wkoll diffiċli li jiġi kkalkolat il-valur tal-assi intanġibbli minħabba l-ispejjeż tal-marka kummerċjali u l-perjodu ta' żmien tal-użu tal-assi. Il-metodu tal-fluss tal-flus huwa aktar addattat minn approċċ ta' kapitalizzazzjoni, minħabba li dan tal-aħħar ma jaqbadx il-benefiċċji pożittivi għall-ajruport li huma mistennija bħala riżultat tal-iffirmar tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Ryanair.

5.2.2.8   Nota 8 ta' Oxera – Allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment, imħejjija għal Ryanair, it-12 ta' Settembru 2014

(146)

In-nota tiddiskuti kif għandhom jiġu allokati l-kostijiet tal-investiment fl-infrastruttura tal-ajruport skont il-ftehimiet mal-linji tal-ajru, fiċ-ċirkostanzi fejn ikun xieraq li dawn il-kostijiet jiġu ttrattati bħala rilevanti għall-valutazzjoni tal-profittabbiltà inkrementali ta' ftehim ma' linja tal-ajru, meta jiġi applikat il-prinċipju ta' operatur fl-ekonomija tas-suq (MEOP).

(147)

Oxera tgħid li l-mod xieraq ta' kif jiġu allokati l-kostijiet tal-investiment huwa, fir-rigward tas-sehem mistenni tal-kapaċità, irrappreżentat minn ftehim ma' linja tal-ajru partikolari. B'hekk, il-kumpanija ta' konsulenza tisħaq fuq id-differenza kruċjali tal-kejl tal-użu fir-rigward tal-kapaċità, billi tirrapporta l-każijiet ta' Alghero, Västerås, Reus u Girona.

5.2.2.9   Nota 9 ta' Oxera – Evalwazzjoni tal-impatt usa' tal-Ftehimiet ta' AMS fuq it-traffiku fl-ajruport, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, is-26 ta' Settembru 2014

(148)

Dan ir-rapport jistabbilixxi kif għandu jiġi ttestjat b'mod empiriku jekk il-Ftehimiet ta' AMS għandhomx benefiċċji usa' f'termini tat-titjib tal-valur ta' marka kummerċjali ta' ajruport u l-ġenerazzjoni tal-esternalitajiet tan-netwerk.

(149)

Oxera enfasizzat li l-Kummissjoni sa issa qatt ma kkonkludiet permezz ta' analiżi empirika li l-uniċi benefiċċji tar-reklamar fuq ryanair.com huma li jiżdiedu l-livelli tat-traffiku ta' Ryanair.

(150)

Oxera tiddiskuti l-benefiċċji usa' possibbli tal-ftehimiet ta' AMS fid-dawl tal-evidenza kwalitattiva pprovduta mill-Ajruport ta' Alghero. Fil-fatt, huwa mifhum li ż-żieda fil-livelli tat-traffiku mhux ta' Ryanair li jopera mill-Ajruport ta' Alghero huwa maħsub li huwa mill-inqas parzjalment dovut għall-benefiċċji tar-reklamar fuq ryanair.com. Oxera tgħid li huwa għalhekk plawżibbli li r-reklamar fuq ryanair.com jista' jkollu impatt fit-tul usa' fuq il-livelli tat-traffiku fl-ajruporti, lil hinn mil-livelli dejjem jiżdiedu tat-traffiku ta' Ryanair.

(151)

Madankollu, id-ditta ta' konsulenza tirrikonoxxi li, minħabba l-assimetrija tal-informazzjoni, mhuwiex possibbli li jsir kontroll xieraq għall-bidliet kollha li jseħħu fis-suq fl-istess ħin. Għalhekk, Oxera tenfasizza l-ħtieġa għal analiżi aktar robusta tal-impatt fit-tul tar-reklamar fuq ryanair.com dwar it-traffiku fl-ajruporti.

(152)

Oxera tissuġġerixxi approċċi ta' statistika differenti li jistgħu jiġu segwiti mill-Kummissjoni sabiex teżamina l-impatt tar-reklamar fuq ryanair.com dwar it-traffiku ta' Ryanair u mhux ta' Ryanair fl-ajruporti.

(153)

Oxera tispjega li, jekk l-analiżi empirika turi li r-reklamar fuq ryanair.com għandu benefiċċji usa', ikun importanti li dawn il-benefiċċji jiġu kkunsidrati b'mod xieraq fi ħdan il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-analiżi tal-profittabbiltà ex ante ta' AMS skont l-approċċ tal-Kummissjoni. Bħala suġġeriment, il-benefiċċji jistgħu jiġu inklużi permezz tal-inkorporazzjoni tal-valur terminali fi ħdan l-analiżi tal-profittabbiltà sabiex ikunu jirriflettu l-valur maħluq mill-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

5.2.2.10   Nota 10 ta' Oxera – Valutazzjoni ekonomika tal-MEOP: l-Ajruport ta' Klagenfurt – analiżi tal-profittabbiltà, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, it-3 ta' Novembru 2014

(154)

Ir-rapport janalizza l-profittabbiltà mistennija tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2006 fuq bażi ex ante. Id-dokument jippreżenta wkoll kontrolli tas-sensittività fuq ir-riżultati mir-Rapport tal-MEOP tal-2011 rigward il-profittabbiltà mistennija tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002.

(155)

Oxera eżaminat il-profittabbiltà mistennija ta' kull ftehim taħt diversi xenarji madwar il-każ bażi. Oxera tafferma li l-każ bażi għandu l-għan li jirrifletti s-suppożizzjonijiet ta' Klagenfurt, sakemm dawn ikunu vverifikati mill-informazzjoni tal-ajruport, fil-ħin li jiġu ffirmati l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport.

(156)

Il-profittabbiltà mistennija ta' kull ftehim tkejlet minn Oxera bil-metodoloġija tal-Valur Preżenti Nett (VPN). Il-VPN ta' kull wieħed mill-ftehimiet kienu mistennija li jkunu pożittivi, b'hekk, ir-riżultati mill-analiżi tal-profittabbiltà jindikaw li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2006 kienu profittabbli biżżejjed b'mod li investitur tal-MEO x'aktarx li kien joffri termini simili.

(157)

L-analiżi tal-profittabbiltà mistennija tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 ppreżentata fir-rapport turi li l-konklużjonijiet ġenerali mir-rapport ta' Oxera tal-2011 huma robusti għal għadd ta' kontrolli tas-sensittività. Dawn il-kontrolli tas-sensittività jinkludu bidliet fir-rata ta' skont, il-kostijiet inkrementali, id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi u l-kostijiet tal-investiment.

(158)

Flimkien mar-riżultati mill-analiżi komparattiva, l-evidenza pprovduta turi li l-arranġamenti huma konformi mal-MEOP. Barra minn hekk, l-arranġamenti fi Klagenfurt jidhru li huma konformi mas-suq, anki taħt għadd ta' sensittivitajiet rigward is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-analiżi. L-evidenza tindika li, taħt ċirkostanzi simili, investitur tal-MEO kien isibha profittabbli li jiġu offruti arranġamenti simili għal dawk li ġew miftiehma bejn Ryanair u l-KLU.

(159)

Fl-aħħar nett, Oxera tirreferi għall-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji mwettqa mill-Awtoritajiet Awstrijaċi – li tkopri l-perjodu mis-27 ta' Ġunju 2002 sad-29 ta' Ottubru 2005 – u ssostni li l-analiżi ma għandhiex tiġi invokata sabiex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà mal-MEOP minħabba li (i) l-analiżi tidher li hija mfassla fuq il-kundizzjonijiet tal-offerta pubblika għall-operat ta' rotta diretta bejn Klagenfurt u Londra maħruġa minn DMG f'Novembru 2011, minflok il-kundizzjonijiet fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002, (ii) l-analiżi ma tidhirx li hija fuq bażi kompletament ex ante, billi tkopri biss il-perjodu li matulu Ryanair effettivament operat fl-ajruport, minflok it-terminu speċifikat fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002 u (iii) it-tariffi tal-attivitajiet ajrunawtiċi implikati fl-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji sottomessa mill-Awtoritajiet Awstrijaċi huma ferm aktar baxxi minn dawk speċifikati fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tal-2002.

5.2.2.11   Nota 11 ta' Oxera – Għaliex analiżi komparattiva hija suppliment importanti għal analiżi tal-profittabbiltà fil-valutazzjonijiet tal-MEOP?, imħejjija għal Ryanair minn Oxera, is-26 ta' Jannar 2015

(160)

In-nota tispjega għaliex l-analiżi komparattiva għandha tiġi invokata fil-valutazzjonijiet tal-MEOP tal-ftehimiet bejn ajruport u linja tal-ajru, mill-inqas bħala kontroverifika tar-riżultati mill-analiżi tal-profittabbiltà. Fil-fatt, Oxera tenfasizza li, skont l-approċċ irrakkomandat mill-Kummissjoni fil-kunċett tagħha ta' avviż tal-għajnuna (14) u f'setturi oħrajn (pereżempju, is-settur tal-portijiet tal-baħar), l-analiżi komparattiva għandu jkollha rwol importanti fil-valutazzjonijiet tal-MEOP tal-ftehimiet bejn ajruport u linja tal-ajru.

(161)

Dan huwa partikolarment il-każ meta ma titwettaq l-ebda valutazzjoni tal-effiċjenza tal-kostijiet tal-ajruport bħala parti mill-analiżi tal-profittabbiltà. Fil-fatt, hekk kif operatur fl-ekonomija tas-suq ikun mistenni li jamministra l-kostijiet tiegħu b'mod effiċjenti, sabiex il-valutazzjoni tal-MEOP twassal konklużjoni robusta, huwa importanti li tiġi eżaminata l-effiċjenza tal-kostijiet tal-ajruport.

(162)

Barra minn hekk, Oxera ssostni li huwa possibbli għal linja tal-ajru li tħallas l-istess livell ta' tariffi fiż-żewġ ajruporti b'karatteristiċi simili. Madankollu, jekk wieħed mill-ajruporti ma jkunx effiċjenti, jista' jiġi konkluż li l-ftehim bejn ajruport u linja tal-ajru mhuwiex konformi mal-MEOP.

(163)

Oxera tenfasizza li, meta tiffirma ftehim mal-ajruport, Ryanair ma tkunx f'pożizzjoni li tkun tista' tosserva l-effiċjenza tal-kostijiet tal-ajruport, filwaqt li l-ajruport ikun jista' jivvaluta jekk huwiex probabbli li ftehim ikun profittabbli.

(164)

Fl-aħħar nett, huwa mifhum li l-approċċ attwali tal-Kummissjoni li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehimiet bejn ajruport u linja tal-ajru mal-MEOP jipprovdi lil Ryanair b'ċertezza tad-dritt insuffiċjenti meta tiffirma ftehimiet mal-ajruporti.

5.2.2.12   Nota 12 ta' Oxera – Valutazzjonijiet ekonomiċi tal-MEOP: analiżi komparattiva, inkluża AMS, Addendum għar-rapport ta' Oxera tal-2010, l-10 ta' April 2015

(165)

In-nota teżamina l-impatt tat-twettiq ta' ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport flimkien ma' analiżi komparattiva ta' AMS fil-KLU, fid-dawl tal-approċċ tal-Kummissjoni. Oxera tenfasizza li l-analiżi ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta' Ryanair li tittratta l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehimiet ta' AMS separatament.

(166)

L-analiżi kienet ibbażata fuq l-istess sett ta' ajruporti komparabbli bħal fir-rapport ta' Oxera tal-2012 fil-KLU. L-istabbiltà tal-istruttura ta' sjieda u finanzjament tal-ajruporti ġiet ivverifikata sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tat-tqabbil.

(167)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, it-tariffi netti mħallsin minn Ryanair fil-KLU netti mill-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni riċevuti minn Ryanair u AMS kienu ogħla mit-tariffi netti medji fl-ajruporti komparabbli, kemm fuq bażi ta' kull passiġġier li jitlaq kif ukoll fuq bażi ta' kull tlugħ u nżul. Dan jimplika li operatur fl-ekonomija tas-suq x'aktarx li kien joffri arranġamenti simili lil Ryanair.

(168)

Għalhekk, ir-riżultati mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport flimkien ma' analiżi komparattiva ta' AMS huma konsistenti mal-interpretazzjoni li l-arranġamenti bejn Ryanair, AMS u l-KLU kienu konformi mat-test tal-MEOP u mas-sejbiet fir-rapport ta' Oxera tal-2012.

5.2.2.13.   Nota 13 ta' Oxera — L-impatt tal-operazzjonijiet ta' Ryanair fuq id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi tal-ajruporti, l-4 ta' Diċembru 2015

(169)

F'dan ir-rapport, Oxera eżaminat l-impatt tal-operazzjonijiet ta' Ryanair fuq id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi tal-ajruporti, fuq bażi għal kull passiġġier. Oxera qieset li l-bidu tal-operazzjonijiet ta' Ryanair kellu impatt pożittiv sinifikanti fuq il-livell ta' dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi tal-ajruport għal kull passiġġier. Abbażi ta' dan, Oxera sostniet li l-approċċ użat sa issa fl-analiżi tal-profittabbiltà tal-MEOP tagħha, kif ukoll fl-analiżi tal-Kummissjoni (15) kien konservattiv, minħabba li ma kienx jinkludi din iż-żieda fid-dħul tal-ajruport.

(170)

Oxera wettqet analiżi empirika bl-użu ta' kampjun ta' 57 ajruport Ewropej maħsuba biex ikunu kemm jista' jkun simili għall-ajruporti taħt investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Oxera sabet li l-bidu tal-operazzjonijiet ta' Ryanair (16) f'29 minn dawn l-ajruporti wassal għal żieda ta' madwar 12,0–13,7 % fi dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq fi prezzijiet reali (minbarra l-inflazzjoni), b'dan l-effett ikun statistikament sinifikanti. Skont Oxera, dan x'aktarx li kien dovut għall-fatt li l-passiġġieri ta' Ryanair jonfqu aktar minn passiġġieri minn linji tal-ajru oħrajn, parzjalment minħabba l-faċilitajiet limitati ta' forniment tal-ikel ipprovduti abbord trasportaturi bi prezzijiet baxxi u/jew minħabba l-bidu tal-operazzjonijiet ta' Ryanair li jirriżultaw fl-iżvilupp tat-terminal—pereżempju, billi jiġu attirati ħwienet addizzjonali.

(171)

Oxera sabet ukoll li dan l-effett kien b'mod aktar ġenerali reali għal trasportaturi bi prezzijiet baxxi. Oxera ssuġġeriet li, minħabba t-tkabbir fl-industrija tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi b'marki kummerċjali b'saħħithom li ttrasportaw livelli sinifikanti ta' traffiku tal-passiġġieri, il-bidu tal-operazzjonijiet ta' trasportatur bi prezzijiet baxxi f'ajruport jista' jwassal għal żvilupp sinifikanti tal-ajruport u, b'hekk, għal dħul ogħla minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi fuq bażi ta' kull passiġġier. Abbażi tal-kampjun ta' ajruporti kkunsidrati, Oxera ddikjarat li, għall-kuntrarju, il-bidu tal-operazzjonijiet minn trasportaturi b'tariffa sħiħa ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq id-dħul tal-ajruporti minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi fuq bażi ta' kull passiġġier.

(172)

Skont Oxera, dawn ir-riżultati enfasizzaw in-natura konservattiva tal-approċċ użat sa issa fl-analiżi tagħha tal-profittabbiltà tal-MEOP, kif ukoll fl-analiżi tal-Kummissjoni. Dawn l-analiżijiet ma jassumu l-ebda tkabbir aċċellerat fid-dħul tal-ajruporti minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi fuq bażi ta' kull passiġġier u, b'hekk ma jaqbdux il-benefiċċji usa' tal-operazzjonijiet ta' Ryanair mill-ajruporti, iżda kabbru biss l-estimi tad-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq bir-rata ta' inflazzjoni ferm aktar baxxa. Għalhekk, Oxera stenniet li l-analiżi tagħha tal-MEOP u l-analiżi tal-Kummissjoni kienu se jissottovalutaw il-profittabbiltà mistennja tal-arranġamenti ta' Ryanair fl-ajruport.

5.3.   AMS

(173)

AMS issottomettiet il-kummenti li ġejjin.

5.3.1.   Dwar AMS u s-sit elettroniku ta' Ryanair

(174)

AMS issostni li l-Kummissjoni ma għandhiex tittratta lil Ryanair u AMS bħala entità waħda u l-Ftehimiet dwar is-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u DMG bħala li jikkumplimentaw il-ftehim bejn l-Ajruport u Ryanair. AMS toffri servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni li huma ġustifikati mill-iskop separat tagħhom stess, bi prezz skont il-valur tas-suq tagħhom u nnegozjati u konklużi separatament mill-ftehimiet ta' Ryanair mal-istess ajruporti.

(175)

Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta' Ryanair li tinvolvi intermedjarju sabiex ibigħ spazju ta' reklamar fuq is-sit elettroniku tagħha mhijiex xi ħaġa mhux tas-soltu. AMS irnexxielha tippromwovi u tbigħ spazju ta' reklamar lil għadd numeruż ta' kumpaniji pubbliċi u privati madwar l-Ewropa kollha.

(176)

Is-sit elettroniku ta' Ryanair jippreżenta karatteristiċi partikolarment mixtieqa għall-kummerċjalizzazzjoni: huwa wieħed mill-aktar siti elettroniċi tal-ivvjaġġar popolari fid-dinja; il-ħin medju ta' kull żjara fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair huwa twil ħafna; ir-reklamar għal ajruport fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair għandu fil-mira unikament il-passiġġieri potenzjali lejn dak l-ajruport, sabiex b'hekk jiġi żgurat li kważi l-ammont kollu fuq ir-reklamar ma jinħeliex, jew ma jinħela xejn minnu, kuntrarju għar-reklamar fil-gazzetti, fuq ir-radju, fuq it-televiżjoni u fuq mezzi oħrajn inqas iffokati li huma mmirati għall-pubbliku ġenerali.

5.3.2.   Dwar in-nuqqas ta' vantaġġi għal AMS jew Ryanair

(177)

AMS tikkonkludi ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni ma' ajruporti pubbliċi u privati, korpi tat-turiżmu, gruppi tal-kiri tal-karozzi, siti elettroniċi għall-prenotazzjoni tal-lukandi, kumpaniji tal-assigurazzjoni u fornituri ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni.

(178)

Ir-rati li bihom jiġi pprovdut l-ispazju ta' reklamar minn AMS, kif ukoll il-volumi li fihom jinkiseb, ma jiddiskriminawx bejn l-entitajiet pubbliċi u privati li jirreklamaw. B'hekk, ma tista' tirriżulta ebda għajnuna mill-Istat mill-arranġamenti ta' AMS ma' ajruporti pubbliċi jew mas-sussidjarji tagħhom. AMS ikkonkludiet ftehimiet ma' diversi ajruporti privati jew ikkontrollati mill-privat (bħal […] u […]) kif ukoll ma' partijiet privati oħrajn fuq termini simili u mhux diskriminatorji.

(179)

Fir-rigward tal-interess kummerċjali li jkollu Ajruport sabiex jirreklama fuq ryanair.com, AMS tikkritika l-konklużjoni li saret mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, minħabba li ma hemm ebda bażi ġuridika sabiex jiġi kkontestat il-motiv kummerċjali ta' DMG, kif ukoll tal-Ajruport sabiex jirreklamaw fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair, f'ċirkostanzi fejn AMS toffri servizzi bi prezz tas-suq.

(180)

AMS ippreżentat bosta raġunijiet li jiġġustifikaw ix-xiri ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni minn DMG mingħand AMS sabiex tirreklama fuq ryanair.com, li huma miġbura fil-qosor fil-paragrafi li ġejjin.

(181)

L-ewwel nett, ir-reklamar fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair huwa investiment fir-rikonoxximent tal-marka kummerċjali. Il-maniġers ta' ajruporti periferali jiffaċċjaw sfidi sinifikanti sabiex ikollhom il-“marka kummerċjali” tagħhom rikonoxxuta mill-passiġġieri, mil-linji tal-ajru u minn maniġers kummerċjali mhux fis-settur ajrunawtiku, li lkoll jikkostitwixxu sorsi potenzjali ta' introjtu għall-ajruporti. L-ajruporti jistgħu jibbenifikaw miż-żieda fir-rikonoxximent tal-marka kummerċjali b'għadd ta' modi inklużivi u kumplimentarji b'mod reċiproku, fejn b'mod partikolari din tista' tattira (i) passiġġieri li jaslu mil-linja tal-ajru li fuq is-sit tagħha jiġi rreklamat l-ajruport; (ii) klijenti potenzjali li jużaw is-sit elettroniku tal-linja tal-ajru li fuqu jiġi rreklamat l-ajruport sabiex jivvjaġġaw lejn dak l-ajruport fuq linja tal-ajru oħra li għandha rotot lejn l-ajruport; (iii) linja tal-ajru oħra li tagħmel titjiriet lejn dak l-ajruport, u (iv) maniġers kummerċjali (bħal katina ta' ħwienet ta' bejgħ bl-imnut fl-ajruport).

(182)

It-tieni, ir-reklamar fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair iżid il-proporzjon ta' passiġġieri li jaslu. Hemm xejra fost l-ajruporti lejn il-ġenerazzjoni ta' kważi nofs id-dħul tagħhom minn operazzjonijiet mhux ajrunawtiċi. Mill-perspettiva ta' ajruport reġjonali, il-passiġġieri li jaslu fl-ajruport u li mbagħad jitilqu minnu għandhom probabbiltà akbar li jiġġeneraw dħul minn operazzjonijiet mhux ajrunawtiċi għall-ajruport mill-passiġġieri lokali li jużaw l-ajruport sabiex jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet barranin.

(183)

It-tielet nett, il-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar fuq is-sit elettroniku tal-linji tal-ajru kollha saru prattika komuni. Ryanair.com għandha valur eċċezzjonali bħala post ta' kummerċjalizzazzjoni għal firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi relatati mal-ivvjaġġar. Madankollu, anki jekk Ryanair kienet pijuniera f'dan il-qasam, ikun żbaljat li jiġi konkluż li l-ajruporti ma jirreklamawx lilhom infushom fuq siti elettroniċi ta' linji tal-ajru oħrajn.

5.3.3.   Dwar l-ipprezzar tas-servizzi ta' AMS

(184)

Huwa sostnut li l-prezzijiet għas-servizzi ta' AMS huma bbażati fuq il-valur tagħhom fis-suq. Sabiex tissostanzja dan l-argument, AMS tallega li (i) il-fatt li għadd ta' klijenti privati mhux tal-ajruport minn industriji differenti, bħal […], jixtru servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mingħand AMS huwa, minnu nnifsu, biżżejjed sabiex juri li l-prezzijiet ta' AMS huma prezzijiet tas-suq reali, (ii) id-deċiżjoni tat-Tribunal Amministrattiv ta' Marsilja (17) u l-kawża ta' Bratislava (18), jiġbdu l-attenzjoni għall-valur tal-prodotti ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS u għall-vantaġġi li tista' tikseb il-kontroparti waqt li tidħol f'arranġamenti bħal dawn u (iii) il-prezzijiet mitluba minn AMS huma bbażati fuq kriterji oġġettivi (19) u pprovduti b'mod trasparenti fuq is-sit elettroniku tagħha (20).

(185)

AMS issemmi wkoll ir-rapport ta' Zenobie Conseil u studju minn ditta ta' konsulenza indipendenti sottomess lill-Kummissjoni, sabiex jiġi ċċarat li s-servizzi ta' AMS la huma bla valur u lanqas ipprezzati żżejjed, kif implikat mill-Kummissjoni.

(186)

AMS tirrimarka li d-deċiżjoni tal-ftuħ ma stabbilixxietx li d-deċiżjonijiet ta' DMG huma imputabbli għall-Istat, minħabba li l-Kummissjoni sempliċiment tistrieħ fuq kriterju organiku ta' sjieda Statali aħħarija meħud mill-analiżi tagħha tal-ftehim ma' LV (huwa stess ibbażat fuq analoġija mad-deċiżjonijiet ta' KFBG). Għalhekk, AMS titlob lill-Kummissjoni tipprovdi eżami aktar robust.

6.   KUMMENTI MILL-AWSTRIJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

6.1.   Kummenti tal-Awstrija dwar is-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati minn Austrian Airlines, Lufthansa, Germanwings

(187)

Rigward l-ewwel u t-tieni sottomissjoni tat-tliet linji tal-ajru mit-23 ta' Lulju 2012 u t-18 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Awstrijaċi jiddikjaraw li huma kienu f'kuntatt ma' KFBG u Lufthansa biss fir-rigward tal-leġibilità ta' ċerti tabelli fid-dokumenti li qegħdin jiġu investigati.

(188)

Rigward l-argument li ma hemm l-ebda għajnuna mill-Istat, l-Awstrija tirreferi għas-sottomissjoni tagħha mill-15 ta' Mejju 2012. L-Awstrija taqbel b'mod partikolari mal-argumentazzjoni ta' Lufthansa rigward il-valutazzjoni legali tar-ribassi.

(189)

Fir-rigward tal-iskeda ta' tariffi koperta mill-awtoritajiet Awstrijaċi fl-ewwel sottomissjoni tagħha mill-2008, l-Awstrija ttenni li d-dikjarazzjoni tagħha sempliċiment indikat l-eżistenza tal-iskedi ta' tariffi f'ajruporti oħrajn. L-ajruporti ta' Frankfurt/Hahn u Lübeck fil-fatt mhumiex komparabbli mal-KLU, meta wieħed iqis l-istruttura ekonomika differenti tagħhom.

(190)

Fir-rigward tal-allegata “offerta qarrieqa”, l-Awstrija tgħid li l-awtoritajiet f'Carinthia kienu qegħdin jippjanaw sejħa għall-offerti għall-introduzzjoni ta' rotta li tgħaqqad lil Londra u Klagenfurt. B'mod partikolari, l-offerta kienet tikkonċerna titjira ġenerika lejn Londra. L-Awstrija tafferma li ma hemm ebda evidenza ta' limitazzjoni tas-servizzi mitluba għal Stansted jew għal kwalunkwe ajruport ieħor f'Londra.

(191)

Barra minn hekk, l-Awstrija tfakkar li huwa possibbli li tinbeda offerta, anki jekk dan mhuwiex obbligu legali. Għalhekk, l-argument li offerta ma kinitx strettament neċessarja huwa mingħajr sustanza. L-Awstrija tfakkar ukoll il-funzjoni ekonomika tal-offerti. Offerta toħloq trasparenza fir-rigward tal-eżistenza tad-domanda u l-kundizzjonijiet għad-domanda. Dan jippermetti li l-offerent potenzjali jifformula offerta, li hija indikattiva tal-prezz tas-suq. Il-fatt li ma kien hemm ebda offerent eliġibbli li għamel proposta juri li l-prezz mitlub kien taħt il-prezz tas-suq. Proċedura tal-offerti eżerċitata b'mod preċiż tesiġi li s-sejħa għall-offerti tingħata pubbliċità xierqa u li l-akkwirenti potenzjali jkollhom biżżejjed żmien sabiex jifformulaw il-proposti tagħhom. L-awtoritajiet Awstrijaċi jenfasizzaw li l-avviżi rreklamati mill-KLU kienu konformi ma' dawn ir-rekwiżiti.

6.2.   Kummenti tal-Awstrija dwar is-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati minn Ryanair u AMS

(192)

L-Awstrija tenfasizza li, għal Carinthia u l-KLU, ir-reklamar fuq ryanair.com kien jagħmel sens biss jekk Ryanair tkun serviet lill-ajruport. Huwa biss f'dak il-każ li l-klijenti fil-mira jistgħu jittraduċu l-interess inizjali tagħhom f'xiri effettiv. L-istess japplika għar-rotot lejn u minn Londra, li huma maħsuba biex itejbu l-mobilità lokali.

(193)

Barra minn hekk, l-Awstrija tappoġġja għadd ta' dikjarazzjonijiet minn Ryanair:

Skont l-Awstrija, ma jista' jiġi attribwit l-ebda investiment għall-preżenza ta' Ryanair fl-ajruport,

kif muri fil-każ attwali, l-iskontijiet u l-inċentivi huma konformi mal-MEOP,

in-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju minnu nnifsu ma jikkontradixxix l-issodisfar tal-MEOP.

(194)

Rigward il-kummenti ta' AMS, l-awtoritajiet Awstrijaċi jenfasizzaw l-iskop strateġiku sottostanti għar-reklamar fuq l-Internet, speċjalment fuq ryanair.com. Fil-fatt, il-pubbliku destinatarju tas-sit elettroniku ta' Ryanair huwa konformi mal-portafoll ta' klijenti ta' Carinthia u tal-KLU. Għalhekk, investitur privat ikun lest li jidħol fi ftehimiet ta' reklamar bħal dawn ma' AMS.

7.   VALUTAZZJONI TAL-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA

(195)

Il-Kummissjoni analizzat jekk il-miżuri li ġejjin jikkwalifikawx bħala għajnuna mill-Istat:

Il-finanzjament ta' KFBG

L-iskema ta' inċentivi tal-2005

Il-konklużjoni tal-ftehim ta' saldu bejn KFBG u AUA bl-applikazzjoni tal-iskema ta' inċentivi tal-2005 għal AUA

Il-ftehimiet tas-servizzi tal-ajru tal-2002 ma' Ryanair u l-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-2002 ma' AMS u LV

Il-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair u AMS

Il-ftehim tal-2003 ma' HLX

Il-ftehim tal-2008 ma' Tuifly

Il-ftehimiet tal-2009 ma' Air Berlin

(196)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti għandha, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(197)

Il-kriterji fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi determinat jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

il-benefiċjarju jkun impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li jimplika li huwa jinvolvi ruħu f'attività ekonomika;

il-miżura inkwistjoni tkun iffinanzjata minn riżorsi tal-Istat u tkun imputabbli għall-Istat;

hija tagħti vantaġġ ekonomiku;

dan il-vantaġġ ikun selettiv;

il-miżura inkwistjoni tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.   Il-finanzjament ta' KFBG u DMG

(198)

Kif deskritt aktar fil-premessa (30) et seq. hawn fuq, KFBG ibbenifikat minn appoġġ finanzjarju ripetut mill-azzjonisti tagħha, mill-Ministeru Federali tal-Intern u mill-Ministeru Federali tal-Finanzi. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ntużaw sabiex ikopru t-telf operatorju annwali ta' KFBG/DMG minħabba l-kostijiet marbuta mal-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni ta' KFBG ma' linji tal-ajru differenti.

7.1.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(199)

Skont każistika stabbilita, il-Kummissjoni trid l-ewwel tistabbilixxi jekk KFBG u DMG humiex impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Il-kunċett ta' impriża jkopri kwalunkwe entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tiġi ffinanzjata (21). Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari hija attività ekonomika (22).

(200)

Fis-sentenza tagħha fil-kawża tal-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-operat ta' ajruport għal finijiet kummerċjali u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport għal finijiet kummerċjali jikkostitwixxu attività ekonomika (23). Ladarba operatur ta' ajruport jinvolvi ruħu f'attivitajiet ekonomiċi billi joffri servizzi tal-ajruport bi ħlas, irrispettivament mill-istatus legali tiegħu jew mill-mod li bih jiġi ffinanzjat, dan jikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u, għalhekk, ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat jistgħu japplikaw għall-vantaġġi mogħtija mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat għal dak l-operatur tal-ajruport (24).

(201)

Fir-rigward tal-mument fiż-żmien minn meta l-kostruzzjoni u l-operat ta' ajruport ikunu saru attività ekonomika, il-Kummissjoni tfakkar li l-iżvilupp gradwali tal-forzi tas-suq fis-settur tal-ajruport ma jippermettix li tiġi ddeterminata data preċiża. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet l-evoluzzjoni fin-natura tal-attivitajiet tal-ajruport u, fis-sentenza tagħha fil-kawża tal-Ajruport ta' Leipzig/Halle, il-Qorti Ġenerali sostniet li, mis-sena 2000 'il quddiem, ma setgħetx tibqa' tiġi eskluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport (25). Konsegwentement, mill-inqas mid-data tas-sentenza f'Aéroports de Paris, it-12 ta' Diċembru 2000 (26), l-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport iridu jitqiesu bħala attività ekonomika li taqa' fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

7.1.1.1.   Unità ekonomika waħda

(202)

Madankollu, qabel teżamina n-natura tal-attivitajiet imwettqa minn KFBG u DMG, il-Kummissjoni tfakkar li żewġ entitajiet legali separati jistgħu jitqiesu bħala li jifformaw unità ekonomika waħda għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dik l-unità ekonomika mbagħad titqies li hija l-impriża rilevanti.

(203)

Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja, “[f]il-liġi tal-kompetizzjoni, it-terminu ‘impriża’ jrid jinftiehem li jindika unità ekonomika […] anki jekk fil-liġi dik l-unità ekonomika tkun tikkonsisti f'bosta persuni, fiżiċi jew ġuridiċi.”  (27) In this respect, the Court has ruled that several entities can be deemed to perform an economic activity together, thereby constituting an economic unit, under specific conditions.

(204)

Biex jiġi ddeterminat jekk diversi entitajiet jifformawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem li jagħti kontroll jew rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (28).

(205)

F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li KFBG u DMG huma konnessi tant mill-qrib li huma għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu unità ekonomika waħda għall-finijiet tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Irid jiġi mfakkar li DMG hija sussidjarja 100 % ta' KFBG, li tagħti lil KFBG is-setgħa li tikkontrolla lil DMG permezz tal-assemblea tal-azzjonisti.

(206)

Fil-prattika, l-informazzjoni disponibbli turi li regolarment jittieħdu deċiżjonijiet importanti rigward il-KLU fil-livell ta' KFBG, bi struzzjonijiet mgħoddija lil DMG.

(207)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni tqis li r-rabtiet bejn KFBG u DMG huma mill-qrib biżżejjed sabiex iż-żewġ entitajiet jiġu ttrattati bħala unità ekonomika waħda. B'mod partikolari, DMG hija ekonomikament u legalment dipendenti għal kollox fuq KFBG u ma għandhiex qafas kummerċjali tagħha stess. Għalhekk, għall-fini tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, KFBG/DMG jifformaw impriża waħda.

7.1.1.2.   Attività ekonomika

(208)

KFBG/DMG huma involuti fil-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tal-KLU. KFBG/DMG joffru servizzi tal-ajruport u jitolbu ħlas lill-utenti – operaturi tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll utenti tal-avjazzjoni ġenerali mhux kummerċjali – għall-użu tal-infrastruttura tal-ajruport, sabiex b'hekk jisfruttaw l-infrastruttura b'mod kummerċjali. B'segwitu mill-każistika ċċitata fil-premessi 200 u 201, għandu jiġi konkluż li KFBG/DMG kienu involuti f'attività ekonomika mill-inqas mid-data tas-sentenza fil-kawża Aéroports de Paris (jiġifieri, it-12 ta' Diċembru 2000) 'il quddiem.

(209)

Mis-sottomissjoni tal-Awstrija, jidher b'mod ċar li, qabel is-sena 2000, il-KLU kien diġà rnexxielu jattira kemm l-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll l-avjazzjoni ġenerali.

(210)

Għalhekk, huwa konkluż li mit-12 ta' Diċembru 2000 'il quddiem, KFBG/DMG kienu involuti f'attività ekonomika u jikkostitwixxu, bħala unità ekonomika waħda, impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.1.1.3.   Mandat tal-politika pubblika

(211)

Għalhekk, filwaqt li KFBG/DMG għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, għandu jiġi mfakkar li mhux l-attivitajiet kollha ta' operatur jew sid ta' ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika (29).

(212)

Il-Qorti tal-Ġustizzja (30) sostniet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tagħha bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu, pereżempju, is-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana. Il-finanzjament għandu jkun strettament limitat għall-kumpens tal-kostijiet li jiġġeneraw u ma jistax jintuża minflok sabiex jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi oħrajn (31).

(213)

Għalhekk, il-finanzjament tal-attivitajiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika jew tal-infrastruttura direttament relatata ma' dawk l-attivitajiet b'mod ġenerali ma jikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat (32). F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar, l-attivitajiet neċessarji għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir neċessarji sabiex jitwettqu dawk l-attivitajiet ġeneralment jitqiesu bħala ta' natura mhux ekonomika (33).

(214)

Madankollu, il-finanzjament pubbliku ta' attivitajiet mhux ekonomiċi neċessarjament marbuta mat-twettiq ta' attività ekonomika ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni bla bżonn bejn il-linji tal-ajru u l-maniġers tal-ajruporti. Tabilħaqq, hija każistika stabbilita li jkun hemm vantaġġ meta l-awtoritajiet pubbliċi jeħilsu lill-impriżi mill-kostijiet inerenti għall-attivitajiet ekonomiċi tagħhom (34). Għalhekk, jekk f'sistema legali partikolari huwa normali li l-linji tal-ajru jew il-maniġers tal-ajruporti jġorru l-kostijiet ta' ċerti servizzi, filwaqt li xi linji tal-ajru jew maniġers tal-ajruporti li jipprovdu l-istess servizzi ma jkollhomx għaliex iġorru dawk il-kostijiet, dawn tal-aħħar jistgħu jgawdu vantaġġ, anki jekk dawk is-servizzi minnhom infushom jitqiesu bħala mhux ekonomiċi. Għalhekk, jeħtieġ li ssir analiżi tal-qafas legali applikabbli għall-operatur tal-ajruport sabiex jiġi vvalutat jekk, taħt dak il-qafas legali, il-maniġers tal-ajruporti jew il-linji tal-ajru humiex mitluba li jħallsu l-kostijiet tal-provvista ta' xi attivitajiet li minnhom infushom jistgħu ma jkunux ekonomiċi, iżda li jkunu inerenti għall-użu tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

(215)

L-Awstrija sostniet li l-kostijiet li jirriżultaw mill-miżuri ta' sigurtà tal-ajruport skont l-Art.1, 2, 8, 9 u 13 Luftfahrtssicherheitsgesetz tal-1992 (il-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni, minn hawn 'il quddiem: “LSG”) għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika. KFBG irċeviet, mill-perjodu 2000-2010, ir-rimborż tal-ammonti li ġejjin:

Tabella 7

Rimborż mill-Ministeru Federali tal-Affarijiet Interni u mill-Ministeru Federali tal-Finanzi għall-perjodu 2000-2010

(EUR)

2000

24 000

2001

24 000

2002

27 000

2003

553 000

2004

878 000

2005

642 000

2006

791 000

2007

824 000

2008

1 134 000

2009

682 000

2010

896 000

(216)

Il-Kummissjoni tinnota li skont l-Art. 8, 9 u 13(2) tal-LSG, huma biss il-kostijiet relatati mal-provvista u l-manutenzjoni tal-ispazji u tal-bini neċessarji għat-twettiq tal-attività deskritta fi l-Art. 1 u 2 tal-LSG li jistgħu jiġu rrimborżati. Skont l-Art. 1 u 2 tal-LSG, l-operatur ta' ajruport huwa obbligat li jiggarantixxi l-protezzjoni prekawzjonarja tal-inġenji tal-ajru ċivili, inklużi l-persuni abbord jew it-tlugħ abbord l-inġenju tal-ajru għal attakki perikolużi b'armi, munizzjon u materjal tal-gwerra u kwalunkwe apparat perikoluż ieħor. Għal dan l-għan, l-operatur ta' ajruport għandu jwettaq kontrolli effettivi ta' sigurtà. Il-kostijiet l-oħrajn kollha li mhumiex relatati ma' din l-attività għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ajruport.

(217)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-twettiq ta' kontrolli effettivi ta' sigurtà sabiex tiġi garantita l-protezzjoni prekawzjonarja tal-avjazzjoni ċivili għandu jitqies bħala attività ta' natura mhux ekonomika kif spjegat fil-punt 35 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014. Għalhekk, fir-rigward tal-kostijiet operatorji mġarrba bejn is-snin 2000 u 2010 għal din l-attività, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn il-kostijiet li fil-konfront tagħhom l-operatur tal-ajruport huwa intitolat għal rimborż skont l-Art. 8, 9 u 13 tal-LSG jikkwalifikaw bħala kostijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-politika pubblika.

(218)

Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, l-implimentazzjoni prattika tal-proċedura ta' rimborż tal-pretensjonijiet tal-ajruport, li kellha tiġi ddokumentata fid-dettall, ipprovdiet kontroll doppju mill-awtorità fiskali u mill-Ministeru Federali tal-Intern. Għalhekk, ġie eskluż li jingħata kumpens żejjed. KFBG setgħet tissepara l-kostijiet tal-mandat tal-politika pubblika minn kostijiet oħrajn b'sistema ta' reġistrazzjoni kkomplikata li attribwiet il-kostijiet għat-titjiriet individwali operati fil-KLU.

(219)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Luftfahrtssicherheitsgesetz, bħala liġi federali, kienet applikata b'mod uniformi fl-ajruporti Awstrijaċi kollha u li ma kien hemm ebda diskriminazzjoni bejn il-maniġers tal-ajruporti.

(220)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rimborż tal-kostijiet operatorji mġarrba bejn is-snin 2000 u 2010 fir-rigward tal-Art.1, 2, 8, 9 u 13 tal-LSG jaqa' fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika u, għalhekk, huwa eżentat mill-iskrutinju skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(221)

L-Awstrija sostniet ukoll li l-KLU jintuża regolarment mill-forzi militari Awstrijaċi, kif ukoll għall-interventi tal-pulizija u l-Christophorus-Air-Emergency. Il-Kummissjoni taqbel li dawn l-attivitajiet jistgħu jitqiesu bħala responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni pubblika. Madankollu, billi l-awtoritajiet Awstrijaċi ma wrewx li KFBG irċeviet rimborż għall-kostijiet ta' dawn l-attivitajiet, il-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-kostijiet tal-mandat pubbliku mhumiex issodisfati.

(222)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kostijiet kollha, li mhumiex meqjusa bħala kostijiet fi ħdan il-mandat tal-politika pubblika skont l-Art.1, 2, 8, 9 u 13 tal-LSG, jikkwalifikaw bħala attività ekonomika.

7.1.2.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(223)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat.

(224)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat japplika għal kwalunkwe vantaġġ mogħti permezz ta' riżorsi tal-Istat mill-Istat innifsu jew minn kwalunkwe korp intermedjarju li jaġixxi permezz tas-setgħat mogħtija lilu (35). Ir-riżorsi tal-awtoritajiet lokali huma, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 tat-TFUE, riżorsi tal-Istat (36).

(225)

F'dan il-każ, il-miżuri rilevanti – jiġifieri l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil KFBG u DMG – ingħataw mill-baġit tal-awtoritajiet lokali. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ġew direttament mill-Istat ta' Carinthia, mill-belt ta' Klagenfurt u minn KLH. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti mill-Istat ta' Carinthia u mill-belt ta' Klagenfurt għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat. L-istess jgħodd għal KLH: KLH kienet persuna ġuridika rregolata mil-liġi pubblika u stabbilita fl-1990 mill-KLH-G, li tinkludi wkoll l-istatuti ta' KLH. KLH aġixxiet bħala kumpanija proprjetarja (holding), jiġifieri aġenzija b'assi tal-Istat għall-ishma li għandu l-Istat ta' Carinthia f'involvimenti differenti. KLH immaniġġjat fond speċjali msejjaħ “Zukunft Kärnten” għall-finanzjament dirett u indirett tal-proġetti. Dan il-fond kien jikkonsisti f'EUR 500 miljun li kienu pprovduti mill-baġit tal-Istat ta' Carinthia. B'hekk, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha li rċeviet KFBG mingħand KLH għandhom jitqiesu bħala riżorsi tal-Istat.

(226)

Fir-rigward tal-imputabbiltà, fis-sentenza tagħha fil-kawża Stardust Marine, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li l-fatt li l-Istat jew entità tal-Istat ikunu l-azzjonist waħdieni jew maġġoritarju ta' impriża mhuwiex biżżejjed sabiex jinstab li trasferiment tar-riżorsi minn dik l-impriża huwa imputabbli għall-azzjonisti pubbliċi tagħha (37). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-Istat kien f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, l-eżerċitar effettiv ta' dak il-kontroll f'każ partikolari ma jistax jiġi preżunt awtomatikament, minħabba li impriża pubblika tista' taġixxi wkoll b'aktar jew inqas indipendenza, skont il-livell ta' awtonomija li jħallilha l-Istat.

(227)

Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-indikaturi li minnhom tista' tiġi dedotta l-imputabbiltà huma (38):

il-fatt li l-impriża inkwistjoni ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma tqis ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi;

il-fatt li l-impriża kellha tqis id-direttivi maħruġa minn awtoritajiet pubbliċi;

l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika;

in-natura tal-attivitajiet tal-impriża pubblika u t-twettiq ta' dawk l-attivitajiet fis-suq f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni normali ma' operaturi privati;

l-istatus legali tal-impriża;

l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża;

kwalunkwe indikatur ieħor li juri, fil-każ partikolari, involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew in-nuqqas ta' probabbiltà tal-involviment tagħhom, filwaqt li jitqiesu wkoll il-portata tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li din tinvolvi.

(228)

Il-Kummissjoni tqis li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil KFBG u DMG huma imputabbli għall-Istat. Il-miżuri rilevanti tal-Istat ta' Carinthia u tal-belt ta' Klagenfurt – jiġifieri l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil KFBG u DMG – ingħataw direttament mill-baġit tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huma imputabbli għall-Istat.

(229)

L-istess jgħodd għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji li rċevew KFBG u DMG mingħand KLH. L-Istat ta' Carinthia mhux biss kien f'pożizzjoni li jikkontrolla lil KLH u eżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tiegħu, huwa kellu wkoll kontroll effettiv fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li rċeviet KFBG mingħand KLH. L-istatus legali ta' KLH juri li KLH kienet persuna ġuridika sui generis bl-uniku mandat li tamministra l-assi tal-Istat fl-interess tal-Istat ta' Carinthia. Barra minn hekk, in-natura tal-attivitajiet ta' KLH tindika l-fatt li l-attivitajiet tagħha kienu biss fl-interess tal-Istat ta' Carinthia: KLH kellha 80 % tal-ishma ta' KFBG u, b'hekk, kienet tirrappreżenta b'mod attiv l-interess tal-Istat ta' Carinthia fl-eżistenza u l-manutenzjoni ta' ajruport vijabbli u bi prestazzjoni għolja fi Klagenfurt għall-Istat ta' Carinthia. Il-kontenut tal-miżuri mwettqa minn KLH għall-Istat ta' Carinthia indika wkoll li KLH kienet qed taġixxi għall-Istat ta' Carinthia: id-deċiżjoni li jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji kienet importanti għall-eżistenza tal-KLU u, għalhekk, fil-parti l-kbira tagħha kienet fl-interess tal-Istat ta' Carinthia.

(230)

Barra minn hekk, skont l-istatuti ta' KLH, il-bord ta' KLH inħatar direttament mill-bord superviżorju ta' KLH. Il-bord superviżorju nħatar direttament mill-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Huwa stipulat fl-istatuti tagħha li l-membri tal-bord superviżorju għandhom jirrappreżentaw il-proporzjonijiet tal-partiti politiċi rrappreżentati fil-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Barra minn hekk, il-bord superviżorju kellu jaqbel ma' kwalunkwe deċiżjoni ta' investiment tal-bord 'il fuq mill-ammont ta' EUR 50 000. Skont l-Art. 5 tal-istatuti ta' KLH, KLH kienet taħt superviżjoni kostanti mill-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Il-gvern ta' Carinthia kellu jiżgura li d-deċiżjonijiet kollha ta' KLH kienu fl-interess tal-Istat ta' Carinthia.

(231)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-bord superviżorju ta' KLH kellu jaqbel fuq kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-bord ta' KLH dwar il-finanzjament ta' KFBG 'il fuq minn EUR 50 000. Il-membri tal-bord superviżorju rrappreżentaw lill-partiti politiċi tal-gvern ta' Carinthia. Barra minn hekk, il-gvern tal-Istat ta' Carinthia ssorvelja dawn id-deċiżjonijiet u kellu jiżgura, permezz ta' din is-sorveljanza, li dawn ikunu ttieħdu fl-interess tal-Istat ta' Carinthia. Dan kien ikkonfermat mill-awtoritajiet Awstrijaċi, li ddikjaraw li l-gvern ta' Carinthia kien involut fid-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw il-finanzjament ta' KFBG minn KLH.

(232)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn KLH huma imputabbli għall-Istat.

7.1.3.   Vantaġġ ekonomiku

7.1.3.1.   Il-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq

(233)

Vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb fil-kundizzjonijiet tas-suq normali, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (39). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, mhux il-kawża jew l-objettiv tal-intervent mill-Istat (40). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb (meta mqabbla mal-kundizzjonijiet tas-suq normali) bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ.

(234)

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li “l-kapital impoġġi direttament jew indirettament għad-dispożizzjoni ta' impriża mill-Istat f'ċirkostanzi li jikkorrespondu għall-kundizzjonijiet tas-suq normali ma jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat” (41). F'dan il-każ, sabiex jiġi stabbilit jekk il-finanzjament pubbliku tal-KLU jagħtix lil KFBG/DMG vantaġġ li ma kinux jiksbu f'kundizzjonijiet tas-suq normali, il-Kummissjoni għandha tqabbel l-imġiba tal-awtoritajiet pubbliċi li qed jipprovdu l-għotjiet ta' investiment dirett u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji ma' dik ta' MEO li jkun ggwidat minn prospetti ta' profittabbiltà fit-tul (42).

(235)

Il-valutazzjoni għandha tħalli fil-ġenb kwalunkwe riperkussjonijiet pożittivi fuq l-ekonomija tar-reġjun fejn jinsab l-ajruport, minħabba li l-Qorti kkjarifikat li l-kwistjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO hija dwar jekk “f'ċirkostanzi simili, azzjonist privat, wara li jkun ikkunsidra l-prevedibbiltà li jikseb redditu u wara li jwarrab il-kunsiderazzjonijiet soċjali, tal-politika reġjonali u settorjali kollha, ikunx issottoskriva l-kapital inkwistjoni” (43).

(236)

Sabiex tkun tista' tapplika l-prinċipju ta' MEO, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nnifisha fiż-żmien meta ttieħdet kull deċiżjoni sabiex jiġu pprovduti fondi pubbliċi lil KFBG/DMG. Il-Kummissjoni trid tibbaża wkoll il-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni u s-suppożizzjonijiet li kienu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet lokali rilevanti fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni rigward l-arranġamenti finanzjarji tal-miżuri infrastrutturali inkwistjoni.

(237)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istat ta' Carinthia, mill-belt ta' Klagenfurt u minn KLH essenzjalment servew sabiex ikopru t-telf ta' KFBG u DMG. Skont l-elementi sottomessi mill-Awstrija, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ngħataw parzjalment sabiex ikopru t-telf li kien ikkawżat mill-kostijiet imġarrba minn KFBG permezz tal-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi bejn KFBG u DMG ma' linji tal-ajru differenti. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li dawn il-kostijiet, li seħħew permezz ta' kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru, għandhom jitqiesu bħala kostijiet operatorji normali ta' operatur ta' ajruport. Tabilħaqq, dawn il-kostijiet irriżultaw minn obbligi kuntrattwali konklużi mill-operatur ta' ajruport mal-linji tal-ajru. Taħt dawk l-arranġamenti, l-operatur ta' ajruport jixtri mingħand linja tal-ajru servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-promozzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru offruti mil-linja tal-ajru inkwistjoni, għall-benefiċċju tal-operatur ta' ajruport u tal-linja tal-ajru. Għalhekk, fl-aħħar nett, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji servew sabiex ikopru parti mill-ispejjeż operatorji normali ta' KFBG/DMG, biex b'hekk ħelsu liż-żewġ impriżi minn piż ekonomiku li normalment ikollhom iġorru.

(238)

L-Awstrija ma sostnietx espliċitament li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kienu konformi mal-prinċipju ta' MEO. Minflok, hija sostniet li l-għeluq tal-ajruport qatt ma kien għażla realistika għall-awtoritajiet lokali u li, minħabba l-ħtieġa u l-obbligu tal-operat tal-ajruport, kien ekonomikament sensibbli li dan jattira aktar avjazzjoni kummerċjali. F'punti oħrajn, l-Awstrija sostniet li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ajruport kienu motivati mir-rieda li r-reġjun jissaħħaħ ekonomikament u enfasizzat l-importanza tal-ajruport għall-ekonomija reġjonali.

(239)

Madankollu, ma jistgħux jitqiesu kunsiderazzjonijiet soċjali u reġjonali meta jitwettaq test tal-MEO. Filwaqt li, fil-prinċipju, jista' jiġi aċċettat li anki għotjiet mhux ripagabbli lil kumpanija li hija kompletament proprjetà tal-Istat jistgħu jikkwalifikaw bħala investimenti konformi mas-suq, l-Awstrija ma ppreżentat l-ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju jew kalkoli ex ante, bħal analiżi tas-sensittività jew suppożizzjonijiet tal-profittabbiltà sottostanti, rigward il-profittabbiltà mistennija tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. L-Awstrija ma spjegatx għaliex MEO għandu jkompli jinjetta kapital f'impriża li tiġġenera t-telf. Għalhekk, l-Awstrija ma sostnietx li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kienu investimenti normali tas-suq.

(240)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li skont l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Awstrijaċi, mill-2002, KFBG/DMG iġġeneraw telf fil-biċċa l-kbira tas-snin rilevanti, jekk jiġu injorati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji riċevuti mingħand l-awtoritajiet pubbliċi għall-kostijiet tal-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru meta jiġu kkunsidrati r-riżultati netti tas-snin rispettivi.

(241)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji favur KFBG/DMG ma setgħux ikunu mistennija li jiġġeneraw redditu raġonevoli fuq l-investiment għall-entitajiet li jipprovduhom u, b'hekk, ma ġewx ipprovduti f'kundizzjonijiet tas-suq normali. F'dan id-dawl, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji iridu jikkwalifikaw bħala li jagħtu vantaġġ ekonomiku lil KFBG/DMG.

7.1.3.2.   Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali

(242)

L-Awstrija sostniet li l-finanzjament ta' KFBG u DMG permezz ta' pagamenti tal-Istat ta' Carinthia, tal-belt ta' Klagenfurt, kif ukoll ta' KLH ikun konformi mar-rekwiżiti tal-ġurisprudenza ta' Altmark (44) u, għalhekk, ma jagħti l-ebda vantaġġ. Il-ġestjoni globali tal-ajruport tikkwalifika bħala SGEI minħabba l-ħtieġa li tiġi garantita l-aċċessibbiltà tar-reġjun ta' Carinthia u, għalhekk, il-finanzjament inkwistjoni jammonta għal kumpens għall-forniment ta' SGEI mill-ajruport.

(243)

Fil-każ tal-impriżi fdati bil-forniment ta' SGEI, sabiex ikun jista' jiġi konkluż jekk il-miżuri taħt valutazzjoni jikkostitwixxux vantaġġ jew le skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni trid teżamina l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti fis-sentenza tagħha fil-kawża ta' Altmark. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

l-impriża benefiċjarja effettivament irid ikollha obbligi ta' servizz pubbliku xi twettaq u dawn l-obbligi jridu jiġu definiti b'mod ċar (Altmark 1);

il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti (Altmark 2);

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju sabiex jitkoprew il-kostijiet kollha jew parti mill-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawk l-obbligi (Altmark 3);

meta missjoni ta' SGEI ma tiġix fdata lil impriża skont proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija sewwa u pprovduta b'mezzi adegwati sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji ta' servizz pubbliku, tkun ġarrbet fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawk l-obbligi (Altmark 4).

(244)

Il-Kummissjoni l-ewwel tivvaluta l-osservanza tal-kriterju 4 ta' Altmark. Minħabba li l-kriterji ta' Altmark għandhom jiġu rrispettati b'mod kumulattiv, in-nuqqas ta' osservanza ta' waħda minn dawk il-kundizzjonijiet iwassal għall-konklużjoni li l-preżenza ta' vantaġġ ma tistax tiġi eskluża abbażi ta' dan it-test, anki jekk is-servizzi pprovduti minn KFBG/DMG jikkwalifikaw bħala SGEIs.

(245)

Il-kriterju ta' Altmark 4 jipprevedi li l-kumpens irid ikun limitat għall-minimu meħtieġ għal impriża effiċjenti sabiex ma tikkwalifikax għall-għajnuna mill-Istat. Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat jekk il-benefiċjarji tal-kumpens ikunu ntgħażlu wara proċedura tal-offerti li tiżgura l-forniment tas-servizzi bl-inqas kostijiet għall-komunità jew, fin-nuqqas ta' dan, il-kumpens ikun ġie kkalkolat b'referenza għall-kostijiet ta' impriża effiċjenti.

(246)

Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, il-benefiċjarju ma ntgħażilx wara proċedura ta' offerta pubblika. L-Istat ta' Carinthia ma organizza ebda offerta għall-operat tal-KLU, iżda stabbilixxa l-kumpanija KFBG li topera l-ajruport.

(247)

Barra minn hekk, l-evidenza ma turix li l-livell ta' kumpens kien ġie ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija sewwa u pprovduta b'mezzi adegwati sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta' dawk l-obbligi, filwaqt li jitqiesu d-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. Tabilħaqq, ma hemm l-ebda element fil-fajl li jissuġġerixxi li twettqet analiżi tal-kostijiet li jġarrab maniġer ta' ajruport tipiku meta jopera ajruport komparabbli mal-KLU bl-iskop li jiġi stabbilit il-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil KFBG. L-awtoritajiet Awstrijaċi ma pprovdew l-ebda analiżi bħal din. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal KFBG sempliċiment jidhru li jkopru l-ħtiġijiet finanzjarji ta' KFBG mingħajr ebda analiżi minn qabel tal-kostijiet.

(248)

Konsegwentement, ma hemm l-ebda evidenza li tappoġġja l-argument li KFBG tipprovdi servizzi tal-ajruport bl-inqas spiża għall-komunità.

(249)

Barra minn hekk, il-kalkoli kollha tal-kumpensi kienu pagamenti ta' darba li ma kinux parti minn mekkaniżmu ta' kumpens iddisinjat ex ante. Fil-każ preżenti, il-parametri li abbażi tagħhom għandu jiġi kkalkolat il-kumpens ta' SGEI ma ġewx stabbiliti bil-quddiem, la b'mod oġġettiv u lanqas b'mod trasparenti. Għalhekk, il-kriterju 2 ta' Altmark mhuwiex issodisfat lanqas.

(250)

Minħabba li l-kriterji ta' Altmark huma kumulattivi, f'dan l-istadju huwa biżżejjed għall-Kummissjoni li tosserva li t-tieni jew ir-raba' kriterju mhumiex issodisfati fil-każ preżenti sabiex jiġi konkluż li l-miżuri inkwistjoni ma jistgħux jitqiesu bħala ħielsa mill-għajnuna mill-Istat abbażi tas-sentenza ta' Altmark. Il-mistoqsija dwar jekk l-operat tal-KLU jammontax għal SGEI jew jekk l-Awstrija għamlitx żball ċar fid-definizzjoni tal-SGEI tista' titħalla miftuħa. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tipprovdi vantaġġ ekonomiku lil KFBG.

7.1.4.   Selettività

(251)

Sabiex taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti”. B'hekk, huma biss dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv li jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat.

(252)

Fil-każ preżenti, mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji jibbenifikaw biss KFBG/DMG. B'hekk, il-miżuri huma definittivament selettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.1.5.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(253)

Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża, meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fis-suq intern, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala li ġew affettwati minn dik l-għajnuna (45). Il-vantaġġ ekonomiku mogħti mill-għotjiet ta' investiment dirett u mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji, f'dan il-każ lill-operatur tal-ajruport, isaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tiegħu, billi l-operatur tal-ajruport seta' jistabbilixxi n-negozju tiegħu mingħajr ma kellu jġorr il-kostijiet operatorji u l-kostijiet ta' investiment inerenti kollha.

(254)

Kif ġie vvalutat fil-premessa 208 et seq., l-operat ta' ajruport huwa attività ekonomika. Hemm kompetizzjoni, minn naħa waħda, bejn l-ajruporti sabiex jattiraw il-kumpaniji tal-ajru u t-traffiku tal-ajru korrispondenti (passiġġieri u merkanzija) u, min-naħa l-oħra, bejn il-maniġers tal-ajruporti, li jistgħu jikkompetu bejniethom sabiex jiġu fdati bl-amministrazzjoni ta' ajruport partikolari. Barra minn hekk, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi u l-operaturi charter, l-ajruporti li ma jinsabux fl-istess żoni ta' kummerċ jew li jinsabu saħansitra fi Stati Membri differenti jistgħu jkunu wkoll f'kompetizzjoni ma' xulxin sabiex jattiraw dawk il-linji tal-ajru.

(255)

Kif issemma fil-punt 40 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u kif affermat mill-ġdid fil-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhuwiex possibbli li jiġu esklużi saħansitra ajruporti żgħar mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Barra minn hekk, il-punt 45 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjara espliċitament li “d-daqs relattivament żgħir tal-impriża li tirċievi finanzjament pubbliku ma jeskludix, bħala tali, il-possibbiltà li jista' jiġi affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(256)

Il-KLU ilu mill-2012 iservi madwar 230 000 passiġġier fis-sena u mill-2004 sal-2007 serva xejn inqas minn madwar 520 000 passiġġier fis-sena. Kif ġie osservat fil-premessa 21, il-KLU jinsab fil-viċinanza tal-Ajruport ta' Ljubljana (80 km) u sagħtejn sewqan bogħod minn sitt ajruporti oħrajn. Mill-KLU joperaw titjiriet internazzjonali lejn destinazzjonijiet bħal Londra, Frankfurt, Munich, Hamburg jew Vjenna. Ir-runway fi Klagenfurt għandha tul suffiċjenti (2 720 m) u tippermetti lil-linji tal-ajru jservu destinazzjonijiet internazzjonali b'distanzi medji. Fid-dawl ta' dawn il-fatti, irid jiġi kkunsidrat li l-finanzjament pubbliku lil KFBG/DMG ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u għandu mill-inqas effett potenzjali fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(257)

F'dan l-isfond, il-finanzjament pubbliku mogħti lil KFBG/DMG irid jitqies bħala li jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.6.   Konklużjoni

(258)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament pubbliku mogħti lil KFBG/DMG fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji bejn is-snin 2000 u 2010 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.   L-iskema ta' inċentivi tal-2005

7.2.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(259)

L-iskema ta' inċentivi tal-2005 toffri skontijiet għal-linji tal-ajru sabiex jipprovdu servizzi speċifiċi tat-trasport bl-ajru. B'mod partikolari, hija offriet skontijiet għal destinazzjonijiet ta' titjiriet ġodda, għall-konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti intensifikati u għal konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti aktar frekwenti u aktar affidabbli kif deskritti fil-premessi 33 sa 38.

(260)

Billi jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru, il-linji tal-ajru qegħdin iwettqu attività ekonomika u, għalhekk, jikkostitwixxu impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Irid jiġi analizzat jekk l-iskema ta' inċentivi tal-2005 tatx vantaġġ ekonomiku lil-linji tal-ajru li jużaw il-KLU.

7.2.2.   Vantaġġ ekonomiku

(261)

Meta ajruport ikollu riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu, l-għajnuna lil linja tal-ajru tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża meta r-relazzjoni bejn l-ajruport u l-linja tal-ajru tissodisfa t-test tal-MEO.

(262)

Skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 (46), l-eżistenza ta' għajnuna lil linja tal-ajru li tuża ajruport partikolari tista', fil-prinċipju, tiġi eskluża jekk il-prezz mitlub għas-servizzi tal-ajruport ikun jikkorrespondi għall-prezz tas-suq, jew jekk ikun jista' jintwera, permezz ta' analiżi ex ante – jiġifieri analiżi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli meta tkun ingħatat l-għajnuna u fuq l-iżviluppi prevedibbli f'dak il-mument – li l-arranġament mal-ajruport/linja tal-ajru jwassal għal kontribuzzjoni ta' profitt inkrementali pożittiv għall-ajruport u huwa parti minn strateġija kumplessiva li twassal għal profittabbiltà fit-tul. It-tieni approċċ ifisser li jrid jiġi vvalutat jekk, fid-data li fiha ġie konkluż ftehim, operatur prudenti fl-ekonomija tas-suq setax jistenna li l-ftehim iwassal għal profitt ogħla milli seta' jinkiseb b'mod ieħor. Dak il-profitt ogħla għandu jitkejjel permezz tad-differenza bejn id-dħul inkrementali li mistenni jiġi ġġenerat mill-ftehim (jiġifieri, id-differenza bejn id-dħul li jinkiseb li kieku kellu jiġi konkluż il-ftehim u d-dħul li jinkiseb fin-nuqqas tal-ftehim) u l-kostijiet inkrementali li mistennija jiġġarrbu bħala riżultat tal-kuntratt (jiġifieri, id-differenza bejn il-kostijiet li jiġġarrbu li kieku kellu jiġi konkluż il-ftehim u l-kostijiet li jiġġarrbu fin-nuqqas tal-ftehim), bil-flussi tal-flus li jirriżultaw jiġu skontati b'rata ta' skont xierqa.

(263)

Madankollu, fir-rigward tal-ewwel approċċ (tqabbil mal-“prezz fis-suq”), il-Kummissjoni ma tqisx li, fil-preżent, jista' jiġi identifikat punt ta' riferiment xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti. (47) It therefore considers an ex ante incremental profitability analysis to be the most relevant criterion for the assessment of arrangements concluded by airports with individual airlines.

(264)

B'mod ġenerali, għandu jiġi nnotat li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' MEO abbażi ta' prezz medju fi swieq simili oħrajn tista' tkun utli jekk tali prezz ikun jista' jiġi identifikat jew dedott b'mod raġonevoli minn indikaturi oħrajn tas-suq. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex rilevanti fil-każ tas-servizzi offruti fl-ajruport, billi l-istruttura tal-kostijiet u d-dħul għandha t-tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dan minħabba li l-kostijiet u d-dħul jiddependu fuq kemm ajruport ikun żviluppat, l-għadd ta' linji tal-ajru li jużaw l-ajruport, il-kapaċità tiegħu f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri, l-istat tal-infrastruttura u l-investimenti relatati, il-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor u kwalunkwe dejn jew obbligu li jkun daħal għalihom l-ajruport fl-imgħoddi (48).

(265)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kwalunkwe analiżi purament komparattiva. Barra minn hekk, kif jista' jidher f'dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru mhux dejjem ikunu bbażati esklussivament fuq skeda ppubblikata ta' tariffi. Għall-kuntrarju, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ferm. Dawn jinkludu l-kondiviżjoni tar-riskji fir-rigward tat-traffiku tal-passiġġieri u ta' kwalunkwe responsabbiltà kummerċjali u finanzjarja relatata, skemi ta' inċentivi standard kif ukoll varjazzjonijiet bejn it-tixrid tar-riskji tul it-terminu tal-kuntratti. Konsegwentement, tranżazzjoni waħda ma tistax titqabbel ma' oħra abbażi ta' prezz fuq it-tlugħ u l-inżul jew prezz għal kull passiġġier.

(266)

Barra minn hekk, il-parametraġġ referenzjarju mhuwiex metodu xieraq sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq jekk il-parametri referenzjarji disponibbli ma jkunux ġew definiti fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet tas-suq jew il-prezzijiet eżistenti jiġu mfixkla b'mod sinifikanti minn interventi pubbliċi. Dan it-tfixkil jidher li huwa preżenti fl-industrija tal-avjazzjoni, għar-raġunijiet spjegati fil-punti 57 sa 59 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014:

“Ajruporti li huma proprjetà pubblika kienu tradizzjonalment meqjusa mill-awtoritajiet pubbliċi bħala infrastrutturi biex jiffaċilitaw l-iżvilupp lokali u mhux bħala impriżi li joperaw skont ir-regoli tas-suq. Il-prezzijiet ta' dawn l-ajruporti konsegwentement ma jiġux ġeneralment definiti abbażi ta' kunsiderazzjonijiet tas-suq u prospetti ta' profittabiltà ex ante partikolarment tajba, iżda essenzjalment abbażi ta' kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali.

Anki jekk ċerti ajruporti huma proprjetà privata jew ġestiti mingħajr kunsiderazzjonijiet soċjali jew reġjonali, il-prezzijiet mitluba minn dawn l-ajruporti jistgħu jiġu influwenzati bis-sħiħ mill-prezzijiet imposti mill-maġġoranza ta' ajruporti ssussidjati pubblikament minħabba li l-prezzijiet ta' dawn tal-aħħar jitqiesu mil-linji tal-ajru matul in-negozjati tagħhom mal-ajruporti li huma proprjetà privata jew ġestiti privatament.

F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk fil-preżent, jistax ikun identifikat valur referenzjarju xieraq biex ikun identifikat prezz tas-suq realistiku għal servizzi pprovduti minn ajruporti. Din is-sitwazzjoni tista' tinbidel jew tevolvi fil-ġejjieni […] ”.

(267)

Barra minn hekk, kif fakkru l-qrati tal-Unjoni, il-parametraġġ referenzjarju b'referenza għas-settur ikkonċernat huwa sempliċiment għodda analitika fost oħrajn li tintuża sabiex tiddetermina jekk benefiċjarju rċeviex vantaġġ ekonomiku li ma kienx jikseb f'kundizzjonijiet tas-suq normali (49). Bħala tali, filwaqt li l-Kummissjoni tista' tuża dak l-approċċ, hija mhijiex obbligata tagħmel dan meta, bħal fil-każ preżenti, dan ma jkunx xieraq.

(268)

Fl-istudju tagħha tad-9 ta' April 2013 (in-nota 3 ta' Oxera), Ryanair essenzjalment issostni li t-test tal-MEO jista' jiġi applikat abbażi ta' tqabbil mal-arranġamenti kummerċjali ta' ajruporti Ewropej oħrajn.

(269)

L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li, matul il-proċedura, la l-Awstrija u ebda parti terza interessata ma ssuġġerew lill-Kummissjoni kampjun ta' ajruporti komparabbli li jistgħu jintużaw f'dan il-każ u li huma komparabbli biżżejjed mal-KLU f'termini tal-volum ta' traffiku, it-tip ta' traffiku, it-tip u l-livell ta' servizzi pprovduti fl-ajruport, il-prossimità tal-ajruport għal belt kbira, l-għadd ta' abitanti fiż-żona ta' kummerċ, il-prosperità taż-żona tal-madwar u ż-żoni ġeografiċi differenti minn fejn jistgħu jiġu attirati l-passiġġieri.

(270)

L-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 kien limitat għal tqabbil bejn it-tariffi mħallsin minn Ryanair fl-ajruporti ta' […] u […] u t-tariffi mħallsin minn Ryanair skont il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport fil-KLU. L-istudju ma vvalutax jekk il-kampjun tal-ajruporti li huma parametru referenzjarju ssodisfax il-kriterji kollha stabbiliti fil-linji gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, peress li huwa vvaluta biss il-volumi ta' traffiku, it-tip ta' traffiku tal-ajruport u l-prosperità taż-żona tal-madwar (50).

(271)

Anki jekk kien disponibbli kampjun ta' ajruporti komparabbli, metodu komparattiv kien ikun totalment imprattikabbli f'dan il-każ. Kif intwera hawn fuq, l-iskema ta' inċentivi li trid tiġi analizzata toffri skontijiet differenti għal-linji tal-ajru sabiex jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru speċifiċi ħafna (għal destinazzjonijiet ta' titjiriet ġodda, għall-konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti intensifikati u għal konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti aktar frekwenti u aktar affidabbli). Barra minn hekk, għandhom jiġu analizzati pakketti kumplessi rigward il-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni bejn KFBG u l-linji tal-ajru. Il-pakketti jikkonsistu fi ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni (xi drabi kkombinati fi ħdan l-istess mezz legali). Dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu bosta “prezzijiet”, jiġifieri diversi tariffi tal-ajruport, il-prezz tas-servizzi ta' groundhandling u l-prezz tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, li wħud minnhom jiddependu fuq in-numru ta' passiġġieri u oħrajn fuq in-numru ta' movimenti tal-inġenji tal-ajru, b'oħrajn jinvolvu ammonti fissi. Għalhekk, kull waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet twassal għal sett kumpless ta' flussi finanzjarji bejn l-operatur ta' ajruport u l-linja tal-ajru u s-sussidjarji tagħha, li jikkonsistu fid-dħul mit-tariffi tal-ajruport, id-dħul marbut mas-servizzi ta' groundhandling u d-dħul marbut mas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(272)

Għaldaqstant, tqabbil sempliċiment bejn it-tariffi tal-ajruport fatturati mill-KFBG għal-linji tal-ajru kkonċernati u t-tariffi tal-ajruport fatturati fl-ajruporti ta' tqabbil ma jipprovdi ebda indikazzjoni utli dwar jekk it-test tal-MEO kienx issodisfat. Mill-inqas, sabiex it-tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni jitqabblu b'mod validu, ikun meħtieġ li jiġu identifikati, għall-ajruporti fil-kampjun tat-tqabbil, sett ta' tranżazzjonijiet komparabbli, li b'mod partikolari jridu jinkludu servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ekwivalenti u servizzi ta' groundhandling ekwivalenti. L-identifikazzjoni ta' dan il-kampjun ta' tranżazzjonijiet komparabbli tkun impossibbli, minħabba li t-tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni huma daqstant kumplessi u speċifiċi u aktar u aktar minħabba li l-prezzijiet tas-servizzi ta' groundhandling u tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni rarament isiru pubbliċi u jkun diffiċli li jinkisbu sabiex tiġi fformata bażi għat-tqabbil.

(273)

Fl-aħħar nett, jekk nassumu li jista' jkun stabbilit, abbażi ta' analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” applikati fid-diversi tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni kienu ekwivalenti għal jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti bl-użu tal-kampjun ta' tranżazzjonijiet ta' tqabbil, il-Kummissjoni xorta waħda ma tkunx tista' tikkonkludi li dawk it-tranżazzjonijiet kienu jikkorrespondu għall-prezz tas-suq jekk jirriżulta li, meta ġew konklużi, l-operatur tal-ajruport seta' jistenna li dawn iwasslu għal kostijiet inkrementali ogħla mid-dħul inkrementali. MEO fil-fatt ma jkunx interessat li joffri prodotti jew servizzi bil-“prezz tas-suq” jekk dan iwassal għal telf inkrementali.

(274)

Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġi mtenni fil-kuntest ta' din l-analiżi li, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-2014, kemm l-Awstrija kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu kummenti dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-linji gwida għal dan il-każ (ara l-premessa 8). F'dan il-każ, la l-Awstrija u lanqas il-partijiet interessati ma kkontestaw fis-sustanza l-approċċ tal-Kummissjoni li abbażi tiegħu, meta ma jkunx jista' jiġi identifikat parametru referenzjarju xieraq sabiex jiġi stabbilit prezz tas-suq veru għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti lil-linji tal-ajru, l-aktar kriterju rilevanti sabiex jiġu vvalutati l-arranġamenti konklużi bejn dawn iż-żewġ partijiet huwa analiżi tal-profittabbiltà inkrementali ex ante.

(275)

Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-approċċ ġeneralment irrakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-applikazzjoni tat-test tal-MEO għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-linji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali ex ante, irid jiġi applikat għal dan il-każ. (51)

(276)

Dan l-approċċ hu ġġustifikat mill-fatt li operatur ta' ajruport jista' jkollu interess oġġettiv fil-konklużjoni ta' tranżazzjoni ma' linja tal-ajru meta jkun jista' jistenna b'mod raġonevoli li din it-tranżazzjoni se ttejjeb il-profitti tiegħu (jew tnaqqas it-telf tiegħu) meta mqabbla mas-sitwazzjoni kontrofattwali li fiha din it-tranżazzjoni ma tiġix konkluża, irrispettivament minn kwalunkwe tqabbil mal-kundizzjonijiet offruti lil-linji tal-ajru minn operaturi ta' ajruporti oħrajn, jew saħansitra mal-kundizzjonijiet offruti mill-istess operaturi ta' ajruport lil linji tal-ajru oħrajn.

(277)

Minbarra l-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, l-infrastruttura tal-ajruport trid tkun miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u mhux tkun iddedikata għal linja tal-ajru speċifika sabiex jiġi eskluż li l-vantaġġ li jirriżulta mill-għajnuna kompatibbli lill-operatur tal-ajruport ma jiġix ittrasferit lil linja tal-ajru speċifika.

(278)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-differenzazzjoni fil-prezz hi prattika standard tan-negozju. Madankollu, tali politiki tal-ipprezzar differenzjati għandhom ikunu kummerċjalment ġustifikati.

(279)

L-iskema ta' inċentivi tal-2005 ġiet introdotta bil-għan li ttejjeb il-kompetittività tal-KLU. Meta ġie biex ifassal l-iskema ta' inċentivi tal-2005, l-operatur tal-KLU analizza l-għadd ta' passiġġieri, il-movimenti fl-ajruport, kif ukoll ir-riżultati finanzjarji tas-snin preċedenti. Skont l-Awstrija, tqabbil fis-suq imwettaq f'dak iż-żmien wera li, minħabba l-kostijiet fissi medji għoljin tiegħu, il-KLU kien ajruport partikolarment għali fl-Awstrija.

(280)

Il-Kummissjoni tosserva li, mill-1 ta' Ottubru 2003, AUA naqqset b'mod unilaterali l-pagamenti tagħha għat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul dovuti fil-KLU. Għalkemm fl-20 ta' Ottubru 2005 KFBG u AUA ffirmaw ftehim ta' saldu li jikkonċerna l-ħlas ta' tariffa fuq it-tlugħ u l-inżul matul il-perjodu tal-1 ta' Ottubru 2003 sal-20 ta' Ottubru 2005, KFBG kellha tiffaċċja nuqqasijiet konsiderevoli fir-rigward tal-ħlasijiet tat-tariffi tal-ajruport minn Ottubru 2003 sa Ottubru 2005. Barra minn hekk, il-ftehimiet kollha tal-2002 bejn KFBG, DMG, Ryanair, LV u AMS intemmu f'daqqa f'Ottubru 2005, meta Ryanair waqfet topera s-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru bejn KLU u STN minħabba raġunijiet ekonomiċi. Dawn il-fatturi kollha flimkien wasslu lill-KLU sabiex jerġa' jikkunsidra l-politika tal-ipprezzar tiegħu u jintroduċi l-iskema ta' inċentivi tal-2005.

(281)

Skont l-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, tħejja studju dettaljat tal-profittabbiltà ex ante mill-bord eżekuttiv ta' KFBG u li mbagħad kien awtorizzat mill-bord superviżorju ta' KFBG.

(282)

Meta tivvaluta dan l-istudju tal-profittabbiltà ex ante, il-Kummissjoni tosserva li KFBG ħejjiet studju komprensiv abbażi tas-sistema kontabilistika bbażata fuq il-kostijiet sħaħ tagħha. Din l-analiżi ex ante tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tinkludi formula dettaljata għall-kalkolu tal-kostijiet sħaħ ta' KFBG. Il-kostijiet huma maqsuma f'fatturi ta' kostijiet differenti li jkopru l-kostijiet kollha mġarrba fl-operat tal-ajruport (tariffa fuq l-inżul, tariffa fuq l-infrastruttura tal-inżul, tariffa fuq l-infrastruttura tal-ajru, tariffa tal-passiġġieri, tariffa fuq l-immaniġġjar tat-traffiku, tariffa fuq l-immaniġġjar ta' servizzi fuq ir-rampa). L-istudju tal-profittabbiltà jinkludi wkoll spjegazzjoni dettaljata ta' kif ġie kkalkolat il-fattur tal-kost ta' EUR […] għall-kostijiet skont l-għadd ta' titjiriet, jiġifieri MTOW, u ta' EUR […] skont l-għadd ta' passiġġieri, abbażi tas-sistema tal-kalkolu tal-kostijiet ta' KFBG fis-seħħ f'dak iż-żmien. Billi 51 % tal-immaniġġjar tat-traffiku kien sottokuntrattat lil Tyrolean Airways, dawn il-kostijiet ġew indikati fil-kalkolu tal-kostijiet bħala kostijiet ta' servizzi ta' parti terza. Ir-rata tal-imgħax tal-kapitalizzazzjoni ta' 8 %, kif indikata minn KFBG, ġiet ikkalkolata skont il-metodu tal-Kost Medju Ponderat tal-Kapital u kienet tikkorrespondi għar-rata kif ippubblikata mill-ajruport ta' Vjenna mill-2002. Bħala introjtu minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, KFBG elenkat fatturi tal-introjtu bħalma huma l-ħwienet tal-ajruport, il-parkeġġ fl-ajruport, il-maħżen tal-merkanzija u l-introjtu minn ftehimiet ta' kiri u lokazzjoni. L-introjtu medju ta' dawn is-sorsi nieqes il-kostijiet ta' dawn is-sorsi, imkejla abbażi tad-data osservata mis-snin riċenti, wassal għal introjtu medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi ta' EUR […] għal kull passiġġier. KFBG indikat ċifra għad-dritt ta' EUR […] ta' introjtu minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier. Dawk is-suppożizzjonijiet sottostanti kollha jidhru li huma raġonevoli. B'mod partikolari, huma bbażati fuq osservazzjonijiet tad-dħul u tal-kostijiet u, fil-każ tad-data dwar il-kostijiet, fuq sistema elaborata ta' kejl tal-kostijiet.

(283)

Dawn il-valuri stabbiliti għall-kostijiet u l-introjtu ta' KFBG intużaw sussegwentement fl-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji f'mudelli ta' kalkolu differenti. Dawn il-mudelli kienu jirrappreżentaw rotot previsti differenti minn u lejn il-KLU b'inġenji tal-ajru differenti u taħt is-suppożizzjoni ta' gradi differenti ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità. Ir-rotot magħżula kienu jikkorrespondu għar-rotot tipiċi ta' interess ta' ajruport reġjonali żgħir bħalma huwa l-ajruport ta' Klagenfurt. Dawk l-analiżijiet huma konformi mal-metodu tal-kostijiet inkrementali stabbilit fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni, minħabba li jkejlu jekk id-dħul mistenni mit-traffiku addizzjonali taħt kull mudell jistax ikun mistenni li jkopri l-kostijiet inkrementali korrispondenti u profitt raġonevoli. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awstrija ssottomettiet mudelli addizzjonali, bil-għan li tkopri x-xenarji tipiċi kollha u r-rotot possibbli ta' interess għal KFBG fl-2005.

(284)

L-Awstrija sostniet li l-KLU stenna li ma kien meħtieġ l-ebda investiment addizzjonali sabiex jiġu pprovduti servizzi tal-ajruport addizzjonali lil-linji tal-ajru attirati mill-iskema ta' inċentivi tal-2005. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li l-iskema ta' inċentivi tal-2005 offriet skontijiet biss għal linji tal-ajru ġodda, konnessjonijiet ġodda jew żidiet fl-għadd ta' passiġġieri, bil-konsegwenza li ma ħallietx impatt negattiv fuq l-istatus quo fl-ajruport. Il-Kummissjoni tinnota li, partikolarment wara t-tluq ta' Ryanair f'Ottubru 2005, il-KLU kellu kapaċitajiet żejda, bil-konsegwenza li t-traffiku addizzjonali seta' jiġi mmaniġġjat mingħajr il-ħtieġa li tiġi ammeljorata l-infrastruttura, jinkiseb tagħmir addizzjonali jew jiġu ingaġġati impjegati ġodda. L-Awstrija kkonfermat li ma kienx hemm ħtieġa li jiġu ingaġġati impjegati ġodda, li tiġi estiża l-infrastruttura eżistenti jew li jinkiseb tagħmir ieħor sabiex jiġu servuti linji tal-ajru jew konnessjonijiet ġodda (pereżempju, iċ-ċinturini tal-bagalji u l-persunal eżistenti kienu biżżejjed). B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kostijiet inkrementali kienu limitati għall-inċentivi offruti mill-skema ta' inċentivi tal-2005.

(285)

Barra minn hekk, il-KLU stenna li kwalunkwe linja tal-ajru jew konnessjoni ġdida tista' twassal sabiex jiġi ġġenerat dħul minn attivitajiet kemm ajrunawtiċi kif ukoll mhux ajrunawtiċi. Skont l-Awstrija, minħabba li l-livell tal-kostijiet baqa' stabbli, kwalunkwe linja tal-ajru jew konnessjoni ġdida għandha tipprovdi kontribut pożittiv għall-profittabbiltà tal-ajruport. Għalhekk, minn perspettiva ex ante, il-KLU jista' jistenna li kwalunkwe linja tal-ajru jew konnessjoni ġdida twassal għal żieda fid-dħul, peress li ma kien meħtieġ l-ebda investiment fl-istess żmien. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, minn perspettiva ex ante, l-iskema ta' inċentivi tal-2005 kienet tabilħaqq profittabbli b'mod inkrementali.

(286)

Din il-konklużjoni hija msaħħa mill-fatt li KFBG fil-fatt irnexxielha tattira għadd ta' linji tal-ajru ġodda (bħal Air Berlin, Robin Hood, Condor, Lufthansa, Germanwings) sabiex tintensifika d-destinazzjonijiet eżistenti (AUA) u tistabbilixxi konnessjonijiet ġodda wara l-introduzzjoni tal-iskema ta' inċentivi tal-2005. L-istrateġija bbażata fuq l-iskontijiet applikata mill-KLU sabiex iżid in-negozju tiegħu kienet suċċess. Fl-aħħar nett, id-data disponibbli turi li l-iskeda ta' inċentivi tal-2005 irriżultat f'żieda gradwali ta' dħul għall-ajruport (dħul mill-avjazzjoni u minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi minn […] fl-2006 għal EUR […] fl-2010).

(287)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li meta tiġi biex tivvaluta l-iskema ta' inċentivi tal-2005, hija għandha tivvaluta wkoll il-punt safejn l-arranġamenti jistgħu jitqiesu bħala parti mill-implimentazzjoni ta' strateġija globali tal-ajruport sabiex jasal għal profittabbiltà, mill-inqas fuq perjodu ta' żmien twil. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni trid tqis l-evidenza fattwali li kienet disponibbli u l-iżviluppi li b'mod raġonevoli jistgħu jkunu mistennija fiż-żmien meta saret l-iskema ta' inċentivi tal-2005, b'mod partikolari l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-bidliet fis-suq ikkawżati mil-liberalizzazzjoni fis-suq tat-trasport bl-ajru, id-dħul fis-suq u l-iżvilupp ta' trasportaturi bi prezzijiet baxxi u trasportaturi oħrajn li jivvjaġġaw minn punt sa punt, il-bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u ekonomika tal-industrija tal-ajruporti, kif ukoll il-livell ta' diversifikazzjoni u kumplessità tal-funzjonijiet imwettqa mill-ajruporti, it-tisħiħ tal-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru u l-ajruporti, l-ambjent ekonomiku inċert minħabba l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti jew kwalunkwe inċertezza oħra fl-ambjent ekonomiku. Il-Kummissjoni tinnota li, kif deskritt fil-premessi 279-280, kien hemm diversi raġunijiet (bħan-nuqqasijiet fir-rigward tal-ħlasijiet tat-tariffi tal-ajruport minn Ottubru 2003 sa Ottubru 2005 minn AUA, kif ukoll it-tluq ta' Ryanair minn Ottubru 2005) li wasslu lill-KLU sabiex iqis l-iskema ta' inċentivi tal-2005 bħala pass meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-vijabbiltà u l-profittabbiltà tiegħu fil-ġejjieni.

(288)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-infrastruttura tal-ajruport tal-KLU hija miftuħa għal-linji tal-ajru kollha u mhijiex iddedikata għal linja tal-ajru speċifika. Bl-istess mod, l-iskema ta' inċentivi tal-2005 ġiet ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-KLU u kienet miftuħa għal-linji tal-ajru interessati kollha.

7.2.3.   Konklużjoni

(289)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-KLU aġixxa bħala MEO meta adotta l-iskema ta' inċentivi tal-2005. Għalhekk, il-miżura ma tat ebda vantaġġ ekonomiku lil-linji tal-ajru affettwati u ma kienet tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għandu jiġi enfasizzat li din il-konklużjoni tgħodd biss għal-linji tal-ajru li għalihom l-iskema ta' inċentivi tal-2005 ġiet applikata bħala tali. Kull meta l-applikazzjoni tal-iskema lil linja tal-ajru partikolari kienet ikkombinata ma' ftehim bilaterali, pereżempju, ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni, din il-konklużjoni ma tapplikax awtomatikament. Tabilħaqq, f'ċirkostanzi bħal dawn, l-effetti kkombinati tal-iskema ta' inċentivi u tal-ftehim bilaterali għandhom jitqiesu meta jiġi applikat il-prinċipju tal-MEO.

7.3.   Il-konklużjoni tal-ftehim ta' saldu ma' AUA u l-applikazzjoni tal-iskema ta' inċentivi tal-2005 għal AUA

7.3.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(290)

Billi tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru, AUA twettaq attività ekonomika u, għalhekk, tikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.3.2.   Vantaġġ ekonomiku

(291)

Sabiex jiġi vvalutat jekk ftehim bejn ajruport pubbliku b'riżorsi pubbliċi għad-dispożizzjoni tiegħu u linja tal-ajru jagħtix vantaġġ ekonomiku lil tal-aħħar, jeħtieġ li jiġi analizzat jekk dak il-ftehim kienx konformi mal-prinċipju tal-MEO kif deskritt hawn fuq fil-premessi minn 261 sa 278.

7.3.2.1.   Qafas ta' żmien għall-Valutazzjoni tad-dħul u l-kostijiet inkrementali

(292)

Meta jiġi biex jiddeċiedi jekk jidħolx jew le fi ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u/jew ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, MEO jagħżel qafas ta' żmien għall-valutazzjoni tiegħu abbażi tat-terminu tal-ftehim. Fi kliem ieħor, MEO prudenti jivvaluta l-kostijiet u d-dħul inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehim.

(293)

F'dan il-każ, għandha tiġi osservata partikularità għas-sitwazzjoni ta' KFBG fil-mument tal-iffirmar tal-ftehim ma' AUA. Fl-20 ta' Ottubru 2005, KFBG kellha tqis mhux biss l-iżvilupp tar-relazzjoni kuntrattwali tagħha ma' AUA għall-ġejjieni, iżda wkoll tal-imgħoddi sa Ottubru 2003. Mill-1 ta' Ottubru 2003, AUA naqqset b'mod unilaterali l-pagamenti tagħha għat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul dovuti f'dak iż-żmien fil-KLU. Għalhekk, fis-17 ta' Novembru 2003, KFBG ressqet kawża ċivili kontra AUA fil-qorti distrettwali lokali dwar it-tariffi tal-ajruport li għadhom dovuti. Għalhekk, meta ffirmat il-ftehim ta' saldu fl-20 ta' Ottubru 2005 wara din it-tilwima, KFBG kellha tqis mhux biss it-tariffi tal-ajruport li riedu jitħallsu fil-ġejjieni minn AUA, iżda wkoll it-tariffi tal-ajruport li kienu għadhom pendenti mill-perjodu ta' qabel, li hija kienet qed tittama li tirkupra.

7.3.2.2.   Valutazzjoni

(294)

Fl-20 ta' Ottubru 2005, KFBG u AUA ffirmaw ftehim ta' saldu li jikkonċerna l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2003 sal-20 ta' Ottubru 2005. F'dan il-ftehim ta' saldu, iż-żewġ partijiet qablu li jtemmu żewġ litigazzjonijiet differenti li kienu għadhom għaddejjin. L-ewwel litigazzjoni fil-qorti distrettwali lokali kienet tikkonċerna l-kawża ċivili mressqa minn KFBG kontra AUA dwar it-tariffi tal-ajruport li kienu għadhom pendenti. It-tieni litigazzjoni kienet tikkonċerna kawża ta' AUA kontra KFBG dwar id-dritt tal-kompetizzjoni fil-qorti tal-kartell nazzjonali.

(295)

Il-punti li ġejjin ġew miftiehma fil-ftehim ta' saldu:

AUA qablet li tħallas EUR […] lil KFBG.

Iż-żewġ partijiet qablu li l-iskema ta' inċentivi tal-2005 saret parti mill-ftehim ta' saldu u kellha tiġi applikata għal AUA mill-1 ta' Ottubru 2003.

(296)

L-Awstrija tafferma li KFBG/DMG ma ħejjiet ebda pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante qabel ikkonkludiet il-ftehim ta' saldu ma' AUA.

(297)

Hija spjegat li qabel l-iffirmar tal-ftehim ta' saldu, KFBG, KLH u d-ditta legali li tirrappreżenta lil KFBG fiż-żewġ proċeduri tal-qorti evalwaw fid-dettall il-vantaġġi u l-iżvantaġġi legali u ekonomiċi tal-iffirmar tal-ftehim. Sabiex turi dawn l-evalwazzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet, l-Awstrija ssottomettiet bosta rapporti u protokolli sottomessi mill-bord maniġerjali ta' KFBG lill-bord superviżorju ta' KFBG, (52) kif ukoll id-dokumenti legali disponibbli tal-proċedimenti legali.

(298)

Minn dawn id-dokumenti tista' tinsilet il-konklużjoni li ġejja:

(299)

Minn naħa waħda, f'Ottubru 2005, AUA kellha dejn totali ta' EUR […] ta' tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul mhux imħallsin lill-KLU. Għal din ir-raġuni, KFBG ressqet kawża ċivili fil-qorti distrettwali lokali kontra AUA, hekk kif kienet temmen li AUA ma kinitx intitolata li tnaqqas il-pagamenti tagħha b'mod unilaterali minn Ottubru 2003. Billi KFBG issodisfat l-obbligi tagħha mill-ftehim dwar is-servizzi tal-ajru tagħha ma' AUA, kien jidher li huwa konsegwenti għal KFBG li tieħu azzjoni legali.

(300)

Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li, fis-7 ta' Jannar 2004, AUA ssottomettiet motiv ta' difiża fit-tul f'dan il-proċediment. Barra minn hekk, fis-17 ta' Ottubru 2004, AUA ppreżentat rikors fil-qorti tal-kartell nazzjonali skont id-dritt tal-kompetizzjoni nazzjonali minħabba abbuż ta' pożizzjoni dominanti minn KFBG. Għalhekk, KFBG kienet qed tiffaċċja oppożizzjoni legali qawwija minn AUA waqt li kienet qed tipprova tinforza l-pretensjonijiet tagħha tal-ħlas tat-tariffi kollha tal-ajruport minn AUA.

(301)

Fl-istess ħin, is-sitwazzjoni ekonomika ta' KFBG kienet affettwata serjament mit-tariffi tal-ajruport pendenti u mit-tul tat-tilwima kontinwa. Ir-rapporti tal-bord superviżorju ta' KFBG (53) juru li t-tariffi tal-ajruport pendenti kellhom impatt negattiv ħafna fuq il-likwidità ta' KFBG u li, bħala konsegwenza, l-azzjonisti ta' KFBG kienu obbligati li jagħtu lil KFBG għotja ta' EUR […]. Din il-ħtieġa għal flus kontanti hija kkonfermata mid-dikjarazzjonijiet tal-fluss tal-flus ta' KFBG għas-snin 2003-2005.

(302)

Kif juru d-dokumenti legali tal-proċediment, ma kien hemm ebda possibbiltà għal KFBG li titlob mandat preliminari kontra AUA għall-ħlas, minħabba li l-kundizzjonijiet għal dan l-istrument legali ma ġewx issodisfati fis-sitwazzjoni ta' KFBG. Fl-istess ħin, AUA rrifjutat li tħallas l-ammont totali ta' tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul minħabba li sostniet li dawn it-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul kienu ferm ogħla mit-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul li kienet qed tħallas Ryanair fl-istess żmien fil-KLU. AUA talbet li tingħata trattament ugwali għal Ryanair u bbażat l-allegat dritt tagħha għal kundizzjonijiet ugwali għal Ryanair fuq diversi argumenti: L-obbligu tal-KLU li jikkuntratta u d-dmir tiegħu li jagħti trattament ugwali; l-abbuż mill-KLU ta' pożizzjoni dominanti u l-protezzjoni kontra l-kompetizzjoni inġusta. Barra minn hekk, AUA sostniet li l-KLU kiser l-Art. 63 tal-Luftfahrtgesetz (l-Att dwar l-Avjazzjoni Nazzjonali, minn hawn 'il quddiem “LFG”) u l-Art. 20 taz-Zivilflugplatz-Betriebsordnung (ir-Regolament Operattiv dwar l-Ajruporti Ċivili, minn hawn 'il quddiem “ZFBO”). Skont l-Art.63 tal-LFG, l-ajruporti ċivili għandhom isiru aċċessibbli taħt l-istess kundizzjonijiet għall-parteċipanti kollha tal-avjazzjoni. Skont l-Art. 20 taz-ZFBO, it-tariffi tal-ajruport għandhom ikunu bbażati fuq karatteristiċi oġġettivi. Billi dawn l-argumenti legali ma kinux prima facie infondati kompletament, KFBG ma setgħetx tkun ċerta li AUA kienet se titlef il-proċedura ta' qorti ċivili fil-qorti distrettwali lokali.

(303)

Barra minn hekk, kif turi l-korrispondenza bejn KFBG u AUA fiż-żewġ proċedimenti legali, AUA heddet lil KFBG matul il-proċedimenti li twaqqaf is-servizz fil-KLU bħala destinazzjoni ta' AUA. Is-servizz ta' AUA bejn Klagenfurt u l-kapitali Awstrijaka Vjenna kien u għadu l-aktar konnessjoni ta' servizz tal-ajru importanti għall-KLU. Għalhekk, kien essenzjali għal KFBG li żżomm il-konnessjoni regolari tagħha maċ-ċentru ta' AUA ta' Vjenna. Bħala konsegwenza ta' din it-theddida, fl-2004 u l-2005 KFBG fittxet linji tal-ajru alternattivi sabiex tiżgura konnessjoni ta' titjiriet lejn Vjenna f'każ li AUA tabilħaqq twaqqaf is-servizzi tagħha lejn il-KLU.

(304)

Kif iddikjarat l-Awstrija, KFBG ma rnexxilhiex issib linja tal-ajru alternattiva oħra li toffri servizzi simili għal dawk offruti minn AUA bejn il-KLU u l-ajruport ta' Vjenna. It-twaqqif tas-servizzi ta' AUA kien ifisser li l-KLU jitlef il-linja tal-ajru ewlenija tiegħu, li allura kien iwassal sabiex l-obbligazzjonijiet jaqbżu l-assi.

(305)

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Awstrija pproduċiet analiżi ex ante rikostruwita dettaljata tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' KFBG fl-20 ta' Ottubru 2005.

Tabella 8

Analiżi ex ante rikostruwita ta' erba' xenarji differenti bejn KFBG u AUA

Kalkolu tax-xenarji abbażi ta' estrapolazzjoni tal-2005

Xenarju 1

L-inklużjoni ta' AUA bħala Aġent tal-Ħlas sħiħ

Xenarju 2

L-ommissjoni sħiħa ta' AUA

Xenarju 3

L-inklużjoni ta' AUA b'Inċentiv

Xenarju 4

Is-sena tal-proċess ta' AUA

Qligħ

(…)

(…)

(…)

(…)

Qligħ annwali

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-Fluss tal-Flus

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-Fluss tal-Flus wara l-investimenti

(…)

(…)

(…)

(…)

Bażi tal-2005 f'eluf ta' EUR

Passiġġieri li jitilqu

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

Inċentiv

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul wara l-aġġustament tal-valur ta' AAG

 

 

 

(…)

Revenues Aeronautical

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul ieħor

(…)

(…)

(…)

(…)

Qligħ

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż materjali

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż tal-persunal

(…)

(…)

(…)

(…)

Deprezzament

(…)

(…)

(…)

(…)

Spejjeż operatorji

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

Rimborż mill-Kooperattivi ta' Kummerċjalizzazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

Qligħ

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultat finanzjarju

(…)

(…)

(…)

(…)

Riżultati annwali

(…)

(…)

(…)

(…)

Fluss tal-flus (Profitt nett flimkien ma' Afa)

(…)

(…)

(…)

(…)

L-investimenti meħtieġa fis-sostituzzjoni għal kull sena ta' EUR 1 500 000 -2 000 000

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-fluss tal-flus wara l-investimenti

(…)

(…)

(…)

(…)


Il-Proġett AAG Destinazzjoni Vjenna u Frankfurt tal-2005

 

MTOW (Vjenna u Frankfurt)

(…)

Passiġġieri li jitilqu (Vjenna u Frankfurt)

(…)

Rotazzjonijiet

(…)

Dħul tal-proġett

(…)

Kostijiet tal-proġett/kostijiet marġinali

 

Immaniġġjar tat-Traffiku (*2)

(…)

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

Il-kostijiet totali tal-proġett arrotondati

(…)

Is-suċċess tal-proġett arrotondat

(…)

L-inċentiv arrotondat

(…)

(306)

Meta ġiet biex tħejji l-analiżi fit-tabella 8, l-Awstrija qieset il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: L-Analiżi tippreżenta erba' xenarji differenti u r-riżultati finanzjarji rispettivi tagħhom għal KFBG.

(a)

Ix-xenarju tat-tkomplija tal-ftehim ma' AUA li tħallas it-tariffi kollha tal-ajruport qabel Ottubru 2003 (is-sitwazzjoni li kieku AUA kompliet tħallas it-tariffi);

(b)

Ix-xenarju ta' twaqqif komplet tas-servizzi kollha fil-KLU minn AUA;

(c)

Ix-xenarju tal-kontinwazzjoni tal-ftehim ma' AUA bl-applikazzjoni tal-iskema ta' inċentivi tal-2005 (l-iffirmar tal-ftehim ta' saldu) u

(d)

Ix-xenarju b'kontinwazzjoni tal-ftehim ma' AUA li tkompli tħallas parti biss mit-tariffi tal-ajruport dovuti (is-sitwazzjoni mingħajr l-iffirmar tal-ftehim ta' saldu).

(307)

Il-Kummissjoni tinnota li l-aħħar tliet xenarji biss kienu alternattivi possibbli għal KFBG fis-sitwazzjoni tal-litigazzjonijiet ma' AUA, minħabba li l-ewwel xenarju kien biss ta' natura teoretika. Madankollu, minn fost dawn it-tliet xenarji, it-tielet xenarju biss deher li kien alternattiva raġonevoli għal MEO li jkun fis-sitwazzjoni ta' KFBG. Fir-raba' xenarju, li fih KFBG ma kinitx tiffirma l-ftehim ta' saldu u AUA kienet tkompli tħallas biss parti mit-tariffi tal-ajruport, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' KFBG u l-likwidità tagħha kienu jkomplu jiddeterjoraw. Meta mqabbel max-xenarji l-oħrajn, ir-raba' xenarju kien iwassal għal fluss tal-flus negattiv ċar għall-ġejjieni ta' KFBG. Saħansitra agħar kien ikun ir-riżultat fit-tieni xenarju, f'każ li AUA kienet twaqqaf is-servizzi tagħha lejn il-KLU minħabba li ma ffirmatx il-ftehim ta' saldu u l-kontinwazzjoni tal-litigazzjonijiet. F'dan ix-xenarju, il-fluss tal-flus kien ikun saħansitra agħar għal KFBG fil-ġejjieni.

(308)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li t-tielet xenarju kien l-uniku xenarju raġonevoli li seta' jintgħażel għal MEO fis-sitwazzjoni ta' KFBG f'Ottubru 2005. It-tielet xenarju kien ifisser li AUA jkollha tħallas it-tariffi tal-ajruport dovuti, iżda mhux l-ammont sħiħ, jiġifieri EUR […] biss mid-dejn totali ta' EUR […]. MEO kien iqis it-telf parzjali tat-tariffi tal-ajruport meta jevalwa l-effetti pożittivi tal-ftehim ta' saldu: Minħabba l-ftehim ta' saldu, kważi żewġ terzi tad-dejn totali jitħallsu minn AUA, li jwassal għal fluss tal-flus pożittiv fil-ġejjieni, it-tneħħija tal-problemi ta' likwidità tal-KLU u l-iżgurar, fl-istess ħin, tal-kontinwazzjoni tas-servizzi tal-ajru regolari ta' AUA fil-KLU. Ir-riżultat skontat mistenni tat-tielet xenarju kien pożittiv.

(309)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li minn perspettiva ex ante, MEO privat kien jiffirma l-ftehim ta' saldu minflok jagħżel waħda mill-alternattivi l-oħrajn.

7.3.3.   Konklużjoni

(310)

Il-Kummissjoni tqis li KFBG/DMG aġixxew bħal MEO meta kkonkludew il-ftehim ta' saldu ma' AUA. Għalhekk, id-deċiżjoni li jiġi konkluż il-ftehim ta' saldu ma tat ebda vantaġġ ekonomiku lil AUA u ma tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.4.   Il-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, LV u AMS

7.4.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(311)

Ryanair tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru. LV u AMS jipprovdu servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Il-provvista ta' servizzi bħal dawn hija attività ekonomika. Għalhekk, Ryanair, LV u AMS jikkostitwixxu impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.4.2.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat

(312)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura għandha tkun imputabbli għall-Istat. Għall-kriterji użati sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat, issir referenza għall-premessi 224 sa 232.

(313)

Il-Kummissjoni tinnota li KFBG/DMG huma 100 % proprjetà tal-Istat. Sal-2003, l-ishma ta' KFBG/DMG kienu miżmuma mir-Repubblika tal-Awstrija 60 %, mill-Istat ta' Carinthia 20 % u mill-belt ta' Klagenfurt 20 %. F'April 2003, l-Istat ta' Carinthia ħa f'idejh l-ishma tar-Repubblika tal-Awstrija. Għalhekk, mill-2003 'il quddiem, l-ishma kienu miżmuma mill-Istat ta' Carinthia 80 % u mill-belt ta' Klagenfurt 20 %. B'hekk, KFBG/DMG iridu jitqiesu bħala impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE, (54) li l-fondi tagħhom huma riżorsi tal-Istat.

(314)

Il-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, AMS u LV huma wkoll imputabbli għall-Istat. L-ewwel nett, dan kien iddikjarat mill-Awstrija bl-ispjegazzjoni li l-Istat ta' Carinthia kien involut fil-konklużjoni tal-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni kollha bejn KFBG/DMG u l-linji tal-ajru. B'mod aktar ġenerali, l-Istat ta' Carinthia nżamm infurmat dwar l-evoluzzjoni relatata mal-ftehimiet kollha permezz tal-bordijiet superviżorji u maniġerjali ta' KFBG u DMG. L-Istat ta' Carinthia qies il-konklużjoni tal-ftehimiet differenti bħala li kienet fl-interess ta' Carinthia. It-tieni nett, l-Istat ta' Carinthia ffinanzja l-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni li seħħew permezz tal-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi minn KFBG/DMG.

(315)

L-Awstrija kkonfermat ukoll espliċitament dan l-involviment b'referenza għall-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair u AMS. Il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-gvern fil-ftehimiet tal-2002 huma kkonfermati wkoll mill-minuti tal-laqgħat tal-gvern tal-Istat ta' Carinthia, li fihom ġiet diskussa l-konklużjoni kemm tal-ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru kif ukoll tal-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni (55).

(316)

Barra minn hekk, il-kostijiet ta' dawn il-ftehimiet tal-2002 tħallsu mill-Istat ta' Carinthia u mill-Belt ta' Klagenfurt (ara t-taqsima 7.1.), finanzjament mill-Istat li kien miftiehem qabel il-konklużjoni tal-ftehim mal-linja tal-ajru u li kien jeħtieġ li l-Istat ta' Carinthia jaqbel mill-inqas b'mod impliċitu mal-ftehimiet.

(317)

L-istruttura organika u l-katina tal-influwenza huma indikatur ulterjuri tal-imputabbiltà tal-konklużjoni tal-pakkett ta' ftehim lill-Istat. Kif deskritt fil-premessi minn (228) sa (232), id-deċiżjonijiet tal-Istat ta' Carinthia u tal-belt ta' Klagenfurt kienu imputabbli għall-Istat. Iż-żewġ azzjonisti ta' KFBG ħatru l-bord superviżorju ta' KFBG/DMG (li min-naħa tiegħu ħatar il-maniġment) bir-riżultat li l-bord superviżorju (u l-maniġment) ta' KFBG kienu jirrappreżentaw ukoll il-proporzjonijiet tal-partiti politiċi rrappreżentati fil-gvern tal-Istat ta' Carinthia. L-Istat ta' Carinthia u l-belt ta' Klagenfurt, bħala l-uniċi azzjonisti ta' KFBG/DMG u billi jaħtru l-bordijiet superviżorji ta' KFBG/DMG (li min-naħa tagħhom jaħtru l-maniġment), jistgħu jiġu preżunti bħala li għandhom influwenza dominanti fuq KFBG/DMG u jistgħu jikkontrollaw ir-riżorsi tagħhom.

(318)

Meta kkonkludiet il-ftehimiet ma' Ryanair, KFBG irrappreżentat ukoll b'mod attiv l-interess tal-Istat ta' Carinthia fl-eżistenza u l-manutenzjoni ta' ajruport vijabbli u bi prestazzjoni għolja fi Klagenfurt għall-Istat ta' Carinthia.

(319)

L-Awstrija kkonfermat li l-ftehimiet konklużi bejn KFBG/DMG u Ryanair u s-sussidjarji tagħha huma imputabbli għall-Istat ta' Carinthia fis-sens tal-ġurisprudenza ta' Stardust Marine (56).

(320)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2002 bejn KFBG/DMG u Ryanair/LV/AMS hija imputabbli għall-Istat.

7.4.3.   Vantaġġ ekonomiku

7.4.3.1.   Applikazzjoni tal-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq għall-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, LV u AMS

(321)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO, issir referenza għad-deskrizzjoni fil-premessi minn (261) sa (278) ta' hawn fuq.

(322)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, wara li kkunsidrat il-fatti ta' dan il-każ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ewwel pass għandu jkun li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

jekk il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport għandhomx jiġu analizzati separatament jew flimkien;

x'benefiċċji seta' jistenna li jikseb MEO ipotetiku li jaġixxi minflok KFBG/DMG mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni;

ir-rilevanza, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-MEO, tat-tqabbil tat-termini tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport imsemmija fil-proċedura ta' investigazzjoni formali mat-tariffi tal-ajruport mitluba f'ajruporti oħrajn.

(323)

Wara li indirizzat il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq, il-pass li jmiss għall-Kummissjoni se jkun li tapplika l-prinċipju tal-MEO għall-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, LV u AMS.

(a)   Rigward analiżi tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport flimkien

(324)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fl-applikazzjoni tat-test tal-MEO, iż-żewġ tipi ta' miżuri koperti mill-investigazzjoni formali f'dan il-każ, jiġifieri l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruporti u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, iridu jiġu evalwati flimkien bħala miżura waħda. Dan l-approċċ jikkonċerna l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport konkluż bejn Ryanair u KFBG, fuq naħa waħda, u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV, kif ukoll AMS, fuq in-naħa l-oħra.

(325)

Hemm bosta indikazzjonijiet li jirreferu għall-fatt li dawk il-ftehimiet għandhom jiġu evalwati bħala miżura waħda minħabba li huma ddaħħlu fil-qafas ta' tranżazzjoni waħda.

(326)

L-ewwel nett, il-kuntratti ġew konklużi essenzjalment mill-istess partijiet:

(1)

LV hija sussidjarja 100 % ta' Ryanair. Iż-żewġ ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġew iffirmati f'isem LV mis-Sur Sean Coyle, id-direttur ta' LV li kellu wkoll għadd ta' pożizzjonijiet maniġerjali f'Ryanair, bħal direttur tad-dħul skedat, kif ukoll kap tal-għażla tar-rotot, tal-profittabbiltà, tal-istrateġija tan-netwerk, tal-allokazzjoni tal-kapaċità, tar-relazzjonijiet mal-investituri u direttur kummerċjali. Għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, LV u Ryanair huma meqjusa bħala impriża waħda, fis-sens li LV taġixxi bħala intermedjarju fl-interess u taħt il-kontroll ta' Ryanair. Dan jista' jiġi dedott ukoll mill-fatt li ż-żewġ ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw fil-preambolu tagħhom li “DMG tixtieq taħtar lil LV sabiex […] tipprovdi servizzi skedati ġodda ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru minn postijiet fir-Renju Unit u/jew mill-Ewropa kontinentali sabiex jintużaw inġenji tal-ajru bil-jet moderni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent b'kapaċità ta' mhux inqas minn 140 siġġu (‘is-Servizzi’)”. L-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni tat-22 ta' Jannar 2002 jiddikjara wkoll li “L-operat tas-servizzi għandu jkompli jkun ta' 348 rotazzjoni fis-sena (87 rotazzjoni kull tliet xhur) b'effett minn […].” Dawn id-dikjarazzjonijiet juru kemm dawn il-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni huma interkonnessi b'saħħithom mal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn Ryanair u KFBG.

(2)

AMS hija wkoll sussidjarja 100 % ta' Ryanair. Il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġie ffirmat f'isem AMS mis-Sur Eddie Wilson, direttur ta' AMS li kellu wkoll pożizzjonijiet maniġerjali f'Ryanair, bħala direttur tal-persunal u tad-dmirijiet waqt it-titjira. Għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, AMS u Ryanair huma meqjusa bħala impriża waħda, fis-sens li AMS taġixxi bħala intermedjarja fl-interess u taħt il-kontroll ta' Ryanair. Għal dan il-ftehim, dan jista' jiġi dedott ukoll mill-fatt li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jirreferi fil-preambolu tiegħu diversi drabi għas-sit elettroniku ta' Ryanair: “DMG tixtieq taħtar lil AMS sabiex tipprovdi links tal-Internet għas-sit elettroniku tal-ivvjaġġar ta' suċċess kbir www.ryanair.com. […] AMS irnexxielha tiżviluppa u tkompli topera s-sit elettroniku tal-ivvjaġġar www.ryanair.com. […] il-partijiet iddeċidew li jinvolvu l-użu tas-sit elettroniku www.ryanair.com bħala għodda ta' kummerċjalizzazzjoni […].” Dawn id-dikjarazzjonijiet juru l-interess identiku ta' AMS u Ryanair f'dan il-ftehim.

(3)

DMG hija sussidjarja 100 % ta' KFBG. Kif kien innotat fil-premessa 313 et seq., id-deċiżjoni ta' KFBG li tikkonkludi ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' linji tal-ajru bħal Ryanair kienu imputabbli għall-Istat. L-influwenza tal-kontroll fuq KFBG/DMG kienet, f'dan ir-rigward, eżerċitata mill-Istat ta' Carinthia. Madankollu, meta wieħed iqis li kien dejjem l-Istat ta' Carinthia li ħatar il-bordijiet superviżorji ta' KFBG u DMG u li l-Istat ta' Carinthia effettivament iffinanzja parti mit-telf ta' KFBG/DMG (sabiex b'hekk għandu influwenza sinifikanti fuq it-tnejn u interess finanzjarju akbar f'dawn l-impriżi), jista' faċilment jitqies li l-Istat ta' Carinthia kellu kontroll effettiv fuq KFBG/DMG. Fir-rigward tar-relazzjoni kummerċjali bejn Ryanair u KFBG, minn naħa waħda, u LV u DMG, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ssib li l-interess ta' KFBG u DMG li jidħlu fil-ftehimiet rispettivi kien konverġenti ħafna: it-tnejn kienu interessati fiż-żieda tat-traffiku fl-Ajruport u ftit li xejn kienet tagħmel differenza jekk KFBG ikkonkludietx iż-żewġ kuntratti jew jekk il-kuntratt ta' kummerċjalizzazzjoni ġiex konkluż minn DMG minflok. F'dan id-dawl, il-fatt li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ġie konkluż minn KFBG, filwaqt li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġie konkluż mas-sussidjarja dipendenti tagħha ma jistax jimmilita kontra l-valutazzjoni tal-ftehimiet bħala tranżazzjoni kummerċjali waħda.

(327)

It-tieni nett, l-erba' ftehimiet ġew konklużi wkoll kollha kemm huma fl-istess żmien, minħabba li kollha ġew iffirmati fit-22 ta' Jannar 2002.

(328)

It-tielet, il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn Ryanair u KFBG jirreferi direttament għall-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni ta' EUR […] fis-sena minn DMG lill-konsulenti tal-midja professjonali debitament awtorizzati ta' Ryanair, jiġifieri LV: “Il-KLU għandu jakkwista l-pagament minn DMG għall-konsulenti tal-midja professjonali debitament awtorizzati ta' Ryanair li jamonta għal […] Euro fis-sena, fir-rigward tar-rotazzjoni ta' kuljum tas-Servizzi li jibdew fis-27 ta' Ġunju 2002[…]”. Din id-dikjarazzjoni torbot b'mod ċar il-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni mas-servizzi ta' kuljum ta' Ryanair.

(329)

Ir-raba', skont l-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni, “f'każ li s-servizzi tal-ajruport jaqgħu taħt il-livell minimu ddikjarat fi kwalunkwe kwart tas-sena, DMG għandha tkun intitolata li tinforma minnufih lil LV bil-miktub li hija għandha l-ħsieb li tissospendi l-ħlas tal-ammonti […] u li jekk il-livell ta' servizz ma jkunx treġġa' lura għal dan il-livell minimu matul dan il-kwart tas-sena, dan il-Ftehim għandu jintemm minnufih […]” Dan juri għal darba oħra li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli.

(330)

Il-ħames, il-minuti tal-laqgħat tal-gvern tal-Istat ta' Carinthia juru li l-gvern ta' Carinthia evalwa l-iffirmar tad-diversi ftehimiet bħala operazzjoni waħda. Id-deċiżjoni li jiġi konkluż kuntratt ta' kummerċjalizzazzjoni ma' LV/AMS kienet direttament marbuta mad-deċiżjoni li jiġi konkluż ukoll ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Ryanair (57).

(331)

Fl-aħħar nett, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi minn DMG u LV, kif ukoll minn AMS huma marbuta b'mod inseparabbli mal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport iffirmat minn Ryanair u KFBG. Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq juru li mingħajr il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma setgħux jiġu konklużi. Tabilħaqq, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjaraw espliċitament li huma bbażati fuq servizz tal-ajruport ġdid mir-Renju Unit lejn Klagenfurt u essenzjalment jipprevedu servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bl-użu tas-sit elettroniku tal-ivvjaġġar www.ryanair.com maħsub biex jippromwovi dak is-servizz. Fl-istess ħin, jidher li l-konklużjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport kienet marbuta mill-qrib ukoll mal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni: taħt l-obbligi ta' Ryanair, il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport jiddikjara li “Ryanair, flimkien ma' DMG, se tipproduċi pjan ta' kummerċjalizzazzjoni perjodiku għas-servizzi għal diskussjoni b'informazzjoni tal-KLU […] li tgħaqqad is-siti elettroniċi turistiċi xierqa mas-sit elettroniku ta' Ryanair u tinkorpora logos xierqa, kull meta jkun fattibbli.” Din id-dikjarazzjoni tgħaqqad b'mod ċar il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport mal-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' DMG u AMS, kif ukoll ta' LV, tal-istess data.

(332)

Dawn l-elementi tad-diversi ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni juru li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni stipulati f'dawn il-ftehimiet huma, f'termini tat-tul ta' żmien u tan-natura tagħhom, marbuta mill-qrib mas-servizzi tat-trasport bl-ajru offruti minn Ryanair, kif definiti fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u koperti mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport korrispondenti. Il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jindikaw ukoll li huma msejsa fl-impenn ta' Ryanair li topera s-servizzi tat-trasport inkwistjoni. Għalhekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma inseparabbli mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport li huma jagħmlu referenza għalih u li jifforma l-iskop tagħhom.

(333)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tat-22 ta' Jannar 2002 jiġu analizzati flimkien, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jew le.

(334)

Fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-estensjoni, l-Awstrija qablet mal-approċċ meħud fid-deċiżjoni tal-estensjoni li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, li ġew iffirmati fl-istess żmien, jiġu analizzati flimkien.

(335)

Min-naħa l-oħra, ċerti partijiet interessati, b'mod partikolari Ryanair u AMS, iqajmu d-dubji tagħhom dwar dan l-approċċ, minħabba li huma tal-fehma li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu analizzati separatament. Fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-estensjoni, Ryanair oġġezzjonat għall-valutazzjoni konġunta tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni (li jirreferu wkoll għal sottomissjonijiet preċedenti dwar dak is-suġġett (58)) minħabba li dawn ġew iffirmati minn entitajiet differenti u ma kinux marbutin ma' xulxin. Ryanair sostniet li l-konklużjoni ta' ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni ma kinitx kundizzjoni għall-operat tar-rotot minn Ryanair lejn u minn ajruport. Madankollu, dan l-approċċ mhuwiex konformi ma' stqarrija ta' Sean Coyle, direttur ta' Ryanair, f'ittra elettronika tal-4 ta' Awwissu 2005 lis-Sur Johannes Gatterer, CEO ta' KFBG f'dak iż-żmien: “[…]l-operat bħalissa qed jagħmel it-telf u dan it-telf mhuwiex sostenibbli fil-ġejjieni. Napprezza li għandek ftehim ta' ħames snin fir-rigward tal-ammont ta' kummerċjalizzazzjoni ta' EUR […] u, naturalment, mal-waqfien tas-servizzi, ma jkun dovut ebda pagament trimestrali ieħor u dan il-ftehim ma jibqax japplika f'konformità mal-kuntratt ewlieni[…]” (59) This statement clearly links the marketing services agreement to its main contract, the airport services agreement.

(336)

Barra minn hekk, il-fatti rreġistrati jikkonfermaw li l-approċċ meħud fid-deċiżjoni tal-estensjoni u approvat mill-Awstrija għandu sisien tajbin, kif intwera fil-premessi minn 324 sa 333 et seq. Għalhekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu vvalutati b'mod konġunt.

(337)

Fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-estensjoni, l-Awstrija sostniet ukoll li t-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS tat-22 ta' Jannar 2002 qatt ma ġie eżegwit mill-partijiet. L-Awstrija sostniet li dan il-ftehim qatt ma mmaterjalizza ruħu, jiġifieri AMS qatt ma wettqet is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fih u DMG qatt ma ħallset għal dawn is-servizzi EUR […] fis-sena kif stipulat fil-ftehim. Bħala prova għal din id-dikjarazzjoni, l-Awstrija ssottomettiet ittra tal-konsulent tat-taxxa ta' DMG li kienet tgħid li, wara riċerka intensiva fiż-żamma tal-kotba tas-snin 2002-2005, ma setgħet tinstab ebda traċċa ta' ħlas ta' EUR […] fis-sena abbażi tat-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, l-Awstrija ma setgħetx twieġeb għall-mistoqsija dwar għaliex it-tielet ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni allegatament kellu jissostitwixxi t-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, minħabba li ma hemm ebda dokumentazzjoni disponibbli minn dak iż-żmien fl-arkivji ta' KFBG u ma kien hemm ebda impjegat disponibbli f'dak iż-żmien li seta' jirrikostitwixxi ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-iffirmar tat-tielet ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Ryanair ma appoġġjatx dan l-argument fis-sottomissjoni tal-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-estensjoni, minħabba li hija ma semmiet ebda sostituzzjoni eventwali tat-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(338)

Il-Kummissjoni tinnota li fil-kliem tat-tielet ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma hemm ebda indikazzjoni li huwa jissostitwixxi jew jissupera t-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(339)

Minħabba li ma hemm l-ebda dokumentazzjoni dwar l-allegata sostituzzjoni minbarra l-attestazzjoni tan-nuqqas ta' ħlas fuq il-bażi tat-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-evidenza disponibbli ma tippruvax l-opinjoni tal-Awstrija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, anki meta wieħed jassumi li t-tieni ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni qatt ma ġie eżegwit, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-kostijiet li seta' jistenna MEO raġonevoli: ma kien hemm l-ebda raġuni li MEO raġonevoli seta' jistenna, fil-mument tal-iffirmar tat-tliet ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, li wieħed minnhom ma kienx se jiġi eżegwit fil-ġejjieni. Għalhekk, anki meta wieħed jassumi li t-tieni ftehim fil-fatt ma ġiex eżegwit, dan ma jkollu l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tal-kostijiet inkrementali.

(b)   Rigward il-benefiċċji li MEO seta' jistenna li jikseb mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-prezz li kien ikun lest li jħallas għal dawk is-servizzi

(340)

Sabiex ikun jista' jiġi applikat il-prinċipju ta' MEO għall-każ inkwistjoni, l-imġiba ta' KFBG/DMG bħala firmatarji tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Rynair u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS u LV trid titqabbel ma' dik ta' MEO ipotetiku responsabbli mill-operat tal-KLU.

(341)

Meta tiġi analizzata t-tranżazzjoni inkwistjoni, jeħtieġ li jiġu vvalutati l-benefiċċji li jista' jikseb dan l-MEO ipotetiku, immotivat mill-prospett tal-profitti, mix-xiri tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Din l-analiżi ma għandhiex tqis l-impatt ġenerali ta' dawn is-servizzi fuq it-turiżmu u fuq il-prestazzjoni ekonomika tar-reġjun. Huwa biss l-impatt ta' dawn is-servizzi fuq il-profittabbiltà tal-ajruport li għandu jiġi kkunsidrat, minħabba li dan ikun l-uniku tħassib għal MEO ipotetiku.

(342)

B'hekk, is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jistimulaw it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehimiet korrispondenti dwar is-servizzi offruti fl-ajruport, minħabba li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma mfasslin biex jippromwovu dawk ir-rotot tal-ajru. Żieda fit-traffiku tal-passiġġieri tista' twassal għal żieda fid-dħul iġġenerat minn ċerti tariffi tal-ajruport għall-operatur tal-ajruport, kif ukoll għal żieda fid-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, b'mod partikolari minn parkeġġi tal-karozzi, ristoranti u negozji oħrajn.

(343)

Għalhekk, ma jista' jkun hemm ebda dubju li MEO li jopera fil-KLU fir-rwol ta' KFBG/DMG kien iqis dan l-effett pożittiv meta jkun qed jikkunsidra li jidħol fi ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u fi ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport korrispondenti. L-MEO kien iqis l-impatt tar-rotta tal-ajru inkwistjoni fuq id-dħul u l-kostijiet futuri billi, f'dan il-każ, jikkalkula l-għadd ta' passiġġieri li jużaw dawn ir-rotot, li kien jirrifletti l-effett pożittiv tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, dan l-effett kien ikun evalwat għat-terminu sħiħ tal-operat tar-rotot tal-ajru inkwistjoni, kif stabbilit fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(344)

Meta operatur ta' ajruport jidħol fi ftehim għall-promozzjoni ta' ċerti rotot tal-ajru, hija prassi standard li jiġi stmat il-proporzjon tat-tagħbija (jew il-fattur tat-tagħbija) (60) għar-rotot tal-ajru inkwistjoni u li dan jitqies meta jiġi vvalutat id-dħul fil-ġejjieni. Il-Kummissjoni taqbel ma' Ryanair fuq din il-kwistjoni, jiġifieri, li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni mhux biss jiġġeneraw kostijiet għall-operatur tal-ajruport, iżda huma jrendu wkoll benefiċċji.

(345)

Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit jekk b'mod raġonevoli jistgħux ikunu mistennija benefiċċji oħrajn u jiġu kkwantifikati għal MEO ipotetiku li jopera fil-KLU fir-rwol ta' KFBG/DMG, jiġifieri, minbarra l-benefiċċji mill-effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni matul it-terminu tal-operat ta' dawn ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jew fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport.

(346)

Ċerti partijiet terzi interessati, (61) b'mod partikolari Ryanair fl-istudju tagħha tas-17 ta' Jannar 2014, jappoġġjaw dan l-argument. L-istudju tas-17 ta' Jannar 2014 huwa msejjes fuq it-teorija li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni miksuba minn operatur ta' ajruport, bħal KFBG/DMG, jgħinu sabiex tittejjeb l-immaġini tal-marka kummerċjali tal-ajruport u, b'riżultat ta' dan, jgħinu sabiex jiżdied b'mod sostenibbli l-għadd ta' passiġġieri li jużaw dan l-ajruport u mhux biss l-għadd fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport għat-terminu tal-operat stabbilit f'dawk il-ftehimiet. B'mod partikolari, Ryanair sabet fl-istudju tagħha li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni se jkollhom effetti pożittivi sostenibbli fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport anki wara li jkunu skadew il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(347)

L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li ma hemm xejn li jagħti x'jifhem li, meta ġew konklużi l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, l-operatur tal-ajruport qattx ikkunsidra, u wisq inqas ikkwantifika, l-effetti pożittivi possibbli tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq ir-rotot tal-ajru addizzjonali għal dawk koperti mill-ftehimiet, jew il-possibbiltà li dawn l-effetti jkomplu jinħassu anki wara li jkunu skadew il-ftehimiet. Barra minn hekk, l-Awstrija ma ssuġġeriet l-ebda metodu sabiex jiġi stmat il-valur possibbli li MEO ipotetiku li jopera fil-KLU fir-rwol ta' KFBG/DMG seta' poġġa fuq dawn l-effetti meta vvaluta jekk għandux jidħol jew le fil-ftehimiet fl-2002.

(348)

Barra minn hekk, in-natura sostenibbli ta' dawn l-effetti ma tistax tiġi vvalutata abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Huwa possibbli li r-reklamar ta' Klagenfurt u tar-reġjun fuq is-sit tal-Internet ta' Ryanair seta' ħeġġeġ lill-persuni li jżuru dak is-sit sabiex jixtru biljetti ta' Ryanair għal Klagenfurt hekk kif dan ir-reklamar tpoġġa fuq is-sit jew ftit wara. Madankollu, mhuwiex probabbli li l-effett tar-reklamar fuq il-viżitaturi ppersista jew kellu influwenza fuq ix-xiri tal-biljetti tal-ajruplani għal aktar minn ftit ġimgħat wara li r-reklamar tpoġġa fuq is-sit tal-Internet ta' Ryanair. Huwa aktar probabbli li kampanja ta' reklamar ikollha effett sostenibbli meta l-attivitajiet promozzjonali jinvolvu mezz wieħed jew aktar ta' reklamar li għalihom il-konsumaturi jkunu esposti regolarment fuq perjodu partikolari. Pereżempju, kampanja ta' reklamar li tinvolvi l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju ġenerali, siti elettroniċi popolari u/jew diversi powsters ta' reklamar li jitpoġġew barra jew ġewwa postijiet pubbliċi, jista' jkollha effett sostenibbli jekk il-konsumaturi jiġu esposti regolarment għal dawn il-mezzi. Madankollu, mhuwiex probabbli li l-attivitajiet promozzjonali limitati biss għas-sit elettroniku ta' Ryanair ikollhom effett li jibqa' jinħass sewwa wara li tintemm din il-promozzjoni.

(349)

B'hekk, anki jekk is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni żiedu t-traffiku tal-passiġġieri fuq ir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għall-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom, huwa probabbli li dan l-effett kien negliġibbli wara li għadda dak il-perjodu u li l-effett fuq rotot tal-ajru oħrajn kien bl-istess mod insinifikanti.

(350)

Mill-istudji ta' Ryanair tas-17 u tal-31 ta' Jannar 2014 jirriżulta li l-ħolqien tal-benefiċċji li jmorru lil hinn mir-rotot tal-ajru koperti mill-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jew li jippersistu wara l-perjodu tal-implimentazzjoni tagħhom għal dawn ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, kien estremament inċert u ma setax jiġi kkwantifikat bi grad ta' affidabbiltà li jitqies bħala biżżejjed minn MEO prudenti.

(351)

B'hekk, pereżempju, skont l-istudju tas-17 ta' Jannar 2014, “il-profitti inkrementali futuri wara l-iskadenza skedata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport huma intrinsikament inċerti”. Barra minn hekk, dan l-istudju jissuġġerixxi żewġ metodi għall-evalwazzjoni tal-effetti pożittivi tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni: approċċ ibbażat fuq “il-flussi tal-flus” u approċċ ta' “kapitalizzazzjoni”.

(352)

L-approċċ ibbażat fuq “il-flussi tal-flus” jinvolvi l-evalwazzjoni tal-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport li jistgħu jiġu ġġenerati mill-operatur tal-ajruport permezz tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u dwar is-servizzi tal-ajruport, neqsin il-kostijiet korrispondenti. Fl-approċċ ta' “kapitalizzazzjoni”, it-titjib tal-immaġini tal-marka kummerċjali tal-ajruport permezz tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiġi ttrattat bħala assi intanġibbli, akkwistat għall-prezz stipulat fil-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(353)

Madankollu, l-istudju jenfasizza d-diffikultajiet kbar ippreżentati mill-approċċ ta' “kapitalizzazzjoni” u juri li r-riżultati prodotti minn dan il-metodu jistgħu ma jkunux affidabbli; huwa jissuġġerixxi li l-approċċ “ibbażat fuq il-flussi ta' flus” ikun aħjar. B'mod partikolari, l-istudju jsib li:

“L-approċċ ta' kapitalizzazzjoni għandu jqis biss il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija attribwibbli għall-bażi tal-assi intanġibbli ta' ajruport. Madankollu, jista' jkun diffiċli li jiġi identifikat il-proporzjon tan-nefqa fuq il-kummerċjalizzazzjoni li hija mmirata lejn il-ġenerazzjoni tad-dħul mistenni fil-ġejjieni għall-ajruport (jiġifieri investiment fil-bażi tal-assi intanġibbli tal-ajruport) kuntrarju għall-ġenerazzjoni tad-dħul attwali għall-ajruport.”

Huwa jenfasizza wkoll li:

“Sabiex jiġi implimentat l-approċċ ibbażat fuq il-kapitalizzazzjoni, jeħtieġ li jiġi stmat it-tul ta' żmien medju li ajruport ikun jista' jżomm klijent grazzi għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS. Fil-prattika, ikun diffiċli ħafna li jiġi stmat il-perjodu medju taż-żamma tal-klijenti wara kampanja ta' AMS, minħabba li ma teżistix biżżejjed data.”

(354)

L-istudju tal-31 ta' Jannar 2014 jipproponi applikazzjoni prattika tal-approċċ ibbażat fuq “il-fluss tal-flus”. Skont dan l-approċċ, il-benefiċċji tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport li jibqgħu jinħassu anki wara l-iskadenza tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma espressi bħala “valur terminali” kkalkolat fid-data ta' skadenza tal-ftehim. Dan il-valur terminali jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-profitti inkrementali mistennija mill-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. Dawn il-profitti jiġu estiżi fil-perjodu li jmiss, li t-terminu tiegħu huwa ugwali għat-terminu tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, u jiġu aġġustati sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni r-rata ta' tkabbir għas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa u l-fattur ta' probabbiltà maħsub biex ikun jirrifletti l-kapaċitajiet tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni li jikkontribwixxu għall-profitti tal-ajruport wara li jkunu skadew. Skont l-istudju tal-31 ta' Jannar 2014, il-kapaċità li jiġu ġġenerati benefiċċji dejjiema tiddependi fuq diversi fatturi “inklużi prominenza akbar u marka kummerċjali aktar b'saħħitha, flimkien ma' aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri li jerġgħu jużaw is-servizz”, għalkemm ma ngħatawx dettalji dwar dawn il-fatturi. Barra minn hekk, dan il-metodu jikkunsidra rata ta' skont li tirrifletti l-kostijiet kapitali.

(355)

L-istudju jipproponi fattur ta' probabbiltà ta' 30 %, li huwa jqis bħala prudenti. Madankollu, dan l-istudju, li huwa ta' natura teoretika ħafna, ma jipprovdi l-ebda evidenza serja għal dan il-fattur, la mil-lat kwantitattiv u lanqas minn dak kwalitattiv. Huwa ma jibbaża ruħu fuq l-ebda element fattwali relatat mal-attivitajiet ta' Ryanair, mas-swieq tat-trasport bl-ajru jew mas-servizzi tal-ajruport sabiex jissostanzja din ir-rata ta' 30 %. Huwa ma jistabbilixxi l-ebda rabta bejn din ir-rata u l-fatturi li jsemmi fil-qasir ħafna (prominenza, marka kummerċjali b'saħħitha, aspetti esterni tan-netwerk u passiġġieri rikorrenti) u li huma mistennija jtawlu l-benefiċċji tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni wara d-dati ta' skadenza tagħhom. Fl-aħħarnett, huwa bl-ebda mod ma jibbaża ruħu fuq il-kontenut speċifiku tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni previst fid-diversi kuntratti ma' AMS meta jiġi biex janalizza sa liema punt dawn is-servizzi jistgħu jinfluwenzaw dawk il-fatturi.

(356)

Barra minn hekk, dan ma jurix li, mal-iskadenza tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, hemm xi probabbiltà li l-profitti ġġenerati minn dawn il-ftehimiet għall-operatur tal-ajruport matul l-aħħar sena tal-applikazzjoni tagħhom se jissoktaw fil-ġejjieni. Bl-istess mod, dan ma jipprovdi l-ebda evidenza li r-rata ta' tkabbir tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa huwa indikatur utli sabiex jitkejjel l-impatt ta' ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għal ajruport partikolari.

(357)

Għalhekk, ikun improbabbli ħafna li “valur terminali” kkalkolat bl-użu tal-metodu ssuġġerit minn Ryanair jiġi kkunsidrat minn MEO prudenti meta dan jiġi biex jiddeċiedi jekk jidħolx fi ftehim jew le.

(358)

Għalhekk, l-istudju tal-31 ta' Jannar 2014 juri li approċċ ibbażat fuq “il-fluss tal-flus” iwassal biss għal riżultati mhux affidabbli u inċerti ħafna, l-istess bħall-metodu ta' “kapitalizzazzjoni”.

(359)

Barra minn hekk, la l-Awstrija u l-ebda parti terza interessata ma pprovdiet evidenza li turi li l-metodu ppreżentat minn Ryanair fl-istudju tal-31 ta' Jannar 2014, jew kwalunkwe metodu ieħor li huwa maħsub biex jikkwantifika l-profitti wara l-iskadenza tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, kien implimentat b'suċċess mill-operaturi ta' ajruporti reġjonali komparabbli mal-operatur ta' Klagenfurt. L-Awstrija ma għamlet l-ebda kumment dwar l-istudji tas-17 u tal-31 ta' Jannar 2014.

(360)

Barra minn hekk, valur terminali kkalkolat bl-użu tal-metodu ppreżentat minn Ryanair ikun pożittiv biss (u, għalhekk, ikollu biss it-tendenza li jżid il-profittabbiltà tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni) jekk il-profitt inkrementali mistenni minn dawn il-ftehimiet fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ikun pożittiv. Jekk ikun negattiv, it-teħid inkonsiderazzjoni tal-valur terminali ġeneralment inaqqas il-profittabbiltà tal-ftehimiet. Hawn taħt se jintwera li l-ftehimiet tal-2002 irriżultaw fi flussi ta' flus inkrementali negattivi.

(361)

Barra minn hekk, kif ġie ddikjarat hawn fuq, is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni huma mmirati għar-rotta koperta mill-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Jekk din ir-rotta ma tiġġeddidx hekk kif jiskadi l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, huwa improbabbli li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jibqa' jkollhom effett pożittiv fuq it-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport wara d-data ta' skadenza. Huwa diffiċli ħafna li operatur ta' ajruport jivvaluta l-probabbiltà li linja tal-ajru tkompli topera rotta wara l-iskadenza tat-terminu li tkun intrabtet bih fil-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. Il-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi, b'mod partikolari, urew li, meta jiġu għall-ftuħ u l-għeluq tar-rotot, huma reattivi ħafna għall-kundizzjonijiet tas-suq li, aktar ta' spiss milli le, jinbidlu malajr ħafna. Għalhekk, meta jidħol fi tranżazzjoni bħal dik li qiegħda tiġi eżaminata f'dan il-każ, MEO prudenti ma jiddependix fuq kumpanija tal-ajru li testendi l-operat tar-rotta inkwistjoni mal-iskadenza tal-ftehim.

(362)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-argumenti ppreżentati hawn fuq, l-uniku benefiċċju li MEO prudenti jista' jistenna li jikseb minn ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u li jista' jikkwantifika meta jiddeċiedi jekk jidħolx fi ftehim bħal dan jew le, flimkien ma' ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, ikun li s-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jkollhom effett pożittiv fuq l-għadd ta' passiġġieri li jużaw ir-rotot koperti mill-ftehimiet inkwistjoni matul it-terminu tal-operat ta' dawk ir-rotot, kif stabbilit fil-ftehimiet. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li kwalunkwe benefiċċji possibbli oħrajn huma wisq inċerti sabiex jiġu kkwantifikati u kkunsidrati u li ma ntwera b'mod konkret ebda benefiċċju bħal dan fil-każ preżenti.

(c)   Il-fattibbiltà tat-tqabbil tal-ajruport ta' Klagenfurt ma' ajruporti Ewropej oħrajn

(363)

Fir-rigward tal-fattibbiltà ta' tqabbil apparagun tal-analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehimiet tal-2002, issir referenza għall-valutazzjoni fil-premessi 262 sa 278.

(364)

Fir-rigward tat-tqabbil tal-KLU ma' ajruporti oħrajn, Ryanair issottomettiet l-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011. Dan l-istudju kien limitat għal tqabbil bejn it-tariffi mħallsin minn Ryanair fl-ajruporti ta' […] u […] u t-tariffi mħallsin minn Ryanair skont il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport fil-KLU. Dan l-istudju ma tqiesx fil-ftehimiet speċifiċi dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni (62) fil-KLU meta mqabbla ma' dawk possibbilment offruti f'ajruporti oħrajn. Madankollu, għal kull rotta koperta mill-ftehimiet inkwistjoni, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni rilevanti kellu jiġi vvalutat flimkien mal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport korrispondenti. Bħala tali, l-elementi invokati fl-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 ma ssodisfawx l-aktar rekwiżit bażiku għall-parametraġġ referenzjarju, jiġifieri “definizzjoni preċiża biżżejjed tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati” sabiex b'hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati l-operaturi tas-suq komparabbli.

(365)

Barra minn hekk, l-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 ma stabbilixxa l-ebda punt ta' referenza affidabbli għall-prezzijiet tas-suq tas-servizzi pprovduti fl-ajruport. Għalkemm l-istudju jiddeskrivi l-ajruporti komparabbli magħżula bħala “li kellhom maġġoranza ta' azzjonisti privati u huma ffinanzjati privatament, jew inkella li joperaw bħala investituri fl-ekonomija tas-suq”, l-ajruport ta' […] huwa proprjetà ta' Manchester Airports Group, li huwa stess għandu sjieda maġġoritarja tal-Istat, filwaqt li l-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 ma jsostnix li l-ajruport ta' […] huwa operat fuq bażi ta' ekonomija tas-suq. Fir-rigward tal-ajruport ta' […], l-istudju jiddikjara li l-ajruport kien konsistentement taħt proprjetà privata, iżda jonqos milli jsemmi li l-ajruport ta' […] kien qed jagħmel it-telf qabel inbiegħ fl-2013, fattur li jqajjem dubju dwar jekk it-tariffi baxxi tal-ajruport invokati bħala punt ta' referenza f'dan il-każ kinux sostenibbli għal MEO.

7.4.3.2.   Konklużjoni dwar it-termini għall-applikazzjoni tat-test ta' operatur fl-ekonomija tas-suq

(366)

Minn dak kollu li ntqal hawn fuq, jidher ċar li sabiex tkun tista' tapplika t-test tal-MEO għall-ftehimiet inkwistjoni, il-Kummissjoni trid tanalizza kull ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni flimkien mal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport korrispondenti u trid tivvaluta jekk MEO ipotetiku, immotivat mill-prospett tal-profitti u li jopera l-KLU minflok KFBG, kienx jidħol f'dawn it-tranżazzjonijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tiddetermina l-profittabbiltà inkrementali tal-ftehimiet kif kienet tiġi vvalutata mill-MEO fil-mument tal-konklużjoni tagħhom, billi taghmel stima, għall-perjodu sħiħ tal-applikazzjoni tal-ftehimiet:

it-traffiku inkrementali futur mistenni mill-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, possibbilment billi jitqiesu l-effetti tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fuq il-fatturi tat-tagħbija tar-rotot koperti mill-ftehimiet;

id-dħul inkrementali futur mistenni mill-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, inkluż id-dħul mit-tariffi tal-ajruport u mis-servizzi ta' groundhandling, iġġenerat mir-rotot koperti minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll id-dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi mit-traffiku addizzjonali ġġenerat mill-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet;

il-kostijiet inkrementali futuri mistennija mill-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, inklużi l-kostijiet operatorji u kwalunkwe kost inkrementali tal-investiment iġġenerat mir-rotot koperti minn dawn il-ftehimiet, kif ukoll il-kostijiet tas-servizz ta' kummerċjalizzazzjoni.

(367)

Dawn il-kalkoli se jipprovdu l-flussi annwali futuri li jikkorrespondu għad-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet inkrementali, li għandhom jiġu skontati, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' rata li tkun tirrifletti l-kost tal-kapital għall-operatur ta' ajruport. Fil-prinċipju, valur preżenti nett pożittiv jindika li l-ftehimiet inkwistjoni ma jagħtu ebda vantaġġ ekonomiku, filwaqt li valur preżenti nett negattiv juri l-preżenza ta' vantaġġ bħal dan.

7.4.3.3.   Qafas ta' żmien għall-Valutazzjoni tad-dħul u l-kostijiet inkrementali

(368)

Meta jiġi biex jiddeċiedi jekk jidħolx jew le fi ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u/jew ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċalizzazzjoni, MEO jagħżel qafas ta' żmien għall-valutazzjoni tiegħu abbażi tat-terminu tal-ftehimiet inkwistjoni jew tat-terminu stabbilit f'kull ftehim individwali. Fi kliem ieħor, huwa jivvaluta d-dħul u l-kostijiet inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet.

(369)

Ma jidher li hemm ebda ġustifikazzjoni biex jintgħażel perjodu ta' żmien itwal. Fid-data li fiha jiffirma l-ftehimiet, MEO prudenti ma jserraħx fuq il-probabbiltà li l-ftehimiet se jiġġeddu ladarba jiskadu, kemm jekk bl-istess termini jew b'termini ġodda. Barra minn hekk, operatur ġeneralment prudenti jkun konxju li linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi bħal Ryanair dejjem kienu u huma magħrufa għall-fatt li huma reattivi ħafna għall-iżviluppi fis-suq, kemm meta jibdew kif ukoll meta jwaqqfu r-rotot u meta jżidu jew inaqqsu l-għadd ta' titjiriet.

(370)

Bħala qafas ta' żmien għal valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, bħala punt tat-tluq, MEO kien jagħżel id-data tal-iffirmar simultanju għall-erba' ftehimiet kollha, jiġifieri t-22 ta' Jannar 2002. Bħala data tal-għeluq, MEO kien jagħżel id-data tal-għeluq kif stipulata f'kull ftehim. Dan kien wara perjodu ta' ħames snin, jiġifieri s-26 ta' Ġunju 2007 fil-każ tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn Ryanair u KFBG u tal-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV. Fil-każ tat-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS, il-ftehim daħal fis-seħħ għal terminu inizjali ta' 5 snin, jiġifieri sal-21 ta' Jannar 2007. It-tielet ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u LV ma indika l-ebda tul preċiż, iżda kellu bħala l-iskop ewlieni l-pagament ta' darba ta' EUR […] minn DMG lil LV fl-1 ta' Mejju 2002. Għalhekk, l-1 ta' Mejju 2002 jimmarka t-tmiem tal-applikazzjoni tal-ftehim.

(371)

Il-possibbiltà tal-estensjoni tal-ftehimiet kif prevista fi tnejn mill-ftehimiet ma titqiesx minn MEO prudenti. L-estensjoni tal-ftehimiet kienet awtomatika, bil-kundizzjoni li Ryanair tikkonforma b'mod sħiħ mal-obbligi tagħha stabbiliti fil-ftehim. B'hekk, l-estensjoni kienet tiddependi fuq l-imġiba futura ta' Ryanair u, għal din ir-raġuni, fid-data tal-iffirmar, MEO prudenti fl-istess sitwazzjoni bħal KFBG ma kienx ikun f'pożizzjoni li jistenna li din l-estensjoni awtomatika kienet neċessarjament se sseħħ. Din il-fehma tidher li hija kkonfermata mill-fatt li l-erba' ftehimiet kollha bejn KFBG, DMG, Ryanair, LV u AMS ġew fi tmiemhom qabel iż-żmien fid-29 ta' Ottubru 2005, meta Ryanair waqfet topera s-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bl-ajru bejn KLU u STN minħabba raġunijiet ekonomiċi.

(372)

Anki meta titqies estensjoni tal-ftehimiet għal ħames snin oħra, din ma twassalx għal riżultat ieħor ta' valutazzjoni ex ante. Meta tali estensjoni tiġi vvalutata bl-istess termini bħal dawk li japplikaw għall-ewwel ħames snin, hija twassal għall-istess riżultati, jiġifieri flussi tal-flus inkrementali negattivi.

7.4.3.4.   Valutazzjoni

(373)

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni u fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, għandu jiġi nnotat li kemm l-eżistenza kif ukoll l-ammont ta' għajnuna f'dawn il-ftehimiet għandhom jiġu vvalutati fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti fil-mument meta ġew iffirmati u, b'mod aktar speċifiku, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u tal-iżviluppi prevedibbli f'dak iż-żmien.

(374)

L-Awstrija tafferma li KFBG/DMG ma ħejjew l-ebda studju tas-suq ex ante, pjan ta' direzzjoni tan-negozju jew kalkolu tal-profittabbiltà qabel ikkonkludew ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport individwali ma' diversi linji tal-ajru, u lanqas ma ħejjew xi studju tas-suq ex ante, pjan ta' direzzjoni tan-negozju jew kalkolu tal-profittabbiltà qabel ikkonkludew ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni individwali.

(375)

Skont Ryanair, in-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju meta jiġu ffirmati ftehimiet bħal dawk koperti mill-proċedura ta' investigazzjoni formali ma jistax jintuża bħala evidenza li t-test tal-MEO mhuwiex issodisfat.

(376)

In-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju jindika li l-ftehimiet iffirmati ma' Ryanair, LV u AMS ma jissodisfawx it-test tal-MEO, b'mod partikolari minħabba li la l-Awstrija u lanqas KFBG ma setgħu jipprovdu, fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet, xi kalkolu tal-profittabbiltà anki jekk mhux komplet, li twettaq qabel ma ġew iffirmati l-ftehimiet.

(377)

Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-Awstrija matul il-proċedura sabiex tibni mill-ġdid l-analiżi tal-profittabbiltà li seta' wettaq MEO qabel iffirma l-ftehimiet ma' Ryanair, LV u AMS fl-2002, abbażi tal-informazzjoni oġġettiva magħrufa ma' KFBG/DMG meta ġew iffirmati dawn il-ftehimiet u abbażi tal-iżviluppi prevedibbli.

(378)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awstrija ħejjiet kumpendju tad-dħul u tal-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet rilevanti. L-Awstrija ħejjiet din id-data għal kull wieħed mill-ftehimiet konklużi, kif imqassra fit-Tabella 9.

Tabella 9

Il-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratti ma' Ryanair, LV u AMS tal-2002, imħejjija mill-Awstrija

5 snin

 

 

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

Konnessjonijiet ta' kuljum

348

Rotazzjonijiet fis-sena

LFZ (B737-800):

189

Sits

MTOW (B737-800):

75

MTOW


Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjoni

 

348

348

348

348

348

Tagħbija

 

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

Passiġġieri li jitilqu

46 040

46 040

46 040

46 040

46 040

Perjodu ta' 5 snin

 

1

2

3

4

5

 

 

 

 

 

 

 

għal kull rotazzjoni

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq - tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq - tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(L-amministrazzjoni fiskali ta' Vjenna)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dħul mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

 

kontribuzzjoni tal-kostijiet għar-reklamar ta' Carinthia

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

kontribuzzjoni tal-kostijiet għall-Belt ta' Klagenfurt

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

kontribuzzjoni tal-kostijiet għall-Istat ta' Carinthia

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul mill-Proġett

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ftehim ta' Kummerċjalizzazzjoni ta' Leading Verge minn

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

DMG 23.5.2002

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

 

Il-kostijiet tal-proġett abbażi tal-ispiża marġinali

 

 

 

 

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn partijiet terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Austro Control - is-sikurezza tal-avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet tal-proġett (2002)

 

 

 

 

 

dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

 

 

 

 

 

Il-kostijiet/l-ispejjeż tal-proġett

– 1 986 100

– 986 100

– 986 100

– 986 100

– 986 100

 

 

 

 

 

 

 

Bilanċ pożittiv

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat pożittiv skontat tal-Euro

1 540 000

 


tariffi skont Ftehim tat-22.1.2002

 

 

 

 

 

 

 

 

tariffa li tinkludi kollox għal kull rotazzjoni

(…)

 

 

 

għal kull passiġġier li jitlaq

(…)

 

 

 

tariffa tas-sigurtà għal kull passiġġier li jitlaq

(…)

 

 

 

 (*3) (iffissata mill-gvern Awstrijak)

 

 

 

 

Immaniġġjar tat-Traffiku fl-2002

(…)

 

 

 

Austro Control

(…)

 

 

 

(379)

Meta ġiet biex tħejji t-tabella 9, l-Awstrija qieset il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-traffiku inkrementali mistenni, jiġifieri n-numri ta' passiġġieri inkrementali mistennija ġew ikkalkolati min-numru previst ta' titjiriet fil-ġimgħa (348 rotazzjoni fis-sena lejn Londra b'189 sit, piż massimu waqt it-tlugħ ta' 75 tunnellata u fattur ta' tagħbija ta' 70 %) u estrapolati għad-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Ryanair. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat 46 040 passiġġier fis-sena.

(b)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi (tariffi fuq l-immaniġġjar u l-inżul abbażi tat-tariffi tal-ajruport f'dak iż-żmien; EUR […] għal kull rotazzjoni u EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq) ġie kkalkolat matul it-terminu ta' ħames snin tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport abbażi tal-kundizzjonijiet miftiehma ma' Ryanair. Għad-dħul inkrementali għal kull rotazzjoni, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena, filwaqt li għad-dħul inkrementali għal kull passiġġier li jitlaq, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena. It-tariffa tas-sigurtà ta' EUR […] ma ġietx ikkunsidrata, minħabba li din ġiet mgħoddija minn KFBG direttament lill-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi, jiġifieri ammont fi tranżitu. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena.

(c)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (tariffi fuq il-parkeġġ, l-infiq fit-terminals, eċċ.) ġie kkalkolat ukoll matul id-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. L-Awstrija stmat EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha, billi kkalkolat dan l-ammont mid-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier matul il-perjodu tas-snin 2000-2004. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena.

(d)

Barra minn hekk, l-Awstrija inkludiet bħala dħul inkrementali l-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] bħala pagament ta' darba fl-2002, EUR […] fis-sena), mill-belt ta' Klagenfurt (EUR […] fis-sena) u minn Kärnten Werbung (EUR […] fis-sena) fl-analiżi tagħha.

(e)

Bħala kostijiet inkrementali mistennija, jiġifieri bħala kostijiet li jirriżultaw minħabba t-tranżazzjoni ma' Ryanair, LV u AMS li ma jimmaterjalizzawx fix-xenarju kontrofattwali, l-Awstrija indikat il-pagamenti li ġejjin:

il-pagamenti speċifikati fl-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn LV u DMG (EUR […] fis-sena), kif ukoll il-pagament speċifikat fit-tielet ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni (ittra ta' akkumpanjament għall-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni) bejn LV u DMG (il-pagament ta' darba ta' EUR […]);

il-pagamenti lil parti terza (Tyrolean Airways) bħala subaġent għall-forniment ta' servizzi tal-groundhandling. L-Awstrija spjegat li Tyrolean Airways ilha topera għal għexieren ta' snin fil-KLU bħala subaġent għas-servizzi ta' groundhandling. Il-prezz tas-servizzi tal-groundhandling jiġi ppubblikat kull sena fl-iskeda ta' tariffi tal-KLU. Skont il-kuntratt ta' esternalizzazzjoni bejn KFBG u Tyrolean Airways, KFBG se tħallas lis-subaġent ċertu perċentwal tal-prezz ippubblikat għas-servizzi ta' groundhandling, skont it-tip ta' linja tal-ajru. Il-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi jistgħu jagħżlu “servizzi bażiċi ta' groundhandling” b'inqas servizzi inklużi, filwaqt li l-linji tal-ajru l-oħrajn kollha għandhom jagħżlu “servizzi kompleti ta' groundhandling” bis-servizzi ta' groundhandling kollha inklużi. Il-kuntratt tas-subaġent jindika li KFBG tħallas 51 % tas-servizzi ta' groundhandling għal-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi u 67,9 % ta' dawk is-servizzi għal-linji tal-ajru l-oħrajn. Il-51 % tas-servizzi ta' groundhandling jinkludu l-kost tal-materjali użati minn Tyrolean Airlines għas-servizzi ta' groundhandling. L-Awstrija indikat pagamenti ta' EUR […] fis-sena.

pagamenti lill-impriża pubblika Austro Control, li hija responsabbli mis-sigurtà tal-ispazju tal-ajru tal-Awstrija. Austro Control hija l-kontrollur tat-traffiku tal-ajru fil-KLU u topera t-torri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. L-Awstrija indikat għas-servizzi ta' Austro Control pagamenti ta' EUR […] għal kull rotazzjoni, jiġifieri EUR […] fis-sena.

il-kostijiet operatorji inkrementali mit-traffiku inkrementali mistenni matul it-tul tal-ftehim: EUR […] għal kull rotazzjoni addizzjonali u għal kull tunnellata ta' MTOW u EUR […] għal kull passiġġier addizzjonali li jitlaq. L-Awstrija ddikjarat li dawn iż-żewġ valuri huma l-aqwa estimi għal dawn il-valuri li jistgħu jiġu stabbiliti għal stima ex ante ta' MEO fil-mument li jiġu ffirmati l-ftehimiet. Dawn il-valuri huma derivati mis-sistema kontabilistika tal-kostijiet fis-seħħ fl-2002 (BAB 2002), li kienet tinkludi l-fatturi tal-kostijiet tat-tariffa fuq l-inżul, tat-tariffa tal-passiġġieri u tat-tariffa fuq l-immaniġġjar ta' servizzi fir-rampa, tat-tariffa fuq l-immaniġġjar tat-traffiku, tat-tariffa fuq l-infrastruttura u tat-tariffa fuq is-servizz tal-ħangar. Minbarra dawn il-miżati u t-tariffi stmati, l-Awstrija żiedet l-ammont b'marġini ta' sigurtà sabiex tiżgura li l-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali mistennija ma tkunx ottimista żżejjed. Dan ir-riżultat ġie diviż bil-parametru ta' referenza rispettiv, jiġifieri n-numru mistenni ta' passiġġieri u MTOW. Bħala riżultat, l-Awstrija stmat mal-EUR […] ta' kostijiet operatorji inkrementali għal kull rotazzjoni u mal-EUR […] ta' kostijiet operatorji inkrementali għal kull passiġġier.

(f)

L-Awstrija ddikjarat li, fi Frar 2002, KFBG ma stenniet l-ebda kost inkrementali tal-investiment minħabba t-traffiku addizzjonali. F'dak iż-żmien, il-KLU kellu kapaċità żejda konsiderevoli u t-traffiku addizzjonali suppost li kellu jimla dawn il-kapaċitajiet. It-terminal tal-KLU kellu kapaċità totali ta' 600 000 passiġġier fis-sena u fl-2001 kien hemm madwar 227 000 passiġġier li użaw il-KLU. Għalhekk, it-traffiku inkrementali mistenni ta' 46 040 passiġġier ma jirrikjedi l-ebda investiment, billi t-terminal eżistenti jista' jakkomoda t-traffiku inkrementali.

(g)

Ir-rata ta' skont użata minn KFBG kienet ibbażata fuq ir-rata ta' skont ta' 8 %, li kienet ir-rata ta' skont użata u ppubblikata mill-ajruport ta' Vjenna.

(380)

Il-Kummissjoni ssib li l-approċċ meħud mill-Awstrija fl-istima tal-għadd ta' passiġġieri u abbażi ta' dan il-kalkolu d-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kostijiet inkrementali tas-servizzi ta' groundhandling minn parti terza u fir-rigward tal-kostijiet għall-pagamenti għal Austro Control. Barra minn hekk, l-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali għal kull rotazzjoni u għal kull passiġġier, kif ukoll ir-rata ta' skont ta' 8 % hija stmata b'approċċ tajjeb. Skont id-data disponibbli għat-traffiku inkrementali mistenni, id-dikjarazzjoni tal-Awstrija rigward il-kostijiet inkrementali tal-investiment tidher li hija wkoll raġonevoli.

(381)

Madankollu, wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, il-Kummissjoni ma taqbilx, fi wħud mill-punti tal-analiżi u, għalhekk, se temenda l-analiżi fil-punti li ġejjin:

(a)

Bħala dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, l-Awstrija stmat EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha, billi kkalkolat dan l-ammont mid-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier matul il-perjodu tas-snin 2000-2004. Madankollu, f'analiżi għall-ftehimiet tal-2002 imwettqa fi Frar 2002, MEO prudenti kien minflok juża d-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi matul il-perjodu tas-snin 1997-2001. Mill-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, din il-medja għas-snin 1997-2001 kienet tabilħaqq ta' EUR […]. Għalhekk, il-Kummissjoni se tuża l-valur ta' EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq f'din l-analiżi. Għalhekk, ir-riżultat il-ġdid huwa EUR […] fis-sena.

(b)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Awstrija fuq l-inklużjoni, bħala dħul inkrementali tal-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] bħala pagament ta' darba fl-2002, EUR […] fis-sena), mill-belt ta' Klagenfurt (EUR […] fis-sena) u minn Kärnten Werbung (EUR […] fis-sena) fl-analiżi tagħha. Dawn l-ammonti ngħataw bħala appoġġ operattiv sabiex jiġu ffinanzjati l-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair u mas-sussidjarji tagħha (ara t-taqsima 7.1. ta' hawn fuq). Skont il-punt 63 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni, “L-ajruport irid juri li […] huwa kapaċi li jkopri l-kostijiet kollha li jirriżultaw mill-arranġament”. Jekk ikun meħtieġ appoġġ addizzjonali, it-test tal-MEO ma jiġix issodisfat. Dan jimplika li kwalunkwe appoġġ pubbliku ma jistax jitqies bħala dħul inkrementali, u fin-nuqqas ta' dan, id-dispożizzjoni tkun mingħajr tifsira. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tqisx il-pagamenti riċevuti mill-Istat ta' Carinthia, mill-belt ta' Klagenfurt u minn Kärnten Werbung bħala dħul inkrementali.

(c)

Il-Kummissjoni tinnota li, fl-analiżi tagħha, l-Awstrija inkludiet bħala kostijiet inkrementali mistennija biss il-pagamenti speċifikati fl-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn LV u DMG (EUR […] fis-sena), kif ukoll il-pagament speċifikat fit-tielet ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni (ittra ta' akkumpanjament għall-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni) bejn LV u DMG (il-pagament ta' darba ta' EUR […]). Kuntrarju għal dan, il-Kummissjoni se tqis ukoll il-pagamenti speċifikati fit-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS (EUR […] fis-sena). L-Awstrija ma inkludietx dan il-pagament, minħabba li hija ssostni li dan il-ftehim kien sostitwit mit-tielet ftehim u ma daħalx fis-seħħ. Il-Kummissjoni tinnota li l-Awstrija ma ssottomettiet l-ebda dokument sabiex tipprova dan l-argument, minflok hija ddikjarat biss in-nuqqas ta' kwalunkwe tip ta' dokument għall-pagamenti fir-rekords kontabilistiċi ta' KFBG li juri li ma sar l-ebda pagament minn KFBG skont it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni. Anki meta wieħed jassumi li l-Awstrija tfakkar dawn il-fatti b'mod korrett, il-Kummissjoni xorta se tqis it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni fl-analiżi, billi ma hemm ebda raġuni għaliex MEO raġonevoli seta' jistenna jew jipprevedi, fi Frar 2002 meta ffirma l-kuntratt, li dan il-ftehim ma kienx se jiġi implimentat u li l-pagamenti ma kinux se jsiru aktar tard. MEO kellu jivvaluta l-ftehimiet skont is-sitwazzjoni prevalenti fiż-żmien meta ġew iffirmati u, b'mod aktar speċifiku, skont l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli f'dak iż-żmien. Għalhekk, it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni jrid jitqies fl-analiżi ex ante.

(382)

Fid-dawl ta' dawn l-emendi meħtieġa, il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tagħha stess billi użat direttament l-analiżi tal-profittabbiltà inkrementali kif sottomessa mill-Awstrija u billi emendat din l-analiżi biss fejn meħtieġ, kif imqassra fit-tabella 10.

Tabella 10

Il-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratti ma' Ryanair, LV u AMS tal-2002, kif ikkoreġuti mill-Kummissjoni

Perjodu tal-kuntratt: 5 snin

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

Konnessjonijiet ta' kuljum:

348

Rotazzjonijiet fis-sena

LFZ (B737-800):

189

Sits

MTOW (B737-800):

75

MTOW


Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjoni

348

348

348

348

348

Tagħbija

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

Passiġġieri li jitilqu

46 040

46 040

46 040

46 040

46 040

Perjodu ta' 5 snin

Lulju 2002 – Ġunju 2003

Lulju 2003 – Ġunju 2004

Lulju 2004 – Ġunju 2005

Lulju 2005 – Lulju 2006

Lulju 2006 – Ġunju 2007

EUR […] għal kull rotazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul inkrementali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ftehim ta' Kummerċjalizzazzjoni bejn LV u DMG

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ftehim ta' Kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u DMG

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ittra ta' akkumpanjament ta' LV-DMG

(…)

0

0

0

0

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

 

 

 

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn partijiet terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Austro Control – is-sikurezza tal-avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet tal-proġett (2002)

 

 

 

 

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet inkrementali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Flussi tal-flus inkrementali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Valur Preżenti Nett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

7.4.3.5.   Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku

(383)

Billi r-riżultat skontat mistenni huwa negattiv għall-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, LV u AMS, il-Kummissjoni tqis li KFBG/DMG ma aġixxewx bħal MEO fil-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet. L-Ajruport ma setax jistenna li jiġu koperti l-kostijiet inkrementali kkawżati minn dawk il-ftehimiet. Billi KFBG/DMG ma aġixxewx bħal MEO, id-deċiżjoni tagħhom li jikkonkludu l-ftehimiet fuq dawk it-termini tat vantaġġ ekonomiku lil Ryanair, LV u AMS. L-argument tal-Awstrija li KFBG organizzat sejħiet għall-offerti sabiex tikkonkludi l-ftehimiet għar-rotot rispettivi ma jeskludix il-preżenza tal-vantaġġ kif konkluż mill-Kummissjoni. MEO li jopera f'ajruport jista' fil-prinċipju jorganizza sejħa għall-offerti miftuħa sabiex joffri inċentivi finanzjarji lil linja tal-ajru bil-għan li żżid it-traffiku. Sejħa għall-offerti miftuħa tista' tabilħaqq tkun mod xieraq ta' kif jiġu massimizzati l-profitti ġġenerati minn inċentivi bħal dawn. Madankollu, jekk l-ebda waħda mill-offerti mressqa wara sejħa għall-offerti bħal din ma tista' tkun mistennija mill-operatur ta' ajruport li tikkontribwixxi, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-ajruport, mela mbagħad il-MEO inkwistjoni ma jikkonkludi l-ebda ftehim, lanqas mal-offerent rebbieħ, minħabba li ma jkunx ekonomikament razzjonali li jikkonkludi ftehim li jnaqqas il-profitti jew li jżid it-telf. (63) Jekk entità pubblika ta' Stat Membru tiddeċiedi li tipprovdi appoġġ, għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, għal attività partikolari u toħroġ sejħa għal offerti, pereżempju, l-ammont ta' finanzjament ipprovdut, is-sempliċi fatt li tiġi organizzata offerta ma jeskludix il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat, iżda jista' biss inaqqas l-ammont ta' għajnuna (64).

7.4.4.   Selettività

(384)

Il-vantaġġ ekonomiku ngħata fuq bażi selettiva, minħabba li kienet biss linja tal-ajru waħda, jiġifieri Ryanair, li bbenifikat minnu.

(385)

F'dan il-kuntest, l-argument imressaq mill-Awstrija li l-iskontijiet fuq it-tariffi tal-ajruport mogħtija lil-linji tal-ajru li joperaw minn Klagenfurt ma kinux selettivi jrid jiġi rrifjutat. L-Awstrija sostniet li l-iskontijiet kienu miftuħa għal-linji tal-ajru kollha li xtaqu joperaw minn Klagenfurt, li allegatament rendewhom nonselettivi.

(386)

Il-Kummissjoni tosserva li l-ftehimiet individwali konklużi ma' Ryanair jmorru lil hinn mill-iskeda tat-tariffi u mill-ftehimiet ma' linji tal-ajru oħrajn, sabiex b'hekk fihom kundizzjonijiet li ġew innegozjati individwalment.

7.4.5.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(387)

Miżura mogħtija minn Stat titqies bħala li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta din tkun tista' ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li magħhom tikkompeti. B'hekk, għall-finijiet prattiċi kollha, jiġi preżunt tfixkil tal-kompetizzjoni meta l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni. Il-każistika tal-Qrati Ewropej stabbilixxiet li kwalunkwe għotja ta' għajnuna lil impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-suq intern tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(388)

Minn mindu daħal fis-seħħ it-tielet pakkett dwar il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-1 ta' Jannar 1993 (65), it-trasportaturi tal-ajru jistgħu joperaw liberament titjiriet fuq konnessjonijiet intra-Ewropej. Kif osservat il-Qorti tal-Ġustizzja,

“meta impriża topera f'settur li fih […] jikkompetu produtturi minn diversi Stati Membri, kwalunkwe għajnuna li hija tista' tirċievi mingħand l-awtoritajiet pubbliċi tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u tfixkel il-kompetizzjoni, billi l-preżenza kontinwa tagħha fis-suq timpedixxi lill-kompetituri milli jżidu s-sehem mis-suq tagħhom u tnaqqas iċ-ċansijiet tagħhom li jżidu l-esportazzjonijiet.”  (66)

(389)

Il-Kummissjoni sabet li KFBG/DMG taw vantaġġ selettiv lil Ryanair, LV u AMS. Ryanair flimkien mas-sussidjarji tagħha huma attivi f'suq kompetittiv madwar l-Unjoni kollha u l-vantaġġ li rċevew dawn l-impriżi seta' jwassal għal titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tagħhom f'dak is-suq. F'dan id-dawl, il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ mogħti lil Ryanair, LV u AMS jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.4.6.   Konklużjoni

(390)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Ryanair, LV u AMS irċevew għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR […] f'termini ta' valur preżenti nett.

7.5.   Il-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair u AMS

7.5.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(391)

Ryanair tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru. AMS tipprovdi servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni. Il-provvista ta' servizzi bħal dawn hija attività ekonomika. Għalhekk, Ryanair u AMS huma impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.5.2.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat

(392)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat. Għall-kriterji użati sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat, issir referenza għall-premessi 224 sa 232.

(393)

Il-Kummissjoni tinnota li KFBG/DMG huma 100 % proprjetà tal-Istat. Sal-2003, l-ishma ta' KFBG/DMG kienu miżmuma mir-Repubblika tal-Awstrija (60 %), mill-Istat ta' Carinthia (20 %) u mill-belt ta' Klagenfurt (20 %). F'April 2003, l-Istat ta' Carinthia ħa f'idejh l-ishma tar-Repubblika tal-Awstrija. Għalhekk, mill-2003 'il quddiem, l-ishma kienu miżmuma mill-Istat ta' Carinthia (80 %) u mill-belt ta' Klagenfurt (20 %). B'hekk, KFBG/DMG iridu jitqiesu bħala impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2006/111/KE, li l-fondi tagħhom huma riżorsi tal-Istat.

(394)

Il-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair, AMS u LV huma wkoll imputabbli għall-Istat. Għall-involviment ġenerali tal-Istat ta' Carinthia fl-attivitajiet tal-ajruport, b'mod partikolari l-konklużjoni tal-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni mal-linji tal-ajru, ara r-referenza 314 et seq. ta' hawn fuq.

(395)

Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Awstrija kkonfermat espliċitament dan l-involviment ukoll b'referenza għall-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair u AMS.

(396)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2006 bejn KFBG/DMG u Ryanair/AMS hija imputabbli għall-Istat.

7.5.3.   Vantaġġ ekonomiku

7.5.3.1.   Il-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq

(397)

Fir-rigward tan-nuqqas attwali ta' ajruporti u ftehimiet komparabbli u l-analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehimiet tal-2006, issir referenza għall-valutazzjoni taħt il-premessi minn (261) sa (278).

(398)

Fir-rigward tat-tqabbil tal-KLU ma' ajruporti oħrajn, Ryanair issottomettiet l-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011. Dan l-istudju kien limitat għal tqabbil bejn it-tariffi mħallsin minn Ryanair fl-ajruporti ta' […] u […] u t-tariffi mħallsin minn Ryanair skont il-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport fil-KLU. Dan l-istudju ma għamel l-ebda tentattiv sabiex jitqiesu l-ftehimiet speċifiċi dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni fil-KLU meta mqabbla ma' dawk possibbilment offruti f'ajruporti oħrajn. Madankollu, għal kull rotta koperta mill-ftehimiet inkwistjoni, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni rilevanti kellu jiġi vvalutat flimkien mal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport korrispondenti. Bħala tali, l-elementi invokati fl-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 ma ssodisfawx l-aktar rekwiżit bażiku għall-parametraġġ referenzjarju, jiġifieri “definizzjoni preċiża biżżejjed tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati” sabiex b'hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati l-operaturi tas-suq komparabbli.

(399)

Barra minn hekk, l-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 ma stabbilixxa l-ebda punt ta' referenza affidabbli għall-prezzijiet tas-suq tas-servizzi pprovduti fl-ajruport. Għalkemm l-istudju jiddeskrivi l-ajruporti komparabbli magħżula bħala “li kellhom maġġoranza ta' azzjonisti privati u huma ffinanzjati privatament, jew inkella li joperaw bħala investituri fl-ekonomija tas-suq”, l-ajruport ta' […] huwa proprjetà ta' Manchester Airports Group, li huwa stess għandu sjieda maġġoritarja tal-Istat, filwaqt li l-istudju ta' Oxera tal-4 ta' Lulju 2011 ma jsostnix li l-ajruport ta' […] huwa operat fuq bażi ta' ekonomija tas-suq. Fir-rigward tal-ajruport ta' […], l-istudju jiddikjara li l-ajruport kien konsistentement f'idejn il-privat, iżda jonqos milli jsemmi li l-ajruport ta' […] kien qed jagħmel it-telf qabel inbiegħ fl-2013, fattur li jqajjem dubju dwar jekk it-tariffi baxxi tal-ajruport invokati bħala punt ta' referenza f'dan il-każ kinux sostenibbli għal MEO.

7.5.3.2.   Il-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq – Rigward l-analiżi tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport flimkien

(400)

Il-Kummissjoni tqis li fl-applikazzjoni tat-test tal-MEO, il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport konkluż bejn Ryanair u KFBG, minn naħa waħda, u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS, min-naħa l-oħra, iridu jiġu evalwati flimkien bħala miżura waħda..

(401)

Tabilħaqq, għall-ftehimiet tal-2002, hemm bosta indikazzjonijiet li jirreferu għall-fatt li l-ftehimiet tal-2006 għandhom jiġu evalwati bħala miżura waħda minħabba li huma ddaħħlu fil-qafas ta' tranżazzjoni waħda.

(402)

L-ewwel nett, skont il-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni, “dan il-ftehim huwa msejjes fuq l-impenn ta' Ryanair li topera rotta bejn STN u KLU[…]” Din id-dikjarazzjoni tirreferi għall-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport bejn Ryanair u KFBG u turi għal darba oħra li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport huma marbuta b'mod inseparabbli.

(403)

It-tieni nett, il-kuntratti ġew konklużi essenzjalment mill-istess partijiet. Il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa 326 rigward l-AMS sussidjarja ta' Ryanair u rigward id-DMG sussidjarja ta' KFBG.

(404)

It-tielet, skont iż-żewġ ftehimiet, it-tnejn damu sal-21 ta' April 2007, jiġifieri kienu fis-seħħ għal perjodu ta' żmien identiku. Din l-iskadenza kontemporanja taż-żewġ ftehimiet wara l-istess perjodu ta' żmien turi wkoll li ż-żewġ ftehimiet huma marbuta ma' xulxin u jiddependu fuq xulxin.

(405)

Bħala konklużjoni, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni konkluż minn DMG u AMS huwa b'hekk marbut b'mod indiviżibbli mal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport iffirmat minn Ryanair u KFBG. Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq juru li mingħajr il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma setax jiġi konkluż. Tabilħaqq, il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni jiddikjara espliċitament li huwa bbażat fuq servizz tliet (3) darbiet fil-ġimgħa bejn STN u KLU u essenzjalment jipprevedi servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni bl-użu tas-sit elettroniku tal-ivvjaġġar www.ryanair.com maħsub biex jippromwovi dak is-servizz bejn STN u KLU.

(406)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport tat-23 ta' Awwissu 2006 u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni tal-21 ta' Diċembru 2006 jiġu analizzati b'mod konġunt, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat jew le.

(407)

Fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-estensjoni, l-Awstrija qablet mal-approċċ meħud fid-deċiżjoni tal-estensjoni li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, li ġew iffirmati fl-istess żmien, jiġu analizzati flimkien.

(408)

Min-naħa l-oħra, ċerti partijiet interessati, b'mod partikolari Ryanair u AMS, iqajmu d-dubji tagħhom dwar dan l-approċċ, minħabba li huma tal-fehma li l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandu jiġi analizzat separatament. Fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-estensjoni, Ryanair oġġezzjonat għall-valutazzjoni konġunta tal-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u tal-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni (li jirreferu wkoll għal sottomissjonijiet preċedenti dwar dak is-suġġett (67)) minħabba li dawn ġew iffirmati minn entitajiet differenti u ma kinux marbutin ma' xulxin. Ryanair sostniet li l-konklużjoni ta' ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ma kinitx kundizzjoni għall-operat tar-rotot minn Ryanair lejn u minn ajruport.

(409)

Madankollu, il-fatti jikkonfermaw li l-approċċ meħud fid-deċiżjoni ta' estensjoni u approvat mill-Awstrija huwa utli sew kif intwera fil-premessi minn 324-333. Għalhekk, il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u l-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu vvalutati b'mod konġunt.

7.5.3.3.   Qafas ta' żmien għall-Valutazzjoni tad-dħul u l-kostijiet inkrementali

(410)

MEO se jivvaluta d-dħul u l-kostijiet inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. Dan il-qafas ta' żmien jidher realistiku għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi minn 368-369 ta' hawn fuq.

(411)

Bħala qafas ta' żmien għal valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, bħala punt tat-tluq, MEO kien jagħżel id-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni fil-21 ta' Diċembru 2006, li kien jikkumplimenta l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. Iż-żewġ ftehimiet ġew fi tmiemhom fil-21 ta' April 2007.

(412)

Il-possibbiltà li jiġu estiżi l-ftehimiet kif previst fi tnejn mill-ftehimiet, ma kinitx titqies minn MEO prudenti. Fid-data tal-iffirmar, MEO prudenti ma jkollux biżżejjed indikazzjonijiet sabiex jistrieħ fuq it-tiġdid tal-ftehimiet ta' linja tal-ajru bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, id-data tal-għeluq għall-valutazzjoni se tkun il-21 ta' April 2007.

7.5.3.4.   Valutazzjoni

(413)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, issir referenza għas-sejbiet fil-premessi minn 373 sa 377.

(414)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awstrija ħejjiet kumpendju tad-dħul u tal-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien meta ġew konklużi l-ftehimiet rilevanti. L-Awstrija ħejjiet dik id-data għal kull wieħed mill-ftehimiet konklużi, kif imqassra fit-Tabella 11.

Tabella 11

Il-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratti tal-2006 ma' Ryanair u AMS imħejjija mill-Awstrija

4 xhur

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

Inċentiv tal-passiġġieri:

7,62

konnessjoni 3 darbiet fil-ġimgħa

54

LFZ (B737-800):

189

MTOW (B737-800):

67


Kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjoni

 

54

Tagħbija:

 

85 %

Passiġġieri li jitilqu

8 675

 

 

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi

 

7,62

4 xhur

 

1

Tariffa fuq l-inżul

 

(…)

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

 

(…)

Immaniġġjar tat-Traffiku

 

(…)

Infrastruttura tal-ajru

 

(…)

Infrastruttura tal-art

 

(…)

Tariffa tal-passiġġieri

 

(…)

Inċentiv

 

(…)

 

 

 

Dħul totali

 

(…)

 

 

 

 

 

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

 

 

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

Bilanċ pożittiv tal-Proġett

 

(…)

Kontribuzzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' AMS

(…)

(Ftehim fil-21 ta' Diċembru 2006)

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn partijiet terzi 51 %

(…)

Tariffa tas-sigurtà ta' EUR 8

(…)

Il-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2005

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

 

 

 

Kostijiet/spejjeż tal-proġett

(…)

Ammont nieqes

 

(…)

Tariffi skont il-Ftehim

 

 

 

Tariffa fuq l-inżul

(…)

għal kull tlugħ u nżul

Immaniġġjar ta' servizzi fuq ir-rampa

(…)

għal kull tlugħ u nżul

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

għal kull tlugħ u nżul

Infrastruttura tal-ajru

(…)

għal kull tlugħ u nżul

Infrastruttura tal-art

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq

Tariffa tal-passiġġieri

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq

Koordinazzjoni tal-islots

(…)

għal kull tlugħ u nżul

Tariffa tas-sigurtà

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq

Inċentiv tal-passiġġieri

(…)

għal kull passiġġier li jitlaq

Tariffa tal-ACG

(…)

għal kull tlugħ u nżul

(415)

Meta ġiet biex tħejji t-tabella 11, l-Awstrija qieset il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-traffiku inkrementali mistenni, jiġifieri n-numri ta' passiġġieri inkrementali mistennija, ġie kkalkolat min-numru previst ta' titjiriet fil-ġimgħa (54 rotazzjoni matul il-perjodu previst b'189 sit, piż massimu waqt it-tlugħ ta' 67 tunnellata u fattur ta' tagħbija ta' 85 %) u estrapolati għad-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Ryanair. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat 8 675 passiġġier għall-perjodu previst.

(b)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi (tariffi fuq l-immaniġġjar u l-inżul abbażi tat-tariffi tal-ajruport f'dak iż-żmien) ġie kkalkolat matul it-terminu ta' erba' xhur tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport abbażi tal-kundizzjonijiet miftiehma ma' Ryanair. Bħala dħul inkrementali, l-Awstrija indikat EUR […] f'total għall-erba' xhur.

(c)

L-Awstrija indikat li d-dħul totali minn attivitajiet ajrunawtiċi ta' EUR […] kien jinkludi tnaqqis minħabba l-applikazzjoni tal-iskema ta' inċentivi għal-linji tal-ajru ta' KFBG, li kienet ilha fis-seħħ mill-1 ta' Settembru 2005. L-iskema kellha l-għan li ssaħħaħ u tiggarantixxi l-konnessjonijiet tat-titjiriet eżistenti permezz ta' inċentiv għall-passiġġieri. L-applikazzjoni ta' dan l-inċentiv wasslet għal tnaqqis ta' EUR […].

(d)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (tariffi fuq il-parkeġġ, l-infiq fit-terminals, eċċ.) ġie kkalkolat matul it-terminu ta' erba' xhur tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. L-Awstrija stmat EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha, billi kkalkolat dan l-ammont mid-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier matul il-perjodu tas-snin 2001-2005. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat EUR […] għall-perjodu ta' erba' xhur.

(e)

Bħala kostijiet inkrementali mistennija, jiġifieri bħala kostijiet li jirriżultaw minħabba t-tranżazzjoni ma' Ryanair u AMS li ma jimmaterjalizzawx fix-xenarju kontrofattwali, l-Awstrija indikat il-pagamenti li ġejjin:

il-pagamenti speċifikati fil-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn AMS u DMG (EUR […] fis-sena);

il-pagamenti lil parti terza (Tyrolean Airways) bħala subaġent għall-forniment ta' servizzi tal-groundhandling kif deskritt fil-premessa 379 il-punt (e). L-Awstrija indikat pagamenti ta' EUR […] fis-sena;

pagamenti għall-finijiet ta' sigurtà lill-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi rispettivi: ġiet ikkunsidrata t-tariffa tas-sigurtà ta' EUR […] fis-sena, billi fil-ftehim bejn KFBG u Ryanair kien stipulat li KFBG kellha tħallas din it-tariffa;

Il-kostijiet operatorji inkrementali mit-traffiku inkrementali mistenni matul id-durata tal-ftehim: EUR […] għal kull rotazzjoni addizzjonali u għal kull tunnellata ta' MTOW u EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq addizzjonali. L-Awstrija ddikjarat li dawn iż-żewġ valuri huma l-aqwa estimi għal dawn il-valuri li jistgħu jiġu stabbiliti għal stima ex ante ta' MEO fil-mument li jiġu ffirmati l-ftehimiet. Dawn il-valuri huma derivati mis-sistema kontabilistika tal-kostijiet fis-seħħ mill-2005 (BAB 2005), li kienet tinkludi l-fatturi tal-kostijiet tat-tariffa fuq l-inżul, tat-tariffa tal-passiġġieri u tat-tariffa fuq l-immaniġġjar ta' servizzi fuq ir-rampa. Is-sistema kontabilistika tal-kostijiet BAB 2005 uriet fid-dettall il-kostijiet primarji, il-kostijiet sekondarji u l-kostijiet ġenerali differenti li żdiedu mal-kostijiet totali. L-Awstrija spjegat fid-dettall il-metodu proċedurali ta' kif KFBG ġabet il-kostijiet inkrementali minn ċerti pożizzjonijiet tal-kostijiet primarji.

(f)

L-Awstrija ddikjarat li, f'Diċembru 2006, KFBG ma stenniet l-ebda kost inkrementali tal-investiment minħabba t-traffiku addizzjonali. F'dak iż-żmien, il-KLU kellu kapaċità żejda konsiderevoli u t-traffiku addizzjonali suppost li kellu jimla dawn il-kapaċitajiet. It-terminal tal-KLU kellu kapaċità totali ta' 600 000 passiġġier fis-sena u fl-aħħar tal-2006 kien hemm madwar 409 000 passiġġier li użaw il-KLU. Għalhekk, it-traffiku inkrementali mistenni ta' 23 000 passiġġier ma jirrikjedi l-ebda investiment, billi t-terminal eżistenti jista' jakkomoda t-traffiku inkrementali.

(g)

Ir-rata ta' skont użata minn KFBG kienet ibbażata fuq ir-rata ta' skont ta' 8 %, li kienet ir-rata ta' skont użata u ppubblikata mill-ajruport ta' Vjenna.

(416)

Wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, il-Kummissjoni tqis li l-approċċ meħud mill-Awstrija fl-istima tal-għadd ta' passiġġieri u fil-kalkolu, abbażi ta' dan, tad-dħul inkrementali mistenni mill-attivitajiet ajrunawtiċi, huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tad-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi, it-tnaqqis minħabba l-iskema ta' inċentivi, id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, il-kostijiet inkrementali tas-servizzi ta' groundhandling minn parti terza u l-kostijiet għall-pagamenti għal Austro Control. Barra minn hekk, l-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali għal kull rotazzjoni u għal kull passiġġier, kif ukoll ir-rata ta' skont ta' 8 % hija stmata b'approċċ tajjeb. Skont id-data disponibbli għat-traffiku inkrementali mistenni, id-dikjarazzjoni tal-Awstrija rigward il-kostijiet inkrementali tal-investiment tidher li hija wkoll raġonevoli.

7.5.3.5.   Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku

(417)

Minħabba li r-riżultat skontat mistenni huwa negattiv għall-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair u AMS, il-Kummissjoni tqis li KFBG/DMG ma aġixxewx bħal MEO fil-konklużjoni ta' dawk il-ftehimiet. L-Ajruport ma setax jistenna li jiġu koperti l-kostijiet inkrementali kkawżati minn dawk il-ftehimiet. B'hekk, minħabba li KFBG/DMG ma aġixxewx bħal MEO, id-deċiżjoni tagħhom li jikkonkludu l-ftehimiet fuq dawk it-termini tat vantaġġ ekonomiku lil Ryanair u AMS.

(418)

Dan ir-riżultat għall-ftehimiet tal-2006 ma jikkontradixxix il-fatt li l-iskema ta' inċentivi tal-2005 (li ġiet applikata fil-ftehimiet tal-2006) bħala tali ma kienet tinvolvi l-ebda vantaġġ ekonomiku, kif spjegat fil-premessi 261 - 288. Il-ftehimiet tal-2006 jikkonsistu fl-applikazzjoni ta' dik l-iskema flimkien ma' ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni. B'hekk, il-ftehimiet tal-2006 jiddevjaw mill-applikazzjoni normali tal-iskema ta' inċentivi tal-2005. Huwa l-ammont ta' dik id-devjazzjoni li jirrappreżenta l-vantaġġ ekonomiku għall-ftehimiet tal-2006.

7.5.4.   Selettività

(419)

Il-vantaġġ ekonomiku ngħata fuq bażi selettiva, minħabba li kienet biss linja tal-ajru waħda, jiġifieri Ryanair, li bbenifikat minnu. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair kienu differenti mill-iskeda ta' tariffi, kif ukoll mill-ftehimiet ma' linji tal-ajru oħrajn.

7.5.5.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(420)

Il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ mogħti lil Ryanair u AMS jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 387-389 ta' hawn fuq.

7.5.6.   Konklużjoni

(421)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Ryanair u AMS irċevew għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR 141 326.

7.6.   Il-ftehim tal-2003 ma' HLX

7.6.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(422)

Billi tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru, HLX qiegħda twettaq attività ekonomika u, għalhekk, tikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.6.2.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat

(423)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat. Għall-kriterji użati sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà lill-Istat, issir referenza għall-premessi minn 224 sa 232.

(424)

Il-Kummissjoni tinnota li KFBG/DMG huma 100 % proprjetà tal-Istat. Sal-2003, l-ishma ta' KFBG/DMG kienu miżmuma mir-Repubblika tal-Awstrija (60 %), mill-Istat ta' Carinthia (20 %) u mill-belt ta' Klagenfurt (20 %). F'April 2003, l-Istat ta' Carinthia ħa f'idejh l-ishma tar-Repubblika tal-Awstrija. Għalhekk, mill-2003 'il quddiem, l-ishma kienu miżmuma mill-Istat ta' Carinthia (80 %) u mill-belt ta' Klagenfurt (20 %). B'hekk, KFBG/DMG iridu jitqiesu bħala impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 2006/111/KE, li l-fondi tagħhom huma riżorsi tal-Istat.

(425)

Il-ftehim tal-2003 ma' HLX huwa wkoll imputabbli għall-Istat għall-istess raġunijiet spjegati hawn fuq fil-premessa 314. L-Awstrija kkonfermat espliċitament ukoll l-involviment attiv tal-Istat ta' Carinthia u tal-belt ta' Klagenfurt fil-konklużjoni tal-ftehimiet tal-2003 ma' HLX.

(426)

Barra minn hekk, il-kostijiet tal-ftehimiet tal-2003 tħallsu mill-Istat ta' Carinthia u mill-Belt ta' Klagenfurt (ara t-taqsima 7.1), li l-Kummissjoni tqis bħala indikazzjoni qawwija oħra tal-imputabbiltà kif spjegat hawn fuq fil-premessa 314.

(427)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-konklużjoni tal-ftehim tal-2003 bejn KFBG/DMG u HLX hija imputabbli għall-Istat.

7.6.3.   Vantaġġ ekonomiku

7.6.3.1.   Il-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq

(428)

Fir-rigward tan-nuqqas attwali ta' ajruporti u ftehimiet komparabbli u l-analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehimiet tal-2006, issir referenza għall-valutazzjoni taħt il-premessi minn 261 sa 278.

7.6.3.2.   Qafas ta' żmien għall-Valutazzjoni tad-dħul u l-kostijiet inkrementali

(429)

MEO se jivvaluta d-dħul u l-kostijiet inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. Dan il-qafas ta' żmien jidher realistiku għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi minn 368 sa 369 ta' hawn fuq.

(430)

Bħala qafas ta' żmien għal valutazzjoni tal-ftehim inkwistjoni, MEO kien jagħżel bħala punt tat-tluq id-data tal-bidu tal-kooperazzjoni u l-operat tas-servizzi tat-trasport bl-ajru minn HLX, jiġifieri t-30 ta' Awwissu 2003. Tabilħaqq, anki jekk il-kuntratt kien formalment iffirmat aktar tard, l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li l-kontenut tal-ftehim kien miftiehem b'mod effettiv mill-partijiet qabel dik id-data, li fiha tnedew l-operazzjonijiet ta' trasport bl-ajru skont il-ftehim. Il-ftehim ġie fi tmiemu fil-31 ta' Marzu 2008.

(431)

Il-possibbiltà tal-estensjoni tal-ftehim ma tiġix ikkunsidrata minn MEO prudenti. Fid-data tal-konklużjoni ta' ftehim bħal dan, MEO prudenti ma jkollux biżżejjed indikazzjonijiet sabiex jistrieħ fuq it-tiġdid tal-ftehimiet ta' linja tal-ajru bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, id-data tal-għeluq għall-valutazzjoni se tkun il-31 ta' Marzu 2008.

7.6.3.3.   Valutazzjoni

(432)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, issir referenza għas-sejbiet fil-premessi minn 373 sa 377.

(433)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awstrija ħejjiet kumpendju tad-dħul u tal-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien meta ġie konkluż il-ftehim rilevanti, kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 12.

Tabella 12

Il-profittabbiltà inkrementali ta' kuntratt tal-2003 ma' HLX, kif imħejji mill-Awstrija

4 snin u 7 xhur

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

LFZ (B737-700):

148

Sits

MTOW (B737-700):

68

MTOW


Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjonijiet:

770

996

996

996

655

 

Tagħbija:

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

 

Passiġġieri li jitilqu:

79 772

103 186

103 186

103 186

67 858

 

 

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

 

Inċentivi:

0

0

0

0

0

 

Perjodu ta' 4 snin u 7 xhur

1

2

3

4

5

Total tal-proġett

Tariffa fuq l-inżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-art

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Inċentiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dħul mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kontribuzzjoni tal-linja tal-ajru

(…)

Ebda approċċ minħabba l-metodu tal-valur gross

 

Kontribuzzjoni tal-kostijiet kif irrappreżentata mill-kostijiet mhux koperti

 

Kontribuzzjoni tal-kostijiet għall-Istat ta' Carinthia

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dħul minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Volum tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim ta' kooperazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ikkoreġut kif ippreżentat taħt il-kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Ikkoreġut kif ippreżentat taħt il-kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn Partijiet Terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(Austro Control - is-sikurezza tal-avjazzjoni)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(Tariffa tas-sigurtà)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

L-approċċ tal-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2002

 

 

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Somma tal-kostijiet tal-Proġett

 

 

 

 

 

(…)

Kostijiet totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat pożittiv skontat tal-Euro

(…)

 

(434)

Meta ġiet biex tħejji t-tabella 12, l-Awstrija qieset il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-traffiku inkrementali mistenni, jiġifieri l-għadd ta' passiġġieri inkrementali mistennija, ġie kkalkolat mill-għadd previst ta' rotazzjonijiet fis-sena (996 rotazzjoni fis-sena matul il-perjodu previst, bl-eċċezzjoni ta' 770 rotazzjoni fl-ewwel sena u 655 rotazzjoni fl-aħħar sena) b'148 sit, piż massimu waqt it-tlugħ ta' 68 tunnellata u fattur ta' tagħbija ta' 70 %) u estrapolati għat-tul tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' HLX.

(b)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi (tariffi fuq l-immaniġġjar u l-inżul abbażi tat-tariffi tal-ajruport f'dak iż-żmien) ġie kkalkolat matul it-tul tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport abbażi tal-kundizzjonijiet miftiehma ma' HLX. Bħala dħul inkrementali, l-Awstrija indikat EUR […] b'kollox.

(c)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (tariffi fuq il-parkeġġ, l-infiq fit-terminals, eċċ.) ġie kkalkolat matul it-tul tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. L-Awstrija stmat EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena.

(d)

Barra minn hekk, l-Awstrija inkludiet bħala dħul inkrementali l-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] fis-sena) fl-analiżi tagħha.

(e)

Bħala kostijiet inkrementali mistennija, jiġifieri bħala kostijiet li jirriżultaw minħabba t-tranżazzjoni ma' HLX, li ma jimmaterjalizzawx fix-xenarju kontrofattwali, l-Awstrija indikat il-pagamenti li ġejjin:

pagamenti għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni kif speċifikati fil-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn KFBG u HLX; EUR […] fl-ewwel sena; EUR […] fis-snin ta' wara u EUR […] fl-aħħar sena;

il-pagamenti lil parti terza (Tyrolean Airways) bħala subaġent għall-forniment ta' servizzi tal-groundhandling kif deskritt fil-premessa 379 il-punt (e). L-Awstrija indikat pagamenti ta' EUR […] fis-sena;

pagamenti għall-finijiet ta' sigurtà lill-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi rispettivi: Ġiet ikkunsidrata t-tariffa tas-sigurtà ta' EUR […] fis-sena, billi fil-ftehim bejn KFBG u HLX kien stipulat li KFBG kellha tħallas din it-tariffa. Bl-istess mod, ġiet ikkunsidrata t-tariffa ta' EUR […] fis-sena għal Austro Control, hekk kif KFBG kellha tħallas din it-tariffa skont il-ftehim;

il-kostijiet operatorji inkrementali mit-traffiku inkrementali mistenni matul it-tul tal-ftehim: EUR […] għal kull rotazzjoni addizzjonali u għal kull tunnellata ta' MTOW u EUR […] għal kull passiġġier addizzjonali li jitlaq. L-Awstrija ddikjarat li dawn iż-żewġ valuri huma l-aqwa estimi għal dawn il-valuri li jistgħu jiġu stabbiliti għal stima ex ante ta' MEO fil-mument li jiġu ffirmati l-ftehimiet. Dawn il-valuri huma derivati mis-sistema kontabilistika tal-kostijiet fis-seħħ mill-2002 (BAB 2002), li kienet tinkludi l-fatturi tal-kostijiet tat-tariffa fuq l-inżul, tat-tariffa tal-passiġġieri u tat-tariffa fuq l-immaniġġjar ta' servizzi fuq ir-rampa. Is-sistema kontabilistika tal-kostijiet BAB 2002 uriet fid-dettall il-kostijiet primarji, il-kostijiet sekondarji u l-kostijiet ġenerali differenti li żdiedu mal-kostijiet totali. L-Awstrija spjegat fid-dettall il-metodu proċedurali ta' kif KFBG iddeduċiet il-kostijiet inkrementali minn ċerti pożizzjonijiet tal-kostijiet primarji.

(f)

L-Awstrija ddikjarat li, f'Awwissu 2003, KFBG ma stenniet l-ebda kost inkrementali tal-investiment minħabba t-traffiku addizzjonali. F'dak iż-żmien, il-KLU kellu kapaċità żejda konsiderevoli u t-traffiku addizzjonali suppost li kellu jimla dawn il-kapaċitajiet. It-terminal tal-KLU kellu kapaċità totali ta' 600 000 passiġġier fis-sena u fl-aħħar tal-2002 kien hemm madwar 220 000 passiġġier li użaw il-KLU. Għalhekk, it-traffiku inkrementali mistenni ta' 103 000 passiġġier ma jirrikjedi l-ebda investiment, billi t-terminal eżistenti jista' jakkomoda t-traffiku inkrementali.

(g)

Ir-rata ta' skont użata minn KFBG kienet ibbażata fuq ir-rata ta' skont ta' 8 %, li kienet ir-rata ta' skont użata u ppubblikata mill-ajruport ta' Vjenna u komunement użata minn KFBG fil-kalkoli finanzjarji tagħha.

(435)

Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ meħud mill-Awstrija fl-istima tal-għadd ta' passiġġieri u fil-kalkolu, abbażi ta' dan, tad-dħul inkrementali mistenni mill-attivitajiet ajrunawtiċi, huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kostijiet inkrementali tas-servizzi ta' groundhandling minn parti terza u fir-rigward tal-kostijiet għall-pagamenti għal Austro Control. Barra minn hekk, l-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali għal kull rotazzjoni u għal kull passiġġier, kif ukoll ir-rata ta' skont ta' 8 % hija stmata b'approċċ tajjeb. Skont id-data disponibbli għat-traffiku inkrementali mistenni, id-dikjarazzjoni tal-Awstrija rigward il-kostijiet inkrementali tal-investiment tidher li hija wkoll raġonevoli.

(436)

Madankollu, wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, il-Kummissjoni ma taqbilx, fi wħud mill-punti tal-analiżi u, għalhekk, se temenda l-analiżi fil-punti li ġejjin:

(a)

Bħala dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, l-Awstrija stmat EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha, billi kkalkolat dan l-ammont mid-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier matul il-perjodu tas-snin 2000-2004. Madankollu, f'analiżi għall-ftehim tal-2003, imwettqa f'Awwissu 2003, MEO raġonevoli kien juża d-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi matul il-perjodu 1999-2002, immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Mill-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, din il-medja għas-snin 1999-2002 kienet tabilħaqq ta' EUR […]. Għalhekk, il-Kummissjoni se tuża l-valur ta' EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq f'din l-analiżi. Għalhekk, ir-riżultat ġdid ikkoreġut huwa EUR […] fis-sena.

(b)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Awstrija fuq l-inklużjoni bħala dħul inkrementali tal-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] fis-sena) li ngħataw bħala appoġġ operattiv sabiex jiġi ffinanzjat il-ftehim tal-2003 ma' HLX (ara t-taqsima 7.1 ta' hawn fuq) għall-istess raġunijiet spjegati hawn fuq (ara l-premessa 381).

(437)

Il-Kummissjoni kkoreġiet ukoll l-ammonti tal-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni, hekk kif l-ammonti indikati ma kkorrispondewx għall-ammonti stipulati fil-ftehim tal-24 ta' Mejju 2004. Konsegwentement, il-Kummissjoni użat l-ammonti eżatti ta' pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni kif indikati fil-ftehim.

(438)

Fid-dawl ta' dawn l-emendi meħtieġa, il-Kummissjoni kkoreġiet l-analiżi, fejn meħtieġ, kif imqassra fit-tabella 13 li ġejja.

Tabella 13

Il-profittabbiltà inkrementali ta' kuntratt tal-2003 ma' HLX, kif imħejji mill-Awstrija u kkoreġut mill-Kummissjoni

Perjodu tal-kuntratt: 4 snin u 7 xhur

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

LFZ (B737-700):

148

Sits

MTOW (B737-700):

68

MTOW


Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjonijiet:

770

996

996

996

581

 

Tagħbija:

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

 

Passiġġieri li jitilqu:

79 772

103 186

103 186

103 186

60 192

 

Inċentivi li diġà ġew ikkunsidrati fit-tariffi tal-ajruport:

0

0

0

0

0

 

Perjodu: 4 snin u 7 xhur

Aww 2003 – Aww 2004

Aww 2004 – Aww 2005

Aww 2005 – Aww 2006

Aww 2006 – Aww 2007

Aww 2007 – Marzu 2008

Total tal-proġett

Tariffa fuq l-inżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-art

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Inċentiv

0

0

0

0

0

 

Dħul mill-Avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pagamenti tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim ta' kooperazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn Partijiet Terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(Austro Control - is-sikurezza tal-avjazzjoni)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(Tariffa tas-sigurtà)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

L-approċċ tal-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2002

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Somma tal-kostijiet tal-Proġett

 

 

 

 

 

(…)

Kostijiet totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat negattiv skontat tal-Euro

(…)

7.6.3.4.   Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku

(439)

Minħabba li r-riżultat skontat mistenni huwa negattiv għall-ftehim tal-2003 ma' HLX, il-Kummissjoni tqis li KFBG ma aġixxietx bħal MEO fil-konklużjoni ta' dan il-ftehim. L-Ajruport ma setax jistenna li jiġu koperti l-kostijiet inkrementali kkawżati minn dan il-ftehim. B'hekk, billi KFBG ma aġixxietx bħal MEO, id-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-ftehimiet fuq dawk it-termini tat vantaġġ ekonomiku lil HLX.

7.6.4.   Selettività

(440)

Il-vantaġġ ekonomiku ngħata fuq bażi selettiva, minħabba li kienet biss linja tal-ajru waħda, jiġifieri HLX, li bbenifikat minnu. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ftehim tal-2003 ma' HLX kien differenti mill-iskeda ta' tariffi, kif ukoll mill-ftehimiet ma' linji tal-ajru oħrajn.

7.6.5.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(441)

Il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ mogħti lil HLX jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 387-389 ta' hawn fuq.

7.6.6.   Konklużjoni

(442)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li HLX irċeviet għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR […] f'termini ta' valur preżenti nett.

7.7.   Il-ftehim tal-2008 ma' Tuifly

7.7.1.   L-attività ekonomika u l-kunċett ta' impriża

(443)

Billi tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru, Tuifly qiegħda twettaq attività ekonomika u, għalhekk, tikkostitwixxi impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.7.2.   Ir-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat

(444)

Sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni għandhom jiġu ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li tingħata l-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat. Għall-kriterji użati sabiex tiġi vvalutata l-eżistenza tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà għall-Istat, issir referenza għall-premessi minn 224 sa 232.

(445)

Il-Kummissjoni tinnota li KFBG/DMG huma 100 % proprjetà tal-Istat, jiġifieri 20 % tal-belt ta' Klagenfurt u 80 % ta' KLH. Kif ġie deskritt fil-premessi 24-26, KLH kienet persuna ġuridika sui generis irregolata bil-liġi pubblika. B'hekk, KFBG/DMG iridu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2006/111/KE. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li kwalunkwe vantaġġ mogħti mir-riżorsi ta' KFBG/DMG ikun ifisser telf ta' riżorsi tal-Istat, sabiex b'hekk jikkostitwixxi trasferiment tar-riżorsi tal-Istat għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 313.

(446)

Il-ftehim tal-2008 ma' Tuifly huwa wkoll imputabbli għall-Istat. Kif deskritt fil-premessi 228-232, id-deċiżjonijiet ta' KLH u tal-belt ta' Klagenfurt kienu imputabbli għall-Istat. Iż-żewġ azzjonisti ta' KFBG ħatru l-bord superviżorju ta' KFBG/DMG (li min-naħa tiegħu ħatar il-bord) bir-riżultat li l-bord superviżorju (u l-bord) ta' KFBG kienu jirrappreżentaw ukoll il-proporzjonijiet tal-partiti politiċi rrappreżentati fil-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Barra minn hekk, il-bord superviżorju kellu jaqbel ma' kwalunkwe deċiżjoni ta' investiment tal-bord 'il fuq mill-ammont ta' EUR 50 000. Skont l-Art. 5 tal-istatuti ta' KLH, KLH kienet taħt superviżjoni kostanti mill-gvern tal-Istat ta' Carinthia. Il-gvern ta' Carinthia kellu jiżgura li d-deċiżjonijiet kollha ta' KLH kienu fl-interess tal-Istat ta' Carinthia.

(447)

Meta ġew biex jikkonkludu l-ftehim ma' Tuifly, KFBG/DMG irrappreżentaw ukoll b'mod attiv l-interess tal-Istat ta' Carinthia fl-eżistenza u l-manutenzjoni ta' ajruport vijabbli u bi prestazzjoni għolja fi Klagenfurt għall-Istat ta' Carinthia.

(448)

L-Awstrija ddikjarat li l-Istat ta' Carinthia kien involut fid-deċiżjoni li jiġi konkluż il-ftehim tal-2008 ma' Tuifly u kien infurmat tajjeb dwar il-ftehim permezz tal-bordijiet superviżorji u maniġerjali ta' KLH, KFBG u DMG. L-Istat ta' Carinthia qies il-konklużjoni tal-ftehim bħala li kienet fl-interess ta' Carinthia. L-Awstrija kkonfermat li l-ftehimiet konklużi bejn KFBG/DMG u Tuifly huma imputabbli għall-Istat ta' Carinthia fis-sens tal-ġurisprudenza ta' Stardust Marine (68).

(449)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed indikaturi sabiex jinstab li l-konklużjoni tal-ftehim tal-2008 bejn KFBG/DMG u Tuifly hija imputabbli għall-Istat.

7.7.3.   Vantaġġ ekonomiku

7.7.3.1.   Il-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq

(450)

Fir-rigward tal-analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Tuifly, issir referenza għall-valutazzjoni fil-premessi 263-279.

7.7.3.2.   Qafas ta' żmien għall-Valutazzjoni tad-dħul u tal-kostijiet inkrimentali

(451)

MEO se jivvaluta d-dħul u l-kostijiet inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. Dan il-qafas ta' żmien jidher realistiku għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi 368-369 ta' hawn fuq.

(452)

Bħala qafas ta' żmien għal valutazzjoni tal-ftehim inkwistjoni, MEO kien jagħżel bħala punt tat-tluq id-data tal-bidu tal-kooperazzjoni u l-operat tas-servizzi tal-ajruport, jiġifieri l-1 ta' April 2008. Il-ftehim ġie fi tmiemu fil-31 ta' Marzu 2013.

7.7.3.3.   Valutazzjoni

(453)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, issir referenza għas-sejbiet fil-premessi minn 373 sa 377.

(454)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awstrija ħejjiet kompendju ġenerali tad-dħul u l-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien meta ġie konkluż il-ftehim rilevanti kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 12.

Tabella 14

Il-profittabbiltà inkrementali ta' kuntratt tal-2008 ma' Tuifly, kif imħejji mill-Awstrija

5 snin

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

LFZ (B737-700):

148

Sits

MTOW (B737-700):

68

MTOW


Preżentazzjoni tal-valur gross

Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjonijiet:

836

836

836

836

836

 

Tagħbija:

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

 

Passiġġieri li jitilqu:

86 610

86 610

86 610

86 610

86 610

 

 

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

Inċentivi għall-Passiġġieri

 

Inċentivi:

0

0

0

0

0

 

Perjodu ta' 5 snin

1

2

3

4

5

Total tal-proġett

Tariffa fuq l-inżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-art

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Inċentiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa fuq il-koordinazzjoni tal-islots

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Trasferiment lejn l-SCA fi Vjenna

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-passiġġieri – għal kull passiġġier li jitlaq

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Trasferiment lis-subaġenti għall-immaniġġjar tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dħul skont ir-regolament dwar it-tariffi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kontribuzzjoni tal-linja tal-ajru – l-ebda approċċ skont il-metodu tal-valur gross

 

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni tal-kostijiet kif irrappreżentata mill-kostijiet mhux koperti

 

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni tal-kostijiet tal-Land Kärnten u ta' Kärntner Landesholding

 

 

 

 

 

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul tal-Proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Volum tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim ta' kooperazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ikkoreġut kif ippreżentat taħt il-kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Ikkoreġut kif ippreżentat taħt il-kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn partijiet terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

(Austro Control – is-sikurezza tal-avjazzjoni)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Il-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2007

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Kostijiet totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Somma totali tal-kostijiet tal-proġett/tal-ispejjeż marġinali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat pożittiv skontat tal-Euro

(…)

 

(455)

Meta ġiet biex tħejji t-tabella 14, l-Awstrija qieset il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-traffiku inkrementali mistenni, jiġifieri l-għadd ta' passiġġieri inkrementali mistennija ġew ikkalkolati min-numru previst ta' rotazzjonijiet fis-sena (801 rotazzjoni fis-sena matul il-perjodu previst b'148 sit, piż massimu waqt it-tlugħ ta' 68 tunnellata u fattur ta' tagħbija ta' 70 %) u estrapolati għad-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Tuifly.

(b)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi (tariffi fuq l-immaniġġjar u l-inżul abbażi tat-tariffi tal-ajruport f'dak iż-żmien) ġie kkalkulat matul id-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport abbażi tal-kundizzjonijiet miftiehma ma' Tuifly. Bħala dħul inkrementali, l-Awstrija indikat EUR […] b'kollox.

(c)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (tariffi fuq il-parkeġġ, l-infiq fit-terminals, eċċ.) ġie kkalkolat matul id-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. L-Awstrija stmat EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena.

(d)

Barra minn hekk, l-Awstrija inkludiet bħala dħul inkrementali l-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] fis-sena) fl-analiżi tagħha.

(e)

Bħala kostijiet inkrementali mistennija, jiġifieri bħala kostijiet li jirriżultaw minħabba t-tranżazzjoni ma' Tuifly, li ma jimmaterjalizzawx fix-xenarju kontrofattwali, l-Awstrija indikat il-pagamenti li ġejjin:

il-pagamenti għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni speċifikati fil-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn KFBG u Tuifly, jiġifieri EUR […] kull sena.

il-pagamenti lil parti terza (Tyrolean Airways) bħala subaġent għall-forniment ta' servizzi tal-groundhandling kif deskritt fil-premessa (379) il-punt (e). L-Awstrija indikat pagamenti ta' EUR […] fis-sena.

il-pagamenti għall-finijiet ta' sigurtà lill-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi rispettivi: Ġiet ikkunsidrata t-tariffa tas-sigurtà ta' EUR […], billi fil-ftehim bejn KFBG u Tuifly kien stipulat li KFBG kellha tħallas din it-tariffa. Ġiet ikkunsidrata t-tariffa ta' EUR […] fis-sena għal Austro Control, hekk kif KFBG kellha tħallas din it-tariffa skont il-ftehim.

il-kostijiet operatorji inkrementali mit-traffiku inkrementali mistenni matul id-durata tal-ftehim: EUR […] għal kull rotazzjoni addizzjonali u għal kull tunnellata ta' MTOW u EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq addizzjonali. L-Awstrija ddikjarat li dawn iż-żewġ valuri huma l-aqwa estimi għal dawn il-valuri li jistgħu jiġu stabbiliti għal stima ex ante ta' MEO fil-mument li jiġu ffirmati l-ftehimiet. Dawn il-valuri huma derivati mis-sistema kontabilistika tal-kostijiet fis-seħħ mill-2007 (BAB 2007), li kienet tinkludi l-fatturi tal-kostijiet tat-tariffa fuq l-inżul, tat-tariffa tal-passiġġieri u tat-tariffa fuq l-immaniġġjar ta' servizzi fuq ir-rampa. Is-sistema kontabilistika tal-kostijiet BAB 2008 uriet fid-dettall il-kostijiet primarji, il-kostijiet sekondarji u l-kostijiet ġenerali differenti li żdiedu mal-kostijiet totali. L-Awstrija spjegat fid-dettall il-metodu proċedurali ta' kif KFBG iddeduċiet il-kostijiet inkrementali minn ċerti pożizzjonijiet tal-kostijiet primarji.

(f)

L-Awstrija ddikjarat li, f'April 2008, KFBG ma stenniet l-ebda kost inkrementali tal-investiment minħabba t-traffiku addizzjonali. F'dak iż-żmien, il-KLU kellu kapaċità żejda konsiderevoli u t-traffiku addizzjonali suppost li kellu jimla dawn il-kapaċitajiet. It-terminal tal-KLU kellu kapaċità totali ta' 600 000 passiġġier fis-sena u fl-aħħar tal-2007 kien hemm madwar 210 000 passiġġier li użaw il-KLU. Għalhekk, it-traffiku inkrementali mistenni ta' 83 000 passiġġier ma jirrikjedi l-ebda investiment, billi t-terminal eżistenti jista' jakkomoda t-traffiku inkrementali.

(g)

Ir-rata ta' skont użata minn KFBG kienet ibbażata fuq ir-rata ta' skont ta' 8 %, li kienet ir-rata ta' skont użata u ppubblikata mill-ajruport ta' Vjenna u komunement użata minn KFBG fil-kalkoli finanzjarji tagħha.

(456)

Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ meħud mill-Awstrija fl-istima tal-għadd ta' passiġġieri u fil-kalkolu, abbażi ta' dan, tad-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi, huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kostijiet inkrementali tas-servizzi ta' groundhandling minn parti terza u fir-rigward tal-kostijiet għall-pagamenti għal Austro Control. Barra minn hekk, l-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali għal kull rotazzjoni u għal kull passiġġier, kif ukoll ir-rata ta' skont ta' 8 % hija stmata b'approċċ tajjeb. Skont id-data disponibbli għat-traffiku inkrementali mistenni, id-dikjarazzjoni tal-Awstrija rigward il-kostijiet inkrementali tal-investiment tidher li hija wkoll raġonevoli.

(457)

Madankollu, wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, il-Kummissjoni ma taqbilx, fi wħud mill-punti tal-analiżi u, għalhekk, se temenda l-analiżi fil-punti li ġejjin:

(a)

Bħala dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, l-Awstrija stmat mal-EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha, billi kkalkulat dan l-ammont mid-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier matul il-perjodu tas-snin 2000-2004. Madankollu, f'analiżi għall-ftehim tal-2008, imwettqa f'April 2008, MEO raġonevoli kien minflok juża d-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi matul il-perjodu 2003-2007, immedjatament qabel il-konklużjoni tal-ftehim. Mill-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, din il-medja għas-snin 2003-2007 kienet tabilħaqq ta' EUR […]. Għalhekk, il-Kummissjoni se tuża l-valur ta' EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq f'din l-analiżi. Għalhekk, ir-riżultat ġdid ikkoreġut huwa ta' EUR […] fis-sena.

(b)

Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 381, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Awstrija li fl-analiżi tagħha tinkludi bħala dħul inkrementali l-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] fis-sena).

(458)

Il-Kummissjoni kkoreġiet ukoll l-ammonti tal-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni, hekk kif l-ammonti indikati ma kkorrispondewx mal-ammonti stipulati fil-ftehim tal-1 ta' April 2008. Konsegwentement, il-Kummissjoni użat l-ammonti eżatti ta' pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni kif indikati fil-ftehim.

(459)

Fid-dawl ta' dawn l-emendi meħtieġa, il-Kummissjoni kkoreġiet l-analiżi, fejn meħtieġ, kif imqassra fit-tabella 15 li ġejja.

Tabella 15

Il-profittabbiltà inkrementali tal-kuntratt tal-2008 ma' Tuifly, kif imħejji mill-Awstrija u kkoreġut mill-Kummissjoni

Perjodu tal-kuntratt: 5 snin

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

LFZ (B737-700):

148

Sits

MTOW (B737-700):

68

MTOW


Preżentazzjoni tal-valur gross

Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjonijiet:

836

836

836

836

836

 

Tagħbija:

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

 

Passiġġieri li jitilqu:

86 610

86 610

86 610

86 610

86 610

 

Inċentivi:

0

0

0

0

0

 

Perjodu: 5 snin

1

2

3

4

5

Total tal-proġett

 

April 2008 – Marzu 2009

April 2009 – Marzu 2010

April 2010 – Marzu 2011

April 2011 – Marzu 2012

April 2012 – Marzu 2013

 

Tariffa fuq l-inżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-art

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-Passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Inċentiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sig.

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sig. (L-amministrazzjoni fiskali ta' Vjenna)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa fuq il-koordinazzjoni tal-islots

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Trasferiment lejn l-SCA fi Vjenna

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-passiġġieri – għal kull passiġġier li jitlaq

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Trasferiment lis-subaġenti għall-immaniġġjar tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dħul skont ir-regolament dwar it-tariffi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Pagamenti tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim ta' kooperazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn Partijiet Terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Austro Control - is-sikurezza tal-avjazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-approċċ tal-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2002

 

 

 

 

 

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Somma tal-Kostijiet tal-proġett/kostijiet marġinali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat pożittiv skontat tal-Euro

(…)

 

7.7.3.4.   Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku

(460)

Minħabba li r-riżultat skontat mistenni huwa negattiv għall-ftehim tal-2008 ma' Tuifly, il-Kummissjoni tqis li KFBG ma aġixxietx bħal MEO fil-konklużjoni ta' dan il-ftehim. L-Ajruport ma setax jistenna li jiġu koperti l-kostijiet inkrementali kkawżati minn dan il-ftehim. B'hekk, billi KFBG ma aġixxietx bħal MEO, id-deċiżjoni tagħha li tikkonkludi l-ftehim fuq dawk it-termini tat vantaġġ ekonomiku lil Tuifly.

7.7.4.   Selettività

(461)

Il-vantaġġ ekonomiku ngħata fuq bażi selettiva, minħabba li kienet biss linja tal-ajru waħda, jiġifieri Tuifly, li bbenifikat minnu. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ftehim tal-2008 ma' Tuifly kien differenti mill-iskeda ta' tariffi, kif ukoll mill-ftehimiet ma' linji tal-ajru oħrajn.

7.7.5.   Tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(462)

Il-Kummissjoni tqis li l-vantaġġ mogħti lil Tuifly jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet imsemmija fil-premessi 387-389 ta' hawn fuq.

7.7.6.   Konklużjoni

(463)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Tuifly irċeviet għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR […] f'termini ta' valur preżenti nett.

7.8.   Il-ftehim tal-2009 ma' Air Berlin

7.8.1.   Vantaġġ ekonomiku

7.8.1.1.   Il-Prinċipju ta' Operatur fl-Ekonomija tas-Suq

(464)

Fir-rigward tal-analiżi ex ante tal-profittabbiltà inkrementali tal-ftehim ma' Air Berlin, issir referenza għall-valutazzjoni fil-premessi 263-279.

7.8.1.2.   Qafas ta' żmien għall-Valutazzjoni tad-dħul u l-kostijiet inkrementali

(465)

MEO se jivvaluta d-dħul u l-kostijiet inkrementali għat-terminu tal-applikazzjoni tal-ftehimiet. Dan il-qafas ta' żmien jidher realistiku għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi 368-369 ta' hawn fuq.

(466)

Bħala qafas ta' żmien għal valutazzjoni tal-ftehim inkwistjoni, MEO kien jagħżel bħala punt tat-tluq id-data tal-bidu tal-kooperazzjoni u l-operat tas-servizzi tal-ajruport, jiġifieri l-25 ta' Ottubru 2009. Il-ftehim ġie fi tmiemu fil-31 ta' Marzu 2013.

(467)

Fir-rigward tal-possibbiltà tal-estensjoni tal-ftehimiet, din il-possibbiltà ta' estensjoni tal-ftehim kif prevista fil-ftehim ma titqiesx minn MEO prudenti. Fid-data tal-konklużjoni ta' ftehim bħal dan, MEO prudenti ma jkollux biżżejjed indikazzjonijiet sabiex jistrieħ fuq it-tiġdid tal-ftehimiet ta' linja tal-ajru bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, id-data tal-għeluq għall-valutazzjoni se tkun il-31 ta' Marzu 2013.

7.8.1.3.   Valutazzjoni

(468)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ftehimiet inkwistjoni, issir referenza għas-sejbiet fil-premessi 373-377.

(469)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awstrija ħejjiet kompendju tad-dħul u tal-kostijiet inkrementali li setgħu jkunu mistennija fiż-żmien meta ġie konkluż il-ftehim rilevanti, kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 16.

Tabella 16

Il-profittabbiltà inkrementali ta' kuntratt tal-2009 ma' Air Berlin, kif imħejji mill-Awstrija

3 snin u 4 xhur

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

LFZ (B737-700):

148

Sits

MTOW (B737-700):

68

MTOW


Preżentazzjoni tal-valur gross

Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjonijiet:

801

801

801

333

0

 

Tagħbija:

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

 

Passiġġieri li jitilqu:

82 984

82 984

82 984

34 499

0

 

 

1

2

3

4

5

Total tal-proġett

Tariffa fuq l-inżul

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Infrastruttura tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Infrastruttura tal-art

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Tariffa tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Inċentiv

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Tariffa tas-sigurtà (L-amministrazzjoni fiskali ta' Vjenna)

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Tariffa fuq il-koordinazzjoni tal-islots

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Trasferiment lejn l-SCA fi Vjenna

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Dħul skont ir-regolament dwar it-tariffi

(…)

(…)

(…)

(…)

0

(…)

Tindif ma' kull tlugħ u nżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

Kontribuzzjoni tal-linja tal-ajru – l-ebda approċċ skont il-metodu tal-valur gross

 

Kontribuzzjoni tal-kostijiet kif irrappreżentata mill-kostijiet mhux koperti

 

Kontribuzzjoni tal-kostijiet tal-Land Kärnten u ta' Kärntner Landesholding

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Volum tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim ta' kooperazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Ikkoreġut kif ippreżentat taħt il-kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Ikkoreġut kif ippreżentat taħt il-kostijiet tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

 

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn Partijiet Terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Austro Control

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Tariffa tas-sigurtà (imħallsa kompletament mil-Linja tal-ajru)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-approċċ tal-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2002

 

 

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

0

 

Somma tal-Kostijiet tal-proġett/kostijiet marġinali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat pożittiv skontat tal-Euro

(…)

 

(470)

Meta ġiet biex tħejji t-tabella 16, l-Awstrija qieset il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-traffiku inkrementali mistenni, jiġifieri l-għadd ta' passiġġieri inkrementali mistennija, ġie kkalkolat mill-għadd previst ta' rotazzjonijiet fis-sena (801 rotazzjoni fis-sena matul il-perjodu previst b'148 sit, piż massimu waqt it-tlugħ ta' 64 tunnellata u fattur ta' tagħbija ta' 70 %) u estrapolati għad-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport ma' Air Berlin. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat 82 984 passiġġier fis-sena għall-perjodu previst.

(b)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet ajrunawtiċi (tariffi fuq l-immaniġġjar u l-inżul abbażi tat-tariffi tal-ajruport f'dak iż-żmien) ġie kkalkolat matul id-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport abbażi tal-kundizzjonijiet miftiehma ma' Air Berlin. Bħala dħul inkrementali, l-Awstrija indikat EUR […] b'kollox.

(c)

Id-dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi (tariffi fuq il-parkeġġ, l-infiq fit-terminals, eċċ.) ġie kkalkolat matul id-durata tal-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport. L-Awstrija stmat mal-EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha. Bħala riżultat, l-Awstrija indikat EUR […] fis-sena.

(d)

Barra minn hekk, l-Awstrija inkludiet bħala dħul inkrementali l-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] fis-sena) fl-analiżi tagħha.

(e)

Bħala kostijiet inkrementali mistennija, jiġifieri bħala kostijiet li jirriżultaw minħabba t-tranżazzjoni ma' Air Berlin, li ma jimmaterjalizzawx fix-xenarju kontrofattwali, l-Awstrija indikat il-pagamenti li ġejjin:

il-pagamenti għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni speċifikati fil-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn KFBG u Air Berlin, jiġifieri EUR […] kull sena;

il-pagamenti lil parti terza (Tyrolean Airways) bħala subaġent għall-forniment ta' servizzi tal-groundhandling kif deskritt fil-premessa 379 il-punt (e). L-Awstrija indikat pagamenti ta' EUR […] fis-sena;

il-pagamenti għall-finijiet ta' sigurtà lill-awtoritajiet pubbliċi Awstrijaċi rispettivi tħallsu kompletament minn Air Berlin u, għalhekk, mhumiex elenkati bħala kostijiet inkrementali għall-operatur ta' ajruport;

Il-kostijiet operatorji inkrementali mit-traffiku inkrementali mistenni matul id-durata tal-ftehim: EUR […] għal kull rotazzjoni addizzjonali u għal kull tunnellata ta' MTOW u EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq addizzjonali. L-Awstrija ddikjarat li dawn iż-żewġ valuri huma l-aqwa estimi għal dawn il-valuri li jistgħu jiġu stabbiliti għal stima ex ante ta' MEO fil-mument li jiġu ffirmati l-ftehimiet. Dawn il-valuri huma derivati mis-sistema kontabilistika tal-kostijiet fis-seħħ mill-2008 (BAB 2008), li kienet tinkludi l-fatturi tal-kostijiet tat-tariffa fuq l-inżul, tat-tariffa tal-passiġġieri u tat-tariffa fuq l-immaniġġjar ta' servizzi fuq ir-rampa. Is-sistema kontabilistika tal-kostijiet BAB 2008 uriet fid-dettall il-kostijiet primarji, il-kostijiet sekondarji u l-kostijiet ġenerali differenti li żdiedu mal-kostijiet totali. L-Awstrija spjegat fid-dettall il-metodu proċedurali ta' kif KFBG/DMG iddeduċew il-kostijiet inkrementali minn ċerti pożizzjonijiet tal-kostijiet primarji.

(f)

L-Awstrija ddikjarat li, f'Ottubru 2009, KFBG ma stenniet l-ebda kost inkrementali tal-investiment minħabba t-traffiku addizzjonali. F'dak iż-żmien, il-KLU kellu kapaċità żejda konsiderevoli u t-traffiku addizzjonali suppost li kellu jimla dawn il-kapaċitajiet. It-terminal tal-KLU kellu kapaċità totali ta' 600 000 passiġġier fis-sena u fl-aħħar tal-2008 kien hemm madwar 180 000 passiġġier li użaw il-KLU. Għalhekk, it-traffiku inkrementali mistenni ta' 83 000 passiġġier ma jirrikjedi l-ebda investiment, billi t-terminal eżistenti jista' jakkomoda t-traffiku inkrementali.

(g)

Ir-rata ta' skont użata minn KFBG/DMG kienet ibbażata fuq ir-rata ta' skont ta' 8 %, li kienet ir-rata ta' skont użata u ppubblikata mill-ajruport ta' Vjenna. Din hija r-rata ta' skont komunement użata minn KFBG fil-kalkoli finanzjarji tagħha.

(471)

Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ meħud mill-Awstrija fl-istima tal-għadd ta' passiġġieri u fil-kalkolu, abbażi ta' dan, tad-dħul inkrementali mistenni mill-attivitajiet ajrunawtiċi, huwa tajjeb. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kostijiet inkrementali tas-servizzi ta' groundhandling minn parti terza u fir-rigward tal-kostijiet għall-pagamenti għal Austro Control. Barra minn hekk, l-istima tal-kostijiet operatorji inkrementali għal kull rotazzjoni u għal kull passiġġier, kif ukoll ir-rata ta' skont ta' 8 % hija stmata b'approċċ tajjeb. Skont id-data disponibbli għat-traffiku inkrementali mistenni, id-dikjarazzjoni tal-Awstrija rigward il-kostijiet inkrementali tal-investiment tidher li hija wkoll raġonevoli.

(472)

Madankollu, wara li analizzat l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija, il-Kummissjoni ma taqbilx, ma' xi punti tal-analiżi, u għalhekk se temenda l-analiżi fil-punti li ġejjin:

(a)

Bħala dħul inkrementali mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi, l-Awstrija stmat mal-EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq fl-analiżi tagħha, billi kkalkolat dan l-ammont mid-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier matul il-perjodu tas-snin 2000-2004. Madankollu, f'analiżi għall-ftehim tal-2009, imwettqa f'Ottubru 2009, MEO prudenti kien minflok juża d-dħul medju minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi matul il-perjodu tas-snin 2004-2008. Mill-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija, din il-medja għas-snin 2004-2008 kienet tabilħaqq ta' EUR […]. Għalhekk, il-Kummissjoni se tuża l-valur ta' EUR […] għal kull passiġġier li jitlaq f'din l-analiżi. Għaldaqstant, ir-riżultat ġdid ikkoreġut huwa ta' EUR […] fis-sena.

(b)

Għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa 381, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Awstrija li fl-analiżi tagħha tinkludi bħala dħul inkrementali l-pagamenti li rċeviet KFBG mill-Istat ta' Carinthia (EUR […] fis-sena).

(c)

Il-Kummissjoni kkoreġiet ukoll l-ammonti tal-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni, hekk kif l-ammonti indikati ma kkorrispondewx għall-ammonti stipulati fil-ftehim tal-25 ta' Ottubru 2010. Konsegwentement, il-Kummissjoni użat l-ammonti eżatti ta' pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni kif indikati fil-ftehim.

(473)

Fid-dawl ta' dawn l-emendi meħtieġa, il-Kummissjoni kkoreġiet l-analiżi, fejn meħtieġ, kif imqassra fit-tabella 17 li ġejja.

Tabella 17

Il-profittabbiltà inkrementali ta' kuntratt tal-2009 ma' Air Berlin, kif imħejji mill-Awstrija u kkoreġut mill-Kummissjoni

Perjodu tal-kuntratt: 3 snin u 5 xhur

 

Rata tal-imgħax fuq il-kapital:

8 %

 

Inċentiv tal-passiġġieri:

0,00

 

LFZ (B737):

148

Sits

MTOW (B737):

68

MTOW


Preżentazzjoni tal-valur gross

Mudell tal-kalkolu

Valuri empiriċi skont il-Ftehimiet

Rotazzjonijiet:

801

801

801

333

0

 

Tagħbija:

70 %

70 %

70 %

70 %

70 %

 

Passiġġieri li jitilqu:

82 984

82 984

82 984

34 499

0

 

 

1

2

3

4

5

Total tal-proġett

Tariffa fuq l-inżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar ta' Servizzi fuq ir-Rampa

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Immaniġġjar tat-Traffiku

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-ajru

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Infrastruttura tal-art

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tal-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Inċentiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sigurtà

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa tas-sig. (L-amministrazzjoni fiskali ta' Vjenna)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Tariffa fuq il-koordinazzjoni tal-islots

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Trasferiment lejn l-SCA fi Vjenna

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dħul skont ir-regolament dwar it-tariffi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

[…]

Tindif ma' kull tlugħ u nżul

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Bilanċ pożittiv minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Dħul tal-proġett

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Volum tal-kummerċjalizzazzjoni skont il-ftehim ta' kooperazzjoni

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Il-kostijiet tal-proġett fuq bażi tal-ispejjeż marġinali

 

 

 

Immaniġġjar tat-Traffiku minn Partijiet Terzi 51 %

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Austro Control

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Tariffa tas-sigurtà (imħallsa kompletament mil-Linja tal-ajru)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-approċċ tal-kostijiet tal-proġett skont il-BAB 2002

 

 

 

Dipendenti fuq it-titjira

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Dipendenti fuq il-passiġġieri

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

Somma tal-Kostijiet tal-proġett/kostijiet marġinali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Kostijiet totali

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bilanċ pożittiv

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Fattur ta' skont

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

 

L-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji turi riżultat pożittiv skontat tal-Euro

(…)

 

7.8.1.4.   Konklużjoni dwar il-vantaġġ ekonomiku

(474)

Minħabba li r-riżultat skontat mistenni huwa pożittiv għall-ftehim tal-2009 ma' Air Berlin, il-Kummissjoni tqis li KFBG/DMG aġixxew bħal MEO fil-konklużjoni ta' dan il-ftehim. L-Ajruport seta' jistenna li jiġu koperti l-kostijiet inkrementali kkawżati minn dan il-ftehim. B'hekk, minħabba li KFBG/DMG aġixxew bħal MEO, id-deċiżjoni tagħhom li jikkonkludu l-ftehim fuq dawk it-termini ma ta l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Air Berlin. Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet li, fl-2009, KFBG kienet involuta fi strateġija u sforz fit-tul għall-profittabbiltà ġenerali tal-KLU.

7.8.2.   Konklużjoni

(475)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li Air Berlin ma rċeviet l-ebda għajnuna mill-Istat.

7.9.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna

(476)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-finanzjament ta' KFBG u l-ftehimiet ma' Ryanair u s-sussidjarji tagħha, kif ukoll il-ftehimiet ma' HLX u Tuifly jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

8.   IL-LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(477)

Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw kwalunkwe pjan dwar l-għoti ta' għajnuna jew it-tibdil tagħha, u ma jistgħux jimplimentaw il-miżuri proposti qabel mal-proċedura ta' notifika tkun tat deċiżjoni finali.

8.1.   Il-finanzjament ta' KFBG

(478)

Billi l-fondi għall-finanzjament tal-KLU kienu diġà tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' KFBG/DMG, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Awstrija ma rrispettatx il-projbizzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE (69).

(479)

Barra minn hekk, abbażi tal-valutazzjoni fil-premessi minn 480 sa 483, il-miżuri ta' għajnuna investigati favur KFBG/DMG ma jistgħux jitqiesu bħala li huma eżentati mir-rekwiżit ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 (70), applikabbli għall-għajnuna mogħtija qabel il-31 ta' Jannar 2012.

(480)

Id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 eżentat mir-rekwiżit tan-notifika l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lill-intrapriżi b'konnessjoni ma' SGEIs li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati hemmhekk. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 iddikjarat bħala kompatibbli l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku lill-ajruporti (i) li t-traffiku annwali għalihom ma jaqbiżx il-1 000 000 passiġġier jew (ii) b'fatturat annwali qabel it-taxxa ta' inqas minn 100 miljun matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha kien assenjat l-SGEI, li jirċievu kumpens annwali ta' inqas minn EUR 30 miljun.

(481)

Sabiex jibbenifika minn eżenzjoni, kumpens għas-servizz pubbliku għall-operat ta' SGEI kellu jkun konformi wkoll mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tagħha. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 jesiġi li l-SGEI jiġi fdat lill-intrapriża kkonċernata permezz ta' att uffiċjali wieħed jew aktar, li jistabbilixxu, inter alia, in-natura u t-tul tal-obbligi tas-servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll l-arranġamenti neċessarji għall-evitar u l-ħlas mill-ġdid ta' kwalunkwe kumpens eċċessiv. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 stabbilixxa li l-ammont ta' kumpens kellu jkun limitat għal dak li huwa neċessarju sabiex jiġu koperti l-kostijiet imġarrba fit-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku, billi jitqiesu d-dħul rilevanti u l-profitt raġonevoli. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 talab lill-Istati Membri jwettqu kontrolli regolari bil-għan li jiżguraw li l-impriżi ma jirċevux kumpens iżjed mill-ammont stabbilit f'konformità mal-Artikolu 5.

(482)

Skont l-Awstrija, l-operat tal-KLU jista' jitqies bħala SGEI. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-kwalifika tal-immaniġġjar tal-KLU bħala SGEI ma tistax tiġi dedotta mill-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija. L-Awstrija la stabbilixxiet definizzjoni espliċita tal-allegata missjoni ta' SGEI fdata lil KFBG/DMG u lanqas ir-regoli li jirregolaw id-dritt ta' KFBG/DMG għal kumpens. KFBG/DMG lanqas ma għamlu disponibbli għall-Kummissjoni kwalunkwe dokument ieħor li jiddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tal-SGEI li preżumibbilment kellhom iwettqu. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma hemm ebda att ta' inkarigu li impona SGEI ġenwin fuq il-maniġer tal-ajruport tal-KLU. L-Istat ta' Carinthia lanqas ma stabbilixxa l-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, flimkien mal-arranġamenti neċessarji għall-evitar u l-ħlas mill-ġdid ta' kwalunkwe kumpens eċċessiv. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 relatati mal-kontenut tal-atti ta' inkarigu ma ġewx issodisfati.

(483)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, abbażi ta' dan, ma jistax jiġi konkluż li l-għajnuna mogħtija lil KFBG/DMG kienet eżentata mir-rekwiżit ta' notifika fuq il-bażi tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005.

(484)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Awstrija ma rrispettatx l-obbligu ta' waqfien stipulat mill-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li, b'hekk, il-miżuri inkwistjoni jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat.

8.2.   Il-ftehimiet tal-2002 u tal-2006 ma' Ryanair, LV u AMS

(485)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Ryanair u lis-sussidjarji tagħha abbażi tal-ftehimiet tal-2002 u tal-2006 ingħatat mingħajr ma ġiet innotifikata. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Ryanair u lis-sussidjarji tagħha tikkostitwixxi għajnuna illegali.

8.3.   Il-ftehim tal-2003 ma' HLX u l-ftehim tal-2008 ma' Tuifly

(486)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil HLX u Tuifly abbażi tal-ftehimiet tal-2003 u tal-2008 ingħatat mingħajr ma ġiet innotifikata. Għalhekk, hija tikkostitwixxi għajnuna illegali.

9.   EVALWAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

9.1.   Il-finanzjament ta' KFBG

(487)

L-Artikolu 107(3) tat-TFUE jipprevedi ċerti eżenzjonijiet għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE li l-għajnuna mill-Istat mhijiex kompatibbli mas-suq intern. L-għajnuna inkwistjoni tista' tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) (c) tat-TFUE, li jistipula li: “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi, meta tali għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt li jmur kontra l-interess komuni”, tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern.

9.1.1.   Kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014

(488)

Billi l-Awstrija ma pprovdiet ebda argument li l-għajnuna għandha tiġi approvata direttament skont l-Artikolu 107 (3) tat-TFUE (u lanqas il-benefiċjarji tal-għajnuna), il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jipprovdu qafas għall-valutazzjoni ta' jekk l-għajnuna lill-ajruporti tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli skont l-Artikolu 107(3) (c) tat-TFUE.

(489)

Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-dispożizzjonijiet tal-avviż dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali mill-Istat (71) jenħtieġ li ma japplikawx għall-każijiet pendenti ta' għajnuna operatorja illegali mogħtija lill-ajruporti qabel l-4 ta' April 2014. Minflok, il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja (in-notifiki pendenti u l-għajnuna illegali mhux innotifikata) lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-bidu tal-perjodu tranżitorju.

(490)

Fil-premessa 478, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal KFBG/DMG jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat mogħtija qabel l-4 ta' April 2014.

(491)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 imsemmija fil-premessa 492, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwix għajnuna operatorja jew investiment illegali.

(492)

Skont il-premessa 18 fil-punt 25 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna għall-investiment hija definita bħala “għajnuna maħsuba sabiex tiffinanzja l-assi kapitali fissi; speċifikament sabiex tkopri d-‘diskrepanza fil-finanzjament tal-kostijiet kapitali’ ”. Barra minn hekk, skont il-punt 107 tal-Linji Gwida, l-għajnuna għall-investiment tista' tkun relatata kemm ma' pagament bil-quddiem (jiġifieri tkun tkopri l-kostijiet tal-investiment bil-quddiem) kif ukoll mal-għajnuna mħallsa fil-forma ta' pagamenti perjodiċi (sabiex tkopri l-kostijiet kapitali, f'termini tad-deprezzament annwali u l-kostijiet tal-finanzjament).

(493)

Min-naħa l-oħra, għajnuna operatorja tfisser għajnuna li tkopri l-kostijiet operatorji kollha, jew parti minnhom, ta' ajruport, definiti bħala “l-kostijiet sottostanti tal-forniment ta' servizzi fl-ajruport, inklużi kategoriji bħall-kostijiet tal-persunal, is-servizzi mogħtija b'kuntratt, il-komunikazzjoni, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kera, l-amministrazzjoni, eċċ., iżda esklużi l-kostijiet kapitali, l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe inċentiv ieħor mogħti lil-linji tal-ajru mill-ajruport, kif ukoll il-kostijiet li jaqgħu fi ħdan mandat tal-politika pubblika” (72).

(494)

Jista' jitqies li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji, li ntużaw sabiex ikopru t-telf operatorju annwali ta' KFBG/DMG minħabba l-kostijiet tal-kuntratti ta' kummerċjalizzazzjoni ta' KFBG ma' linji tal-ajru differenti, jikkostitwixxu għajnuna operatorja favur KFBG/DMG.

(495)

It-Taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 stabbilixxiet il-kriterji li se tapplika l-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni tapplika dawk il-kriterji għall-każijiet kollha li jikkonċernaw l-għajnuna operatorja, inklużi n-notifiki pendenti u l-każijiet ta' għajnuna illegali mhux innotifikata.

(496)

L-għajnuna operatorja illegali mogħtija qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-firxa sħiħa tal-kostijiet operatorji mhux koperti, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (73) li ġejjin:

il-kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk, fost l-oħrajn, l-għajnuna żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni, jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali (74);

il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat: l-għajnuna trid tiġi mmirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tista' ġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal (75);

l-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-Istat Membru jkun jista' juri li l-għajnuna hija l-miżura xierqa sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub (76);

l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk probabbliment, fin-nuqqas ta' għajnuna operatorja, u meta tittieħed inkonsiderazzjoni l-preżenza possibbli ta' għajnuna għall-investiment u l-livell tat-traffiku, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jitnaqqas b'mod sinifikanti (77);

il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju): sabiex tkun proporzjonata, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti trid tkun limitata għall-minimu neċessarju sabiex tkun tista' sseħħ l-attività megħjuna (78);

l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ(79)

9.1.1.1.   Il-kontribut għal objettiv ta' interess komuni definit sewwa

(497)

L-għajnuna operatorja taħt valutazzjoni, li tinkludi t-telf ta' KFBG/DMG sa mis-sena 2000 u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji korrispondenti mill-Belt ta' Klagenfurt, mill-Istat ta' Carinthia u minn KLH, kif muri fit-tabella 2, kellha l-għan li żżomm il-livell xieraq ta' operat tal-KLU.

(498)

Skont il-punt 113 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti titqies bħala li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq objettiv ta' interess komuni jekk hija żżid il-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni, tiġġieled il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ewlenin tal-Unjoni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali.

(499)

Il-KLU huwa importanti għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun ta' Carinthia, li għalih huwa indispensabbli li jkun hemm konnessjoni tajba mal-kapitali Awstrijaka, Vjenna, u maċ-ċentri tan-negozju ewlenin Ġermaniżi. Il-KLU jissodisfa wkoll il-ħtiġijiet ta' konnettività tar-reġjun, b'mod partikolari fid-dawl tas-settur tat-turiżmu tiegħu għall-isport tax-xitwa u tas-sajf fuq l-alpi. Il-profil tan-negozju tal-KLU jikkorrespondi għal dawn il-ħtiġijiet tar-reġjun, billi joffri infrastruttura komda għal għadd ta' titjiriet skedati lejn iċ-ċentri tan-negozju ewlenin fil-Ġermanja (Berlin, Hamburg, Köln-Bonn u fil-passat anki Munich), kif ukoll Vjenna.

(500)

Għalhekk, l-għajnuna operatorja lill-Ajruport ta' Klagenfurt ikkontribwixxiet għall-konnettività u l-iżvilupp tar-reġjun. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstrija fir-rendikonti annwali ta' KFBG, l-iżvilupp tal-Ajruport ta' Klagenfurt kien ibbażat ukoll fuq previżjoni tajba tal-passiġġieri.

(501)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk duplikazzjoni possibbli tal-infrastruttura tal-ajruport tistax timmilita kontra s-sejba li l-operat tal-KLU jissodisfa objettiv ta' interess komuni definit b'mod ċar.

(502)

F'dan ir-rigward, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddefinixxu ż-żona ta' kummerċ bħala l-konfini tas-suq ġeografiku li normalment ikun stabbilit f'distanza ta' madwar 100 km u madwar 60 minuta ta' vvjaġġar b'karozza, xarabank, ferrovija jew ferrovija ta' veloċità għolja. Fl-istess ħin, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jippermettu devjazzjoni mid-definizzjoni standard taż-żona ta' kummerċ ta' ajruport partikolari sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull ajruport partikolari. F'dan ir-rigward, id-daqs u l-forma taż-żona ta' kummerċ jistgħu jvarjaw minn ajruport għal ieħor, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post fejn jinsab u d-destinazzjonijiet li jservi.

(503)

Meta wieħed iqis dan il-kunċett, jista' jiġi preżunt li l-ajruport ta' Graz (128 km minn Klagenfurt), l-ajruport ta' Maribor (137 km minn Klagenfurt), l-ajruport ta' Trieste (203 km minn Klagenfurt) u l-ajruport ta' Salzburg (223 km minn Klagenfurt) ma jinstabux fl-istess żona ta' kummerċ.

(504)

Madankollu, l-ajruport ta' Ljubljana fis-Slovenja jinsab fil-qrib. L-aktar distanza qasira bit-triq minn Klagenfurt sal-ajruport ta' Ljubljana hija ta' 80 km u taqsam il-medda ta' muntanji ta' Karawanken, permezz tal-passaġġ qalb il-muntanji ta' Loibl, mal-1 068 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. L-awtoritajiet Awstrijaċi rrimarkaw li ħin tal-ivvjaġġar ta' inqas minn 60 minuta bil-karozza jew bix-xarabank mhuwiex realistiku, l-ewwel nett, minħabba li t-triq hija dejqa, imserrpa u wieqfa u huwa diffiċli biex issuqha anki f'kundizzjonijiet normali, u b'mod partikolari fl-istaġun tax-xitwa, u t-tieni minħabba li t-triq tingħalaq diversi drabi fis-sena minħabba l-blat li jaqa' jew il-valangi tat-tajn. L-alternattiva bl-aktar distanza qasira tkun l-awtostrada sal-belt ta' Villach u mit-triq fil-mina ta' Karawanken, iżda din id-distanza tkun ta' madwar 130 kilometru. Ma hemm l-ebda konnessjoni b'ferrovija ta' veloċità għolja u l-ħin tal-ivvjaġġar bil-ferrovija huwa ta' bejn sagħtejn u 10 minuti u sagħtejn u 48 minuta. Għalhekk, fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni ġeografika, jista' jiġi konkluż li l-ajruport ta' Ljubljana mhuwiex fiż-żona ta' kummerċ tal-KLU, minħabba li l-ħin tal-ivvjaġġar bejn iż-żewġ ajruporti ta' spiss ikun itwal milli taħt l-aħjar kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar.

(505)

Barra minn hekk, KLU u l-Ajruport ta' Ljubljana jsegwu mudelli ta' negozju li huma differenti ferm minn xulxin: Klagenfurt toffri primarjament titjiriet skedati li jgħaqqdu lil Klagenfurt ma' ċentri tan-negozju ewlenin bħal Vjenna, Berlin, Hamburg jew Köln-Bonn u xi titjiriet charter lejn għadd ta' destinazzjonijiet imfittxija għall-btajjel. Għalhekk, id-destinazzjonijiet servuti fil-KLU huma limitati għall-ħtieġa tal-popolazzjoni ta' Carinthia, li hija aċċess faċli u rapidu għaċ-ċentri tan-negozju ewlenin fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż u fl-istess ħin aċċess faċli għat-turisti tal-industrija tat-turiżmu f'Carinthia.

(506)

L-ajruport ta' Ljubljana, bħala l-ajruport Sloven ewlieni tal-belt kapitali Slovena, jilqa' aktar minn miljun passiġġier fis-sena u joffri firxa wiesgħa ta' destinazzjonijiet internazzjonali għat-titjiriet skedati u charter madwar l-Ewropa kollha b'enfasi fuq Stati Ewropej tal-lvant.

(507)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-Ajruport ta' Klagenfurt ikkontribwixxiet sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' interess komuni biex il-konnettività u l-iżvilupp reġjonali tar-reġjun ta' Carinthia jittejbu permezz tal-operat ta' infrastruttura tat-trasport, bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tar-reġjun fir-rigward tat-trasport.

9.1.1.2.   Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat

(508)

Skont il-punt 116 et seq. tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operatorja lill-ajruporti titqies bħala neċessarja jekk iġġib magħha titjib materjali li s-suq innifsu ma jistax iwassal. Il-linji gwida jirrikonoxxu wkoll li l-ħtieġa għal finanzjament pubbliku li jiffinanzja l-kostijiet operatorji normalment tkun proporzjonalment akbar għal ajruporti iżgħar minħabba l-kostijiet fissi ogħla u li l-ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta' bejn 200 000 u 700 000 passiġġier ma jkunux jistgħu jkopru l-kostijiet operatorji tagħhom b'mod sostanzjali.

(509)

Wara li serva bejn wieħed u ieħor 520 000 passiġġier fis-sena fil-passat, l-għadd ta' passiġġieri annwali tal-KLU stabbilizza ruħu għal madwar 230 000, ammont li huwa ferm inqas minn 700 000 passiġġier. L-ajruport ma setax jiġġenera biżżejjed dħul sabiex ikopri l-kostijiet operatorji tiegħu b'mod sostanzjali, li l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jidentifikaw bħala tipiċi għal ajruporti ta' dan id-daqs. Fin-nuqqas tal-għajnuna inkwistjoni, KFBG/DMG x'aktarx li kien ikollhom joħorġu mis-suq u, b'hekk, Carinthia tiġi mċaħħda minn infrastruttura tat-trasport li għandha rwol sinifikanti fl-aċċessibbiltà u l-iżvilupp (tat-turiżmu) tagħha.

(510)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-Ajruport ta' Klagenfurt hija neċessarja.

9.1.1.3.   L-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika

(511)

Skont il-punt 120 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operatorja jenħtieġ li tkun strument ta' politika xieraq sabiex jintlaħaq l-għan maħsub jew sabiex tissolva l-problema li trid tiġi indirizzata. Minħabba li l-KLU kien qed jagħmel it-telf fil-livell operattiv, l-uniku strument xieraq kien l-għajnuna operatorja, li ppermettiet lill-ajruport jissokta b'operazzjonijiet li jiżguraw il-konnettività tar-reġjun ta' Carinthia. Strumenti oħrajn, bħall-għajnuna għall-investiment jew il-miżuri regolatorji, ma jidhrux li huma xierqa sabiex jindirizzaw il-problemi finanzjarji tal-KLU fil-livell operattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-KLU hija strument xieraq.

9.1.1.4.   L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv

(512)

Skont il-punt 124 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, l-għajnuna operatorja jkollha effett ta' inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna operatorja u meta tiġi meqjusa l-preżenza possibbli tal-għajnuna għall-investiment u l-livell tat-traffiku tal-ajru, il-livell tal-attività ekonomika tal-ajruport jitnaqqas b'mod sinifikanti.

(513)

Il-ħtiġijiet tat-trasport tar-reġjun ta' Carinthia, li espressi fl-għadd ta' passiġġieri stabbilizzaw ruħhom matul is-snin 2004 – 2010 fil-livell ta' 400 000 passiġġier fis-sena (u kien biss mill-2012 'il quddiem li naqsu għal 230 000 passiġġier fis-sena). Madankollu, minkejja l-għadd pjuttost stabbli ta' passiġġieri, fl-imgħoddi l-ajruport ma setax ikopri l-kostijiet operatorji tiegħu. Il-figuri sottomessi mill-Awstrija wrew li, mingħajr l-għajnuna operatorja, l-ajruport kien jispiċċa jagħmel telf sinifikanti fil-biċċa l-kbira tas-snin rilevanti (80). Għalhekk, mingħajr l-għajnuna operatorja, KFBG kien ikollha tnaqqas it-traffiku bil-għan li tnaqqas il-kostijiet u t-telf, jew inkella, probabbilment kienet tispiċċa tfalli, li x'aktarx kien iwassal għal waqfien tal-attività tal-ajruport. Għalhekk, mingħajr l-għajnuna operatorja, l-ajruport ma kienx ikun jista' jżomm il-livell attwali tat-traffiku u l-attività ekonomika tiegħu kien ikollha titnaqqas.

9.1.1.5.   Il-proporzjonalità tal-ammont ta' għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu neċessarju)

(514)

Fir-rigward tan-neċessità, il-miżuri li qegħdin jiġu investigati kienu limitati għall-minumu neċessarju sabiex ipaċu t-telf u jippermettu li KFBG/DMG josservaw ir-rekwiżiti kapitali u jkomplu joperaw b'mod vijabbli. L-għajnuna kienet neċessarja sabiex iżżomm lill-kumpanija għaddejja u ma qabżitx l-ammont meħtieġ sabiex tkopri t-telf operatorju. Għalhekk, l-għajnuna kienet limitata għall-minimu neċessarju.

(515)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-KLU hija proporzjonata.

9.1.1.6.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(516)

Skont il-punt 131 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, meta tiġi biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna operatorja mogħtija lill-ajruport, il-Kummissjoni tqis it-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-effetti fuq il-kummerċ. Indikazzjoni ta' tfixkil tal-kompetizzjoni jew effett fuq il-kummerċ potenzjali tista' tkun il-fatt li l-ajruport jinsab fl-istess żona ta' kummerċ bħal ajruport ieħor b'kapaċità żejda.

(517)

Kif muri fil-premessa 503 et seq., meta wieħed iqis il-kunċett ta' żona ta' kummerċ ta' madwar 100 km u ħin tal-ivvjaġġar ta' 60 minuta, jista' jiġi preżunt li l-ajruport ta' Ljubljana ma jinsabx fiż-żona ta' kummerċ taż-żona ta' Klagenfurt.

(518)

Barra minn hekk, l-Awstrija kkonfermat li l-infrastruttura tal-ajruport tal-KLU hija disponibbli għal-linji tal-ajru kollha fuq termini mhux diskriminatorji. Il-KLU jista' jiġi aċċessat, mingħajr ebda restrizzjoni partikolari, minn kwalunkwe linja tal-ajru li tkun trid tużah. Għalhekk, din l-infrastruttura tista' tiġi aċċessata b'mod ugwali u mhux diskriminatorju skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-2014.

9.1.2.   Konklużjoni

(519)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna operatorja mogħtija lill-KLU hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stipulati fit-taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(520)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li minn mindu sabet li l-għajnuna operatorja lil KFBG/DMG hija kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, hija ma għandha bżonn tikkunsidra l-ebda raġuni oħra ta' kompatibbiltà potenzjali ppreżentata mill-Awstrija.

9.2.   Ftehimiet mal-linji tal-ajru - Qafas legali applikabbli

(521)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Awstrija ma ressqet l-ebda argument li juri li l-għajnuna mogħtija lil Ryanair u lis-sussidjarji tagħha hija kompatibbli mas-suq intern.

(522)

Skont il-każistika (81) tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tfakkar li hija r-responsabbiltà tal-Awstrija li tindika l-bażi legali li fuqha miżura ta' għajnuna mill-Istat tista' tinstab li hija kompatibbli mas-suq intern u li turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-Awstrija sabiex tipprovdi informazzjoni dwar jekk tistax tiġi stabbilita kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jew direttament skont it-TFUE. Madankollu, l-Awstrija ma għamlet l-ebda sottomissjoni bil-għan li turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti għall-għajnuna tal-bidu kompatibbli skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jew direttament skont it-TFUE. Lanqas il-partijiet interessati li ssottomettew il-kummenti tagħhom ma ressqu argumenti li juru l-kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna mill-Istat mas-suq intern.

9.2.1.   Il-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair

(523)

Il-ftehimiet tal-2002 ġew iffirmati qabel ġew ippubblikati l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 fid-9 ta' Diċembru 2005. Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel din id-data, il-punt 85 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u l-punt 174 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jirreferu għar-regoli applikabbli f'dak iż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

(524)

Qabel ġew adottati l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005, il-Kummissjoni adottat il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 (82). Madankollu, dawk il-linji gwida ma kinux jittrattaw speċifikament il-kwistjoni tal-għajnuna operatorja maħsuba biex tippromwovi t-traffiku tal-ajru 'l barra minn ajruporti reġjonali. Din il-kwistjoni fil-fatt dehret gradwalment bħala riżultat ta' akkumulazzjoni ta' konġestjoni f'ċerti ajruporti Ewropej kbar u l-iżvilupp ta' linji tal-ajru b'nollijiet baxxi, li fl-1994 kienu għadhom ma jeżistux. Konsegwentement, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-1994 ma jipprovdu l-ebda bażi rilevanti ta' kompatibbiltà għall-għajnuna lil-linji tal-ajru f'dan il-każ. Għalhekk, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(525)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' din it-tip ta' għajnuna mill-Istat ġiet irfinuta matul iż-żmien, għalkemm kien hemm xi punti li baqgħu l-istess. Dawn il-punti joriġinaw mill-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-kompatibbiltà tal-għajnuna f'konformità mad-dispożizzjoni msemmija qabel tat-TFUE.

(526)

Għaldaqstant, fid-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Manchester ta' Ġunju 1999 (83), il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fit-tariffi tal-ajruport mogħti b'mod limitat fiż-żmien u mhux diskriminatorju bħala miżura maħsuba biex jippromwovu rotot ġodda kien kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(527)

Sussegwentement, fid-deċiżjoni tagħha ta' Frar 2004 dwar l-ajruport ta' Charleroi (84), il-Kummissjoni spjegat, “Il-miżuri ta' għajnuna operatorja maħsuba biex jgħinu fit-tnedija ta' linji tal-ajru ġodda jew fit-tisħiħ ta' ċerti frekwenzi jistgħu jkunu għodda neċessarja għall-iżvilupp ta' ajruporti reġjonali żgħar. Il-miżuri jistgħu tabilħaqq jipperswadu lill-kumpaniji interessati sabiex jieħdu r-riskju li jinvestu f'rotot ġodda. Madankollu, sabiex tali għajnuna tiġi ddikjarata bħala kompatibbli abbażi tal-Artikolu 87(3)(c) tat-TFUE, għandu jiġi stabbilit jekk din l-għajnuna hijiex meħtieġa u proporzjonata mal-għan imfittex, u jekk taffettwax il-kummerċ b'tali mod li jmur kontra l-interess komuni”. Għalhekk, il-Kummissjoni identifikat ċerti kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex din l-għajnuna operatorja tiġi ddikjarata bħala kompatibbli, b'mod partikolari dawn li ġejjin:

L-għajnuna trid tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' interess Komunitarju li jiġi żviluppat ajruport reġjonali permezz ta' żieda netta fit-traffiku fuq rotot ġodda.

L-għajnuna trid tkun neċessarja fis-sens li ma tingħatax għal rotta li diġà qiegħda tiġi operata mill-istess linja tal-ajru jew minn linja tal-ajru oħra, jew inkella fuq rotta simili.

L-għajnuna jrid ikollha effett ta' inċentiv fis-sens li trid tgħin sabiex tiġi żviluppata attività li, wara ċertu perjodu x'aktarx issir profittabbli, u dan jimplika li l-għajnuna tkun limitata fiż-żmien.

L-għajnuna trid tkun proporzjonali, jiġifieri l-ammont irid ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku.

L-għajnuna trid tkun ingħatat b'mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni u ma tridx tkun ikkombinata ma' tipi oħra ta' għajnuna.

(528)

Il-linji gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 u l-linji gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddefinixxu b'mod preċiż dawn il-prinċipji ta' kompatibbiltà, iżda jibqa' l-każ li l-għajnuna operatorja mogħtija lil-linji tal-ajru tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mill-Kummissjoni meta hija tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' ajruporti iżgħar permezz ta' żieda netta fit-traffiku fuq rotot ġodda, meta l-għajnuna tkun neċessarja, fis-sens li ma tingħatax għal rotta diġà operata mill-istess linja tal-ajru jew minn linja tal-ajru oħra, jew inkella fuq rotta simili, meta tkun limitata fiż-żmien u meta r-rotta li għaliha tingħata l-għajnuna x'aktarx issir profittabbli, meta l-ammont ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku u meta l-għajnuna tingħata b'mod trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni, kif ukoll meta ma tkunx ikkombinata ma' tipi oħrajn ta' għajnuna.

(529)

F'dan ir-rigward, fil-paragrafu 212 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni ddikjarat li hija se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, AMS u LV fid-dawl ta' dawn il-kriterji. Għandu jiġi nnotat li la l-Awstrija u l-ebda parti terza interessata ma kkontestaw l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

(530)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, f'dan il-każ, il-kompatibbiltà tal-ftehimiet tal-2002 jenħtieġ li tiġi vvalutata fid-dawl tal-prinċipji msemmija qabel direttament abbażi tal-Artikolu 107(3) (c) tat-TFUE.

9.2.2.   Il-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair

(531)

Fir-rigward tal-għajnuna tal-bidu, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014 jiddikjaraw li: “il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-miżuri ta' għajnuna tal-bidu kollha nnotifikati, li fir-rigward tagħhom hija tintalab tieħu deċiżjoni mill-4 ta' April 2014, anki meta l-miżuri ġew innotifikati qabel din id-data. Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat illegali, il-Kummissjoni se tapplika r-regoli fis-seħħ dakinhar li tkun ingħatat l-għajnuna fuq għajnuna tal-bidu illegali lil-linji tal-ajru. Għaldaqstant, hija ma tapplikax il-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida fil-każ tal-għajnuna tal-bidu illegali mogħtija lil-linji tal-ajru qabel l-4 ta' April 2014.”

(532)

Min-naħa tagħhom, il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jistipulaw li:

“il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà ta' […] l-għajnuna tal-bidu mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha u li, għalhekk, tikser l-Artikolu 88(3) KE [issa l-Artikolu 108 (3) tat-TFUE], abbażi ta' dawn il-linji gwida, jekk il-ħlas tal-għajnuna jkun beda wara li l-linji gwida ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(533)

Billi l-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair ġew konklużi wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 f'Il-Ġurnal Uffiċjali fid-9 ta' Diċembru 2005, dawk il-linji gwida jikkostitwixxu l-bażi legali applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern.

9.2.3.   Il-ftehim tal-2003 ma' HLX

(534)

Il-ftehim tal-2003 ma' HLX ġie ffirmat qabel ġew ippubblikati l-Linji Gwida tal-2005 fid-9 ta' Diċembru 2005. Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mogħtija qabel din id-data, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessi minn 523 sa 530.

(535)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, f'dan il-każ, il-kompatibbiltà tal-ftehim tal-2003 ma' HLX jeħtieġ li jiġi vvalutat direttament fid-dawl tal-prinċipji ġenerali msemmija qabel abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

9.2.4.   Il-ftehim tal-2008 ma' Tuifly

(536)

Fir-rigward tal-qafas legali applikabbli, issir referenza għall-premessi 531-533. Billi l-ftehim tal-2008 ma' Tuifly ġie konkluż wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 f'Il-Ġurnal Uffiċjali fid-9 ta' Diċembru 2005, dawk il-linji gwida jikkostitwixxu l-bażi legali applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern.

9.3.   Il-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair, LV u AMS

9.3.1.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE: l-għajnuna trid tkun limitata fiż-żmien u tinvolvi rotta li x'aktarx issir profittabbli

(537)

Il-Kummissjoni tinnota li, minkejja l-istedina tagħha f'dan ir-rigward, l-Awstrija ma pprovdiet l-ebda studju tal-vijabbiltà għar-rotta bejn Klagenfurt u Londra koperta mill-ftehimiet tal-2002 sabiex tagħti prova li l-għajnuna mogħtija permezz tal-ftehimiet inkwistjoni kienet iġġustifikata. Għaldaqstant, abbażi tal-fatti rreġistrati, jidher li, għall-awtoritajiet li taw l-għajnuna inkwistjoni, ma kien hemm l-ebda prospett ċar li r-rotta bejn Klagenfurt u Londra kienet se ssir vijabbli mingħajr għajnuna fuq perjodu ta' żmien qasir. Il-Kummissjoni tenfasizza f'dan ir-rigward li l-ispjegazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Awstrijaċi dwar il-benefiċċji ekonomiċi tar-rotta operata minn Ryanair janalizzaw l-impatt li jista' jkollhom fuq l-iżvilupp tar-reġjun, iżda ma jinkludux projezzjonijiet tal-vijabbiltà futura ta' dawn ir-rotot jew ta' rotot oħrajn li x'aktarx ikunu operati minn Ryanair fil-ġejjieni.

(538)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm dawn il-miżuri kienu limitati fiż-żmien, it-terminu ta' ħames snin ta' kull ftehim ma kienx neċessarju jew proporzjonali għall-kostijiet imġarrba fit-tnedija ta' rotta ġdida minħabba li, fis-settur tal-avjazzjoni, terminu kuntrattwali ta' inqas minn tliet snin ġeneralment ikun biżżejjed.

(539)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftehimiet tal-2002 ma jissodisfawx il-kundizzjoni li l-miżuri jridu jkunu limitati fiż-żmien kif ukoll jinvolvu rotot li x'aktarx isiru profittabbli. Billi din il-kundizzjoni mhijiex issodisfata, ma hemm l-ebda ħtieġa għall-Kummissjoni li tivvaluta l-kundizzjonijiet l-oħrajn imsemmija hawn fuq.

9.3.2.   L-għajnuna trid tkun proporzjonali, jiġifieri l-ammont irid ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku.

(540)

L-Awstrija ma ssottomettiet l-ebda informazzjoni dwar kif l-għajnuna involuta fil-ftehimiet inkwistjoni tirrigwardja l-iżvilupp nett tat-traffiku. B'mod partikolari, ma ngħatat l-ebda indikazzjoni dwar l-ispejjeż tal-bidu imġarrba minn Ryanair għat-tnedija tar-rotta bejn Klagenfurt u Londra, u fil-ftehimiet tal-2002 ma hemm l-ebda dispożizzjoni li tiżgura li l-għajnuna mogħtija lil Ryanair se tkun limitata għal frazzjoni raġonevoli ta' dawk il-kostijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftehimiet tal-2002 ma jissodisfawx ir-rekwiżit li l-għajnuna trid tkun proporzjonali, jiġifieri l-ammont irid ikun marbut mal-iżvilupp nett tat-traffiku.

9.3.3.   Konklużjoni

(541)

Il-Kummissjoni tqis li l-ftehimiet tal-2002 ma' Ryanair u mas-sussidjarji tagħha jikkostitwixxu għajnuna illegali inkompatibbli mas-suq intern.

9.4.   Il-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair u AMS – Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005

(542)

Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà għall-għajnuna tal-bidu, stabbiliti fil-punt 79 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma kumulattivi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jeħtieġ biss li jintwera li ma ġietx issodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet sabiex tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru mhijiex kompatibbli. Il-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħha bil-kundizzjoni stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(543)

Il-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jesiġi, fost l-oħrajn, li l-ammont ta' għajnuna mogħtija fi kwalunkwe sena partikolari ma jaqbiżx il-50 % tal-kostijiet eliġibbli totali għal dik is-sena u li l-għajnuna totali ma taqbiżx medja ta' 30 % tal-kostijiet eliġibbli. Kostijiet eliġibbli huma definiti bħala l-“l-ispejjeż tal-bidu addizzjonali mġarrba fit-tnedija tar-rotta jew tal-frekwenza ġdida […] li l-operatur tal-ajru ma jkollux jerfa' ladarba din tibda taħdem”.

(544)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni osservat li l-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair ma pprevedew l-ebda konnessjoni bejn l-għajnuna mogħtija u l-kostijiet eliġibbli. Għalhekk, l-Awstrija ntalbet tipprovdi dettalji dwar ir-relazzjoni bejn l-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli. La l-Awstrija u lanqas il-partijiet terzi li jikkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ ma pprovdew informazzjoni bħal din. F'dan id-dawl, u meta wieħed iqis li l-ftehimiet mal-linji tal-ajru inkwistjoni ma jagħmlu l-ebda referenza għall-kostijiet tal-linji tal-ajru, aktar u aktar għall-kostijiet eliġibbli, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni tal-kompatibbiltà stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 mhijiex issodisfata.

(545)

Fl-aħħar nett, l-għajnuna mogħtija lil Ryanair ma tistax tinstab li tikkostitwixxi għajnuna tal-bidu kompatibbli, minħabba li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà ma ġietx issodisfata. Il-Kummissjoni tqis li l-ftehimiet tal-2006 ma' Ryanair u mas-sussidjarji tagħha jikkostitwixxu għajnuna illegali inkompatibbli mas-suq intern.

9.5.   Il-ftehim tal-2003 ma' HLX

9.5.1.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE

(546)

Il-kompatibbiltà tal-ftehim tal-2003 ma' HLX jenħtieġ li jiġi vvalutat direttament fid-dawl tal-prinċipji msemmija hawn fuq abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

9.5.2.   L-għajnuna trid tkun limitata fiż-żmien u tinvolvi rotta li x'aktarx issir profittabbli

(547)

Il-Kummissjoni tinnota li, minkejja l-istedina tagħha f'dan ir-rigward, l-Awstrija ma pprovdiet l-ebda studju tal-vijabbiltà għar-rotot ġodda koperti mill-ftehim tal-2003 sabiex tagħti prova li l-għajnuna mogħtija permezz tal-ftehimiet inkwistjoni kienet iġġustifikata. Għaldaqstant, abbażi tal-fatti rreġistrati, jidher li, għall-awtoritajiet li taw l-għajnuna inkwistjoni, ma kien hemm l-ebda prospett ċar li r-rotot ġodda kienu se jsiru vijabbli mingħajr għajnuna fuq perjodu ta' żmien xi ftit jew wisq qasir. Il-Kummissjoni tenfasizza f'dan ir-rigward li l-ispjegazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Awstrijaċi dwar il-benefiċċji ekonomiċi tar-rotot operati minn HLX janalizzaw l-impatt li jista' jkollhom fuq l-iżvilupp tar-reġjun, iżda ma jinkludux projezzjonijiet tal-vijabbiltà futura għal dawn ir-rotot operati minn HLX.

(548)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm dawn il-miżuri kienu limitati fiż-żmien, it-terminu ta' erba' snin tal-ftehim ma kienx neċessarju jew proporzjonali għall-kostijiet imġarrba fit-tnedija ta' rotta ġdida minħabba li, fis-settur tal-avjazzjoni, terminu kuntrattwali ta' inqas minn tliet snin ġeneralment ikun biżżejjed.

(549)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftehim tal-2003 ma' HLX ma jissodisfax il-kundizzjoni li l-miżuri jridu jkunu limitati fiż-żmien u jinvolvu rotot li x'aktarx isiru profittabbli. Billi din il-kundizzjoni mhijiex issodisfata, ma hemm l-ebda ħtieġa għall-Kummissjoni li tivvaluta l-kundizzjonijiet l-oħrajn imsemmija hawn fuq.

9.5.3.   Konklużjoni

(550)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftehim tal-2003 ma' HLX jikkostitwixxi għajnuna illegali inkompatibbli mas-suq intern.

9.6.   Il-ftehim tal-2008 ma' Tuifly – Valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont il-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005

(551)

Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà għall-għajnuna tal-bidu stabbiliti fil-punt 79 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 huma kumulattivi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jeħtieġ biss li jintwera li ma ġietx issodisfata waħda minn dawn il-kundizzjonijiet sabiex tikkonkludi li l-għajnuna mogħtija lil-linji tal-ajru mhijiex kompatibbli. Il-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħha bil-kundizzjoni stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005.

(552)

Il-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 jesiġi, fost l-oħrajn, li l-ammont ta' għajnuna mogħtija fi kwalunkwe sena partikolari ma jaqbiżx il-50 % tal-kostijiet eliġibbli totali għal dik is-sena u li l-għajnuna totali ma taqbiżx medja ta' 30 % tal-kostijiet eliġibbli. Kostijiet eliġibbli huma definiti bħala l-“l-ispejjeż tal-bidu addizzjonali mġarrba fit-tnedija tar-rotta jew tal-frekwenza ġdida […] li l-operatur tal-ajru ma jkollux jerfa' ladarba din tibda taħdem”.

(553)

Il-Kummissjoni osservat li l-ftehim tal-2008 ma' TUIfly ma ppreveda l-ebda konnessjoni bejn l-għajnuna mogħtija u l-kostijiet eliġibbli. Għalhekk, l-Awstrija ntalbet tipprovdi dettalji dwar ir-relazzjoni bejn l-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli. La l-Awstrija u lanqas il-partijiet terzi li jikkummentaw dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ ma pprovdew informazzjoni bħal din. F'dan id-dawl, u meta wieħed iqis li l-ftehimiet mal-linji tal-ajru inkwistjoni ma jagħmlu l-ebda referenza għall-kostijiet tal-linji tal-ajru, aktar u aktar għall-kostijiet eliġibbli, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni tal-kompatibbiltà stabbilita fil-punt 79(d) tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2005 mhijiex issodisfata.

(554)

Fl-aħħar nett, l-għajnuna mogħtija lil Tuifly ma tistax tinstab li tikkostitwixxi għajnuna tal-bidu kompatibbli, minħabba li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà ma ġietx issodisfata. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ftehim tal-2008 ma' Tuifly jikkostitwixxi għajnuna illegali inkompatibbli mas-suq intern.

10.   KONKLUŻJONI

(555)

Il-Kummissjoni tqis li l-Awstrija tat l-għajnuna mill-Istat lil KFBG b'mod illegali u bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, dawn is-sussidji huma għajnuna kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(556)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ffirmati bejn KFBG u Ryanair u s-sussidjarji tagħha fl-2002 u fl-2006 jinvolvu għajnuna mill-Istat, li ngħatat bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li hija għajnuna inkompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3) (c) tat-TFUE.

(557)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ffirmat bejn KFBG u HLX fl-2003 jinvolvi għajnuna mill-Istat, li ngħatat bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li hija għajnuna inkompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

(558)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport u dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ffirmat bejn KFBG/DMG u Tuifly fl-2008 jinvolvi għajnuna mill-Istat, li ngħatat bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li hija għajnuna inkompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

11.   IRKUPRU

(559)

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Kummissjoni tqis li l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern, hija kompetenti sabiex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat jabolixxiha jew ibiddilha (85).

(560)

Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (86), “Meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘deċiżjoni ta' rkupru’). Il-Kummissjoni ma għandhiex titlob l-irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt komunitarju”. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-għajnuna titqies mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern, l-iskop tal-obbligu impost fuq l-Istat ikun li jerġa' jistabbilixxi s-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel (87). F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-iskop intlaħaq meta l-benefiċjarji jkunu ħallsu lura l-ammonti mogħtija permezz ta' għajnuna illegali, sabiex b'hekk jintilef il-vantaġġ li jkunu gawdew fuq il-kompetituri. B'dan il-mod, is-sitwazzjoni titreġġa' lura għal kif kienet qabel tħallset l-għajnuna. (88)

(561)

F'dan il-każ, jidher li ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprevjeni l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkompatibbli identifikata f'din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, la l-Awstrija u lanqas il-partijiet terzi interessati ma ppreżentaw argumenti f'dan ir-rigward.

(562)

Għalhekk, l-Awstrija trid tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand Ryanair u s-sussidjarji tagħha HLX u Tuifly, l-għajnuna illegali mogħtija permezz tal-ftehimiet inkwistjoni.

11.1.   Id-determinazzjoni tal-ammonti ta' għajnuna

(563)

L-ammonti ta' għajnuna li jridu jiġu rkuprati għal kull ftehim u emenda jridu jiġu ddeterminati kif ġej. Kull tranżazzjoni taħt rieżami (li tikkonsisti, fejn applikabbli, fi ftehim dwar is-servizzi ta' ajruport u ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni) trid titqies bħala li twassal għal ammont ta' għajnuna annwali għal kull sena li fiha ġew applikati l-ftehimiet li jiffurmaw it-tranżazzjoni. Kull wieħed minn dawn l-ammonti jiġi kkalkolat bl-użu tal-parti negattiva tal-fluss inkrementali pproġettat (id-dħul nieqes il-kostijiet) fiż-żmien meta ġiet konkluża t-tranżazzjoni. Dawn l-ammonti fil-fatt jikkorrispondu għas-somom li jenħtieġ li jitnaqqsu kull sena mill-ammont għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni (jew li jenħtieġ li jiżdiedu mat-tariffi tal-ajruport u mat-tariffi tal-groundhandling iffatturati lil-linji tal-ajru) sabiex b'hekk il-valur preżenti nett tal-ftehim ikun pożittiv, fi kliem ieħor sabiex dan ikun konformi mal-prinċipju ta' MEO.

(564)

Sabiex jitqies il-vantaġġ effettiv riċevut mil-linja tal-ajru u mis-sussidjarji tagħha skont il-ftehimiet, l-ammonti msemmija fil-premessa ta' hawn fuq jistgħu jiġu aġġustati, billi tintuża l-evidenza pprovduta mill-Awstrija, skont id-differenza bejn, minn naħa waħda, il-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni effettivi, kif stabbiliti ex post, li saru lil-linja tal-ajru jew lis-sussidjarji tagħha skont il-ftehim dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni pproġettati (ex ante) korrispondenti.

11.2.   Id-dati tat-terminazzjoni effettiva ta' ċerti ftehimiet

(565)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-vantaġġ effettiv riċevut mil-linja tal-ajru huwa limitat għat-terminu effettiv tal-ftehim inkwistjoni. Fil-fatt, wara t-terminazzjoni ta' kull ftehim, Ryanair u s-sussidjarji tagħha ma rċevew l-ebda pagament skont dawn il-ftehimiet u ma bbenefikawx mill-aċċess għall-infrastruttura tal-ajruport u mis-servizzi tal-groundhandling skont dawn il-ftehimiet. Konsegwentement, l-ammonti ta' għajnuna kkalkolati kif indikat hawn fuq u assoċjati ma' ftehim partikolari jitnaqqsu għal żero għas-snin li fihom il-ftehim waqaf japplika (b'mod partikolari minħabba t-terminazzjoni bikrija tal-ftehim mil-linji tal-ajru).

(566)

B'riżultat ta' dan, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jiġu rkuprati mingħand Ryanair u AMS għal ċerti ftehimiet li għadhom ma skadewx iridu jitnaqqsu għal żero għall-perjodu mid-data tat-terminazzjoni effettiva tal-ftehim sad-data tat-terminazzjoni stipulata meta ġie ffirmat il-ftehim. Dan il-punt japplika għall-ftehimiet kollha tat-22 ta' Frar 2002, li ma baqgħux fis-seħħ sas-27 ta' Ġunju 2007, iżda li waqfu japplikaw fid-29 ta' Ottubru 2005 meta Ryanair waqqfet is-servizzi tagħha fl-ajruport bl-aħħar servizz tat-titjira tagħha jkun lejn Londra.

(567)

Bl-istess mod, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jiġu rkuprati mingħand Tuifly għall-ftehim tal-2008 li għadu ma skadiex iridu jitnaqqsu għal żero għall-perjodu mid-data ta' skadenza effettiva tal-ftehim sad-data ta' skadenza stipulata meta ġie ffirmat il-ftehim. Dan japplika għall-perjodu mill-25 ta' Ottubru 2009 meta Tuifly offriet l-aħħar servizz ta' titjira tagħha mill-KLU.

11.3.   Il-pagamenti ta' kummerċjalizzazzjoni meqjusa

(568)

Fir-rigward tal-pagamenti speċifikati fit-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni bejn DMG u AMS (EUR […] fis-sena), il-Kummissjoni qieset dan il-ftehim fil-valutazzjoni tagħha tat-test tal-MEO. Bl-istess mod, il-pagamenti speċifikati fit-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni se jitqiesu f'dan il-kapitolu sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' għajnuna li għandu jiġi rkuprat.

(569)

L-Awstrija sostniet li t-tieni ftehim ġie sostitwit mit-tielet ftehim u li ma daħalx fis-seħħ. Madankollu, l-Awstrija ma ssottomettiet l-ebda dokument sabiex tipprova dan l-argument, minflok hija ddikjarat biss in-nuqqas ta' kwalunkwe dokument għall-pagamenti fir-rekords kontabilistiċi ta' KFBG sabiex turi li ma sar l-ebda pagament minn KFBG skont it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni.

(570)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza bil-miktub mingħand l-Awstrija sabiex turi l-korrettezza ta' din id-dikjarazzjoni, it-tieni ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni jitqies ukoll sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' rkupru. Dan l-ammont jista' jiġi aġġustat fi stadju aktar tard, bl-użu tal-evidenza pprovduta mill-Awstrija.

(571)

It-tabelli li ġejjin jagħtu informazzjoni dwar l-ammonti differenti li jridu jintużaw sabiex jiġu kkalkolati l-ammonti indikattivi li jridu jiġu rkuprati. Dawn l-ammonti jikkonsistu fil-partijiet negattivi tal-flussi inkrementali (id-dħul inkrementali nieqes il-kostijiet inkrementali) stabbiliti permezz tal-applikazzjoni tat-test tal-MEO, bi tnaqqis għall-perjodi ta' żmien li fihom il-pagamenti kienu għadhom mhumiex dovuti wara l-iffirmar tagħhom jew meta l-ftehimiet kienu għadhom ma skadewx.

Tabella 18

Informazzjoni dwar l-ammonti indikattivi ta' għajnuna riċevuta u li jridu jiġu rkuprati mingħand Ryanair u s-sussidjarji tagħha

(EUR)

 

Ammont indikattiv tal-għajnuna riċevuta skont id-diversi ftehimiet

Ammont indikattiv tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata

Identità tal-benefiċjarju/ftehim

Lulju 2002 – Ġunju 2003

Lulju 2003 – Ġunju 2004

Lulju 2004 – Ġunju 2005

Lulju 2005 – Ottubru 2005

2006

2007

Ryanair, LV u AMS:

ftehimiet tat-22.2.2002

1 248 180

248 180

248 180

82 727

 

 

1 827 267

Ryanair u AMS:

ftehimiet tal-21.12.2006

 

 

 

 

 

141 326

141 326

Tabella 19

Informazzjoni dwar l-ammonti indikattivi ta' għajnuna riċevuta u li jridu jiġu rkuprati mingħand HLX

(EUR)

 

Ammont indikattiv tal-għajnuna riċevuta skont il-ftehimiet

Ammont indikattiv tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata

Identità tal-benefiċjarju/ftehim

Aww 2003 – Aww 2004

Aww 2004 – Aww 2005

Aww 2005 – Aww 2006

Aww 2006 – Aww 2007

Aww 2007 – Marzu 2008

 

HLX

ftehim tal-2003

1 418 984

2 273 855

2 273 855

2 273 855

1 326 414

9 566 963

Tabella 20

Informazzjoni dwar l-ammonti indikattivi ta' għajnuna riċevuta u li jridu jiġu rkuprati mingħand Tuifly

(EUR)

 

Ammont indikattiv tal-għajnuna riċevuta skont il-ftehimiet

Ammont indikattiv tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata

Identità tal-benefiċjarju/ftehim

April 2008 – Marzu 2009

April 2009 – Ott 2009

April 2010 – Marzu 2011

April 2011 – Marzu 2012

April 2012 – Marzu 2013

 

Tuifly

ftehim tal-2008

789 955

344 136

 

 

 

1 134 091

(572)

Kif ġie spjegat fil-premessa 326, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, Ryanair, LV u AMS jifformaw entità ekonomika waħda, u li l-ftehimiet dwar is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni u l-ftehimiet dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport korrispondenti jridu jitqiesu bħala li jifformaw tranżazzjoni waħda bejn din l-entità u KFBG/DMG. Konsegwentement, il-Kummissjoni hija tal-fehma li Ryanair, LV u AMS huma responsabbli in solidum għall-ħlas lura tal-għajnuna kollha riċevuta permezz tal-ftehimiet iffirmati fl-2002 u fl-2006, b'ammont ta' kapital indikattiv ta' EUR 1 827 267 u ta' EUR 141 326.

(573)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li HLX hija responsabbli għall-ħlas lura tal-għajnuna kollha riċevuta permezz tal-ftehim iffirmat fl-2003, b'ammont ta' kapital indikattiv ta' EUR 9 566 963. HLX twaqqfet fl-2002 u kienet tappartjeni għall-alleanza TUI Airlines. Fil-15 ta' Jannar 2007, HLX ġiet amalgamata flimkien ma' Hapagfly, li qabel kienet Hapag-Lloyd Flug, mal-marka kummerċjali komuni Tuifly, u minn Lulju 2010 ġiet inkorporata bħala tali. Għal din ir-raġuni, Tuifly tista' titqies bħala s-suċċessur legali ta' HLX u, għalhekk, hija responsabbli għall-ħlas lura tal-għajnuna kollha li rċeviet HLX (89).

(574)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li Tuifly hija responsabbli għall-ħlas lura tal-għajnuna kollha riċevuta permezz tal-ftehim iffirmat fl-2008, b'ammont ta' kapital indikattiv ta' EUR 1 134 091.

(575)

L-awtoritajiet Awstrijaċi jridu jkopru l-ammonti indikati hawn fuq fi żmien erba' xhur mid-data li fiha tiġi nnotifikata din id-Deċiżjoni.

(576)

L-awtoritajiet Awstrijaċi jridu jżidu wkoll l-imgħax fuq l-irkupru mal-ammont tal-għajnuna, li għandu jiġi kkalkolat mid-data li fiha l-għajnuna inkwistjoni tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-impriża, jiġifieri f'kull data effettiva tal-għoti tal-għajnuna, sad-data tal-irkupru effettiv tagħha (90), f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (91). F'dan ir-rigward, id-data tal-bidu minn meta jibda jiġi kkalkolat l-imgħax fuq l-irkupru għandha tirreferi għad-data li fiha ngħataw individwalment l-ammonti ta' għajnuna, jiġifieri l-pagamenti (92).

(577)

F'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita, jekk Stat Membru jiltaqa' ma' diffikultajiet mhux previsti u imprevedibbli jew jipperċepixxi konsegwenzi injorati mill-Kummissjoni, huwa jista' jippreżenta dawn il-problemi biex jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni, flimkien ma' proposti għal emendi xierqa. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat iridu jaħdmu flimkien in bona fide bil-għan li jegħlbu d-diffikultajiet, filwaqt li josservaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-TFUE.

(578)

Il-Kummissjoni tistieden lill-Awstrija tippreżentalha kwalunkwe problema li ltaqgħet magħha fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-finanzjament pubbliku mogħti lil KFBG/DMG fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji bejn is-snin 2000 u 2010 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

Artikolu 2

L-iskema ta' inċentivi tal-2005 tal-KLU ma tikkostitwixxi l-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Artikolu 3

Il-ftehim ta' saldu bejn KFBG u AUA ma jikkostitwixxi l-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Artikolu 4

Il-ftehim dwar is-servizzi pprovduti fl-ajruport konkluż minn KFBG ma' Air Berlin fit-8 ta' Lulju 2010 ma jikkostitwixxi l-ebda l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Artikolu 5

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 1 827 267 li ġiet implimentata illegalment mill-Awstrija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, favur Ryanair, LV u AMS, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 6

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 141 326 li ġiet implimentata illegalment mill-Awstrija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, favur Ryanair u AMS, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 7

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 9 566 963 li ġiet implimentata illegalment mill-Awstrija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, favur HLX, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 8

L-għajnuna mill-Istat li tammonta għal EUR 1 134 091 li ġiet implimentata illegalment mill-Awstrija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, favur Tuifly, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 9

1.   L-Awstrija għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikoli minn 5 sa 8 mingħand il-benefiċjarji.

2.   Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru effettiv tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta f'konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 (93).

4.   L-Awstrija għandha tikkanċella l-ħlasijiet tal-għajnuna kollha pendenti msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 4 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 10

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 5 sa 8 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   L-Awstrija għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Awstrija għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (il-kapital u l-imgħax fuq l-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji;

(b)

deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

2.   L-Awstrija għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli minn 5 sa 8. Hija għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħaxijiet fuq l-irkupru diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 233, 3.8.2012, p. 28.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.24221 (ex CP 281/2007) – l-Awstrija – l-Ajruport ta' Klagenfurt – Ryanair u linji tal-ajru oħra li jużaw l-ajruport (ĠU C 233, 3.8.2012, p. 28).

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lil-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Il-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.24221 (ex CP 281/2007) – l-Awstrija – l-Ajruport ta' Klagenfurt – Ryanair u linji tal-ajru oħrajn (ĠU C 348, 3.10.2014, p. 36).

(6)  Fit-28 ta' April 2016, il-gvern tal-Istat ta' Carinthia ddeċieda li jxolji lil KLH mingħajr likwidazzjoni. L-assi ta' KLH ġew ittrasferiti fil-veikolu bi skop speċjali ġdid “Kärntner Beteiligungsverwaltung” (K-BVG). Billi din id-deċiżjoni tiddeskrivi u tittratta perjodu ta' żmien li fih KLH kienet għadha teżisti, matul din id-deċiżjoni jintuża l-isem “KLH”.

(*1)  Kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

(7)  L-ammonti fil-parentesi jirrappreżentaw l-ammonti ta' inċentivi mħallsin lil AUA b'mod retrospettiv skont il-ftehim ta' saldu ppreżentat fit-taqsima 2.9.

(8)  L-applikazzjoni tal-inċentivi għal AUA qabel l-2005 kienet skont il-ftehim ta' saldu ppreżentat fit-taqsima 2.9.

(9)  Madankollu, kif ġie ddikjarat fil-premessi 65 u 71, ir-rifużjoni tat-tariffi fuq it-tlugħ u l-inżul fiż-żewġ offerti mhijiex identika.

(10)  Ryanair elenkat bħala eżempji l-ajruporti ta' […].

(11)  Dan l-akronimu jfisser “Prinċipju ta' Investitur f'Ekonomija tas-Suq”.

(12)  Skont l-approċċ ta' fond uniku, id-dħul li jakkumula għall-operatur ta' ajruport mill-attivitajiet kollha tal-ajruport, inklużi l-attivitajiet mhux ajrunawtiċi kummerċjali, bħall-operat ta' ħwienet, ristoranti u parkeġġi, jitqies għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell ta' tariffi tal-ajruport. Dan jikkuntrasta mal-prinċipju ta' fond doppju, fejn jitqies biss id-dħul minn attivitajiet ajrunawtiċi (essenzjalment it-tariffi tal-ajruport u t-tariffi tal-groundhandling) meta jiġu stabbiliti t-tariffi tal-ajruport.

(13)   “Skeda tar-rati” hija terminu standard fl-industrija tar-reklamar. Hija lista stampata tar-rati tar-reklamar mitluba mill-mezzi tax-xandir u tal-istampa jew mill-kumpaniji li joffru spazji ta' reklamar fuq is-sit elettroniku tagħhom.

(14)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262/1, 19.7.2016, p. 1). Fiż-żmien tas-sottomissjoni ta' Oxera f'Jannar 2015, dan id-dokument ġie ppubblikat bħala abbozz għall-konsultazzjoni pubblika.

(15)  Oxera rreferiet għall-approċċ użat mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet għall-ajruporti ta' Pau u Nîmes, fejn il-Kummissjoni kkalkolat id-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi għal kull passiġġier li jitlaq abbażi tad-data osservata fl-ajruport qabel l-iffirmar tal-ftehimiet, b'aġġustamenti għall-inflazzjoni.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1227 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22614 (C 53/07) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija ta' Pau-Béarn, Ryanair, Airport Marketing Services u Transavia, (ĠU L 201, 30.7.2015, p. 109) il-punt 414.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/633 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33961 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Indsutrija ta' Nîmes – Uzès – Le Vigan, ta' Veolia Transport Aéroport de Nîmes, ta' Ryanair u ta' Airport Marketing, il-punt 436 (ĠU L 113, 27.4.2016, p. 32).

(16)  Oxera qieset il-bidu tal-operazzjonijiet ta' Ryanair bħala s-sena meta Ryanair bdiet operazzjonijiet “sinifikanti” f'ajruport, definit bħala l-ewwel sena li fiha l-passiġġieri ta' Ryanair li jitilqu qabżu l-50 % tan-numru totali massimu ta' passiġġieri ta' Ryanair li jitilqu ttrasportati f'sena waħda fl-istess ajruport matul il-perjodu 1994–12.

(17)  Sentenza tat-Tribunal Administrativ ta' Marsilja tal-20.10.2009, li fiha l-Qorti sabet li l-ftehim bejn l-ajruport ta' Marsilja u AMS ippermetta lill-ajruport jirċievi korrispettiv reali li jikkonsisti f'servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni.

(18)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 fil-Kawża C 12/2008 (ex NN74/07) — is-Slovakkja — Ftehim bejn l-ajruport ta' Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24), il-paragrafu 114. Il-Kummissjoni sabet li anki meta ajruport ma jħallasx għal kummerċjalizzazzjoni addizzjonali fuq is-sit elettroniku ta' Ryanair, meta huwa sempliċiment jidher bħala destinazzjoni fuq is-sit elettroniku, ma jistax jiġi eskluż li jista' jiġi mehmuż valur partikolari miegħu (ara l-premessa 114). Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ftehim investigat kien konformi mal-prinċipju ta' operatur fl-ekonomija tas-suq.

(19)  Kriterji oġġettivi bħat-tip ta' tqegħid tar-reklam (links, banners, paragrafi b'test, it-tul u t-tqassim tar-reklam fuq l-iskrin) u l-għadd ta' viżitaturi ta' kuljum fuq il-paġna, kif ukoll l-għadd ta' rotot lejn u mill-ajruport.

(20)  Ara http://airportmarketingservices.com/pdfs/ratecard.pdf

(21)  Sentenza tat-18 ta' Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs l-Italja, C-35/96, ECLI:EU:C:1998:303; Sentenza tat-23 ta' April 1991, Höfner u Elser, C-41/90, ECLI:EU:C:1991:161; Sentenza tas-16 ta' Novembru 1995, Fédération Française des Sociétés d'Assurances vs Ministère de l'Agriculture et de la Pêche, C-244/94, ECLI:EU:C:1995:392; Sentenza tal-11 ta' Diċembru 1997, Job Centre, C-55/96 ECLI:EU:C:1997:603.

(22)  Sentenza tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs l-Italja, 118/85, ECLI:EU:C:1987:283; Sentenza tat-18 ta' Ġunju 1998, Il-Kummissjoni vs l-Italja, 35/96, ECLI:EU:C:1998:303.

(23)  Sentenza tal-24 ta' Marzu 2011, Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs Il-Kummissjoni u Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda T-455/08 u T-443/08, ECLI:EU:T:2011:117, fil-paragrafi partikolari 93-94; ikkonfermata mis-sentenza tad-19 ta' Diċembru 2012, Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH vs Il-Kummissjoni, C-288/11 P, ECLI:EU:C:2012:821; ara wkoll is-sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, ikkonfermata mis-sentenza tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01 P, ECLI:EU:C:2002:617, u s-sentenza tas-17 ta' Diċembru 2008, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585.

(24)  Sentenzi tas-17 ta' Frar 1993, Poucet vs AGV u Pistre vs Cancave, C-159/91 u C-160/91, ECLI:EU:C:1993:63.

(25)  Sentenza fi Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs Il-Kummissjoni u Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni, nota ta' qiegħ il-paġna 21 ta' hawn fuq, ECLI:EU:T:2011:117, b'mod partikolari l-paragrafi 84 u 158.

(26)  Sentenza Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, il-paragrafu 24 ta' hawn fuq, ECLI:EU:T:2000:290, ikkonfermata mis-sentenza tal-24 ta' Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, C-82/01 P, ECLI:EU:C:2002:617.

(27)  Sentenza tat-12 ta' Lulju 1984, Hydrotherm, C-170/83, ECLI:EU:C:1984:271, il-paragrafu 11. Ara wkoll is-sentenza tal-14 ta' Ottubru 2004, Pollmeier Malchow vs Il-Kummissjoni, T-137/02, ECLI:EU:T:2004:304, il-paragrafu 50.

(28)  Sentenza tas-16 ta' Diċembru 2010, AceaElectrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni, C-480/09 P, ECLI:EU:C:2010:787, il-paragrafi minn 47 sa 55; Sentenza tal-10 ta' Jannar 2006, Ministero dell'Economia e delle Finanze vs Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn, C-222/04, ECLI:EU:C:2006:8, il-paragrafu 112.

(29)  Sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol, C-364/92, ECLI:EU:C:1994:7.

(30)  Sentenza tas-16 ta' Ġunju 1987, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, ECLI:EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8, u sentenza tal-4 ta' Mejju 1988, Bodson vs Pompes funèbres des régions libérées, 30/87, ECLI:EU:C:1988:225, il-paragrafu 18.

(31)  Sentenza tat-18 ta' Marzu 1997, Diego Cali & Figli vs Servizi Ecologici Porto di Genova, C-343/95, ECLI:EU:C:1997:160; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/2002 tas-16 ta' Ottubru 2002, Għajnuna b'sostenn għall-funzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi fis-settur tal-portijiet Belġjani (ĠU C 284, 21.11.2002, p. 2).

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003.

(33)  Ara, b'mod partikolari, sentenza tad-19 ta' Jannar 1994, SAT Fluggesellschaft vs Eurocontrol, C-364/92, ECLI:EU:C:1994:7, il-paragrafu 30 u sentenza tas-26 ta' Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni, C-113/07 P, ECLI:EU:C:2009:191, il-paragrafu 71.

(34)  Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tat-3 ta' Marzu 2005, Wolfgang Heiser vs Finanzamt Innsbruck, C-172/03, ECLI:EU:C:2005:130, il-paragrafu 36, u l-każistika ċċitata.

(35)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.

(36)  Sentenza tat-12 ta' Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté ď agglomération du Douaisis, il-Kawżi magħquda T 267/08 u T 279/08, ECLI:EU:T:2011:209, il-paragrafu 108.

(37)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 51 et seq.

(38)   Ibid.

(39)  Sentenza tal-11 ta' Lulju 1996, Syndicat français de l'Express international (SFEI) u oħrajn vs La Poste u oħrajn, C-39/94, ECLI:EU:C:1996:285, il-paragrafu 60 u sentenza tad-29 ta' April 1999, Ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-342/96, ECLI:EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.

(40)  Sentenza tat-2 ta' Lulju 1974, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, 173/73, ECLI:EU:C:1974:71, il-paragrafu 13.

(41)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294, il-paragrafu 69.

(42)  Sentenza tal-21 ta' Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-paragrafu 23; Sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, ECLI:EU:T:2000:289, il-paragrafu 84.

(43)  Sentenza tal-10 ta' Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, 40/85, ECLI:EU:C:1986:305.

(44)  Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C 280/00, ECLI:EU:C:2003:415.

(45)  Sentenza tat-30 ta' April 1998, Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, T-214/95, ECLI:EU:T:1998:77.

(46)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 53.

(47)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 59.

(48)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 dwar l-għajnuna mill-Istat C 12/08 (ex NN 74/07) is-Slovakkja – Ftehim bejn l-Ajruport ta' Bratislava u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24) il-premessi 88 u 89.

(49)  Ara, fir-rigward tal-parametraġġ referenzjarju b'referenza għall-profittabbiltà (apparagun tal-ipprezzar) fis-settur, is-sentenza tat-3 ta' Lulju 2014, Spanja u Ciudad de la Luz vs Il-Kummissjoni, il-kawżi magħquda T-319/12 u T-321/12, ECLI:EU:T:2014:604, il-paragrafu 44.

(50)  Ara l-punt 60 tal-linji gwida dwar l-avjazzjoni tal-2014 għal aktar kriterji li jridu jiġu vvalutati.

(51)  Ara l-punt 59 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(52)  Ara r-rapporti tal-laqgħat minn 167 sa 173 tal-bord superviżorju ta' KFBG tad-29 ta' Lulju 2004, tat-8 ta' Ottubru 2004, tal-1 ta' Diċembru 2004, tal-4 ta' Marzu 2005, tal-4 ta' Mejju 2005, tat-30 ta' Settembru 2005 u tat-12 ta' Diċembru 2005.

(53)  Ara r-rapport tal-bord superviżorju ta' KFBG tal-4 ta' Mejju 2005 (il-punt 5), tal-1 ta' Diċembru 2004 (il-punt 3), tat-8 ta' Ottubru 2004 (il-punt 8) u tad-29 ta' Lulju 2004 (il-punt 7).

(*2)  il-kostijiet tal-immaniġġjar tat-traffiku mhumiex imġarrba minn KFBG billi l-immaniġġjar tat-traffiku ta' AUA jitwettaq mis-sussidjarja tagħha Tyrolean Airways u mhux minn KFBG

(54)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(55)  Ara, pereżempju, il-minuti tal-laqgħa tal-gvern tal-Istat ta' Carinthia tad-29 ta' Jannar 2002, p. 1-5.

(56)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.

(57)  Ara, pereżempju, il-minuti tal-laqgħa tal-gvern tal-Istat ta' Carinthia tad-29 ta' Jannar 2002, p. 1-5.

(58)  Ara, pereżempju, it-tweġiba għall-mistoqsija 4 tas-sottomissjoni ta' Ryanair tal-4 ta' Lulju 2011.

(59)  Ittra elettronika tal-4 ta' Awwissu 2005, mibgħuta fis-18:22, mis-Sur Sean Coyle (Ryanair) lis-Sur Johannes Gatterer (KFBG)

(60)  Il-proporzjon tat-tagħbija jew il-fattur tat-tagħbija huwa definit bħala l-proporzjon tal-postijiet mimlija fl-inġenju tal-ajru li jkun qed jopera fuq ir-rotta tal-ajru inkwistjoni.

(61)  Ara l-kummenti ta' AMS fil-premessa 184. AMS issostni li s-servizzi tagħha huma pprezzati skont il-valur tas-suq, billi diversi klijenti privati mhux tal-ajruport minn industriji differenti kkonkludew ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni ma' AMS. Madankollu, dan l-argument dwar allegat prezz tas-suq ma jbiddilx il-konklużjoni tal-Kummissjoni li MEO prudenti seta' jistenna riżultat negattiv mill-ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni, ara l-premessa 362.

(62)  L-istudju vvaluta biss l-ewwel ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni tat-22 ta' Jannar 2002 bejn LV u DMG (ara l-premessa 47), li b'hekk ħalla barra t-tieni u t-tielet ftehim ta' kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll il-ftehimiet ta' kummerċjalizzazzjoni konklużi fl-2006.

(*3)  Tariffa tas-Sigurtà, li akkumulat għall-ajruport u fl-istess ħin tħallset lill-amministrazzjoni fiskali ta' Vjenna.

(63)  Ara l-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, il-punt 63.

(64)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2016/C 262/01), il-punt 89.

(65)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar liċenzjar ta' air carriers (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar aċċess tat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p.8) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi tal-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15).

(66)  Sentenza tal-21 ta' Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-305/89, ECLI:EU:C:1991:142, il-paragrafu 26.

(67)  Ara, pereżempju, it-tweġiba għall-mistoqsija 4 tas-sottomissjoni ta' Ryanair tal-4 ta' Lulju 2011.

(68)  Sentenza tas-16 ta' Mejju 2002, Franza vs Il-Kummissjoni, C-482/99, ECLI:EU:C:2002:294.

(69)  Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost vs Il-Kummissjoni, T-109/01, ECLI:EU:T:2004:4.

(70)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/482/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(71)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta' għajnuna illegali mill-Istat (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22).

(72)  Il-premessa 22 fil-punt 25 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(73)  Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014, mhux il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-taqsima 5.1 tal-Linji Gwida japplikaw għall-għajnuna operatorja li ngħatat fl-imgħoddi.

(74)  Il-punti 137, 113 u 114 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(75)  Il-punti 137 u 116 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(76)  Il-punti 137 u 120 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(77)  Il-punti 137 u 124 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(78)  Il-punti 137 u 125 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(79)  Il-punti 137 u 131 tal-Linji Gwida dwar l-Avjazzjoni tal-2014.

(80)  Skont il-figuri sottomessi mill-Awstrija, mingħajr l-għajnuna operatorja, l-introjtu nett kien ikun ta' EUR -1 401 180 għall-2002; EUR 145 056 għall-2003; EUR -1 597 060 għall-2004; EUR -758 979 għall-2005; EUR -778 887 għall-2006; EUR 230 145 għall-2007; EUR -703 000 għall-2008; EUR -1 324 969 għall-2009.

(81)  Ara s-sentenza tat-28 ta' April 1993, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-364/90, ECLI:EU:C:1993:157, il-paragrafu 20.

(82)  L-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (94/C 350/07) (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5).

(83)  Ara d-Deċiżjoni NN 109/98 tal-14 ta' Ġunju 1999 intitolata “ Ir-Renju Unit, l-Ajruport ta' Manchester ”.

(84)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta' Frar 2004 dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Wallonja u mill-Brussels South Charleroi Airport lil-linja tal-ajru Ryanair b'konnessjoni mal-istabbiliment tagħha f'Charleroi (ĠU L 137, 30.4.2004, p. 1). Din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz tas-sentenza tas-17 ta' Diċembru 2008, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-196/04, ECLI:EU:T:2008:585. Madankollu, hija turi kif ġiet żviluppata l-valutazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni mill-Kummissjoni.

(85)  Sentenza tat-12 ta' Lulju 1973, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, 70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-paragrafu 13.

(86)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(87)  Sentenza tal-14 ta' Settembru 1994, Ir-Renju ta' Spanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Il-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, ECLI:EU:C.1994:325, il-paragrafu 75.

(88)  Sentenza tas-17 ta' Ġunju 1999, Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-paragrafi 64-65.

(89)  It-trasferiment tar-responsabbiltà f'każijiet ta' kumpaniji amalgamati ġie kkonfermat, inter alia, fis-sentenza tat-12 ta' Frar 2015, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża, C-37/14, ECLI:EU:C:2015:90, il-premessi 83-86; is-Sentenza tas-16 ta' Diċembru 2010, AceaElectrabel Produzione SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, C-480/09, ECLI:EU:C:2010:787, il-premessi 67-68.

(90)  Ara l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/99.

(91)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(92)  Kif stabbilit fis-sottomissjoni mill-awtoritajiet Awstrijaċi fit-8 u fl-10 ta' Ġunju 2016 (l-ittra elettronika).

(93)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 30 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).