|
26.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/8 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/499
tal-20 ta' Marzu 2018
li twaqqaf Infrastruttura Ewropea ta' Pjattaformi Miftuħa ta' Skrinjar għall-Bijoloġija Kimika - Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EU-OPENSCREEN ERIC)
(notifikata bid-dokument C(2018) 1482)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan u bil-Pollakk biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, in-Norveġja, il-Polonja u Spanja talbu lill-Kummissjoni biex twaqqaf Infrastruttura Ewropea ta' Pjattaformi Miftuħa ta' Skrinjar għall-Bijoloġija Kimika — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (EU-OPENSCREEN ERIC). Huma qablu li l-Ġermanja tkun l-Istat Membru ospitanti tal-EU-OPENSCREEN ERIC. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Infrastruttura Ewropea ta' Pjattaformi Miftuħa ta' Skrinjar għall-Bijoloġija Kimika — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka imsejjaħ “EU-OPENSCREEN ERIC” twaqqaf.
2. L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tan-Norveġja.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Carlos MOEDAS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85).
ANNESS
ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-EU-OPENSCREEN ERIC
L-Artikoli u l-paragrafi li ġejjin tal-Artikoli tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC jipprevedu l-elementi essenzjali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009
1. Kompiti u Attivitajiet
(Artikolu 3 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jistabbilixxi, jopera u jiżviluppa infrastruttura ta' riċerka distribwita Ewropea magħmula minn pjattaformi ta' skrinjar, kif ukoll faċilitajiet tal-kimika u tal-bijoloġija, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi, l-għodod u l-faċilitajiet għar-riċerkaturi u biex tiġi appoġġata riċerka ta' kwalità għolja fuq il-mekkaniżmi molekulari ta' proċessi bijoloġiċi. |
|
2. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jopera l-infrastruttura fuq bażi nonekonomika. L-EU-OPENSCREEN ERIC jista' jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, bil-kundizzjoni li dawn ikunu marbuta mill-qrib mal-kompitu prinċipali tagħha u li ma jippreġudikawx il-kisba tiegħu. |
|
3. |
Sabiex jissodisfa l-kompiti tiegħu, l-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jwettaq u jikkoordina attivitajiet, li jinkludu iżda li mhux limitati għal:
|
2. Sede statutorja tal-EU-OPENSCREEN ERIC
(Artikolu 1(2) tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
Is-sede statutorja tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandha tkun f'Berlin, il-Ġermanja.
3. Isem
(Artikolu 1(1) tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
L-Infrastruttura Ewropea ta' Pjattaformi Miftuħa ta' Skrinjar għall-Bijoloġija Kimika, “EU-OPENSCREEN” ġiet stabbilita. L-EU-OPENSCREEN għandu jkollha forma legali ta' Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC)), minn issa 'l quddiem imsejjaħ bħala “EU-OPENSCREEN ERIC”.
4. Durata
(l-Artikolu 28(1) tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jeżisti għal perjodu ta' żmien indefinit.
5. Stralċ
(Mill-Artikolu 28(2) sa 28(5) tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
L-istralċ tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jsegwi deċiżjoni mill-Assemblea tal-Membri skont l-Artikolu 14(6) jew meta n-numru ta' membri jkun inqas mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
|
2. |
Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe eventwalità fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni biex jiġi stralċat l-EU-OPENSCREEN ERIC, l-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni. |
|
3. |
L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-djun tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandhom jitqassmu bejn il-Membri u l-Osservaturi fil-waqt tax-xoljiment b'mod proporzjonali skont il-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom akkumulati għall-EU-OPENSCREEN ERIC. |
|
4. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jieqaf jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika n-notifika korrispondenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
6. Obbligazzjoni
(l-Artikolu 20 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
L-obbligazzjoni tal-Membri u tal-Osservaturi għad-djun tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom. |
|
2. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa u proporzjonata li tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u għall-operat tal-EU-OPENSCREEN ERIC. |
7. Politika tal-Aċċess
(Artikolu 22 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jagħti aċċess tas-servizzi u tar-riżorsi lill-Utenti skont il-politika stabbilita fl-Anness 3 tal-Istatuti. |
|
2. |
Għandu jkun hemm kategoriji differenti ta' Utenti. L-Assemblea tal-Membri għandha tiddeċiedi t-tariffi differenti u l-kamp ta' applikazzjoni tal-aċċess għal dawn il-kategoriji. |
8. Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika
(Artikolu 17 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Etiku għandu jkun magħmul minn xjentisti indipendenti u rikonoxxuti internazzjonalment u/jew minn esperti li jaġixxu fuq it-titolu personali tagħhom. |
|
2. |
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Etiku għandu joffri pariri dwar il-kwistjonijiet kollha, inklużi mistoqsijiet etiċi mitluba mill-Assemblea tal-Membri. Għandhom jiġu stipulati iktar dettalji fir-Regoli ta' Proċedura. |
|
3. |
L-Assemblea tal-Membri għandha taħtar lill-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Etiku għal tliet snin. L-Assemblea tal-Membri tista' terġa taħtarhom għal darba oħra għall-istess tul ta' żmien. |
9. Politika tat-Tixrid
(Artikolu 24 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
L-utenti tas-servizzi u r-riżorsi tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament ir-riżultati tar-riċerka tagħhom fil-Bażi tad-Dejta Ċentrali tal-EU-OPENSCREEN ERIC wara l-perjodu ta' grazzja ta' sentejn. Jekk tintalab, tista' tingħata estensjoni sa massimu ta' tliet snin. Minkejja dan, id-drittijiet u l-obbligi eżistenti għandhom ikunu rispettati.
10. Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
(Artikolu 25 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
It-terminu proprjetà intellettwali għandu jinftiehem skont l-Artikolu 2 tal-konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ffirmata fl-14 ta' Lulju 1967. |
|
2. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC jista' jkun sid ta' proprjetà intellettwali kull meta l-kontribuzzjoni tal-EU-OPENSCREEN ERIC tkopri l-proċess ta' innovazzjoni. Iktar dettalji fir-rigward tal-politika ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu stipulati fl-Anness 4 tal-Istatuti u fir-Regoli ta' Proċedura. |
|
3. |
L-introjtu ġġenerat mill-proprjetà intellettwali prodotta mill-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jintuża għall-operazzjonijiet tal-EU-OPENSCREEN ERIC sa livell limitu stabbilit fir-Regoli ta' Proċedura. L-użu tal-introjtu ogħla minn dan il-livell limitu għandu jkun soġġett għal deċiżjoni tal-Assemblea tal-Membri. |
|
4. |
L-ebda dispożizzjoni f'dawn l-Istatuti ma jenħtieġ li tinftiehem li qed tfittex li tibdel il-kamp ta' applikazzjoni u l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tal-benefiċċji kif inhu determinat fil-liġijiet u fir-regolamenti rilevanti tal-Membri u tal-Osservaturi u l-ftehimiet internazzjonali li jagħmlu parti minnhom. |
11. Politika tal-Impjiegi
(Artikolu 26 tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jkun impjegatur li jħaddan politika ta' opportunitajiet indaqs. Għal kull pożizzjoni vakanti, l-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jagħżel lill-aħjar kandidat. Il-politika tal-impjiegi tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandha tiġi irregolata mil-liġijiet tal-pajjiż li fih huwa impjegat il-persunal. |
|
2. |
Il-proċeduri tal-għażla għall-pożizzjonijiet bħala persunal tal-EU-OPENSCREEN ERIC għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji, filwaqt li għandhom jirrispettaw l-opportunitajiet indaqs. Ir-reklutaġġ u l-impjiegi ma għandhomx ikunu diskriminatorji. |
12. Politika tal-Akkwist
(Artikolu 27(1)(2) tal-Istatuti tal-EU-OPENSCREEN ERIC)
|
1. |
L-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jittratta lill-kandidati u lill-offerenti għall-akkwist b'mod ugwali u mhux diskriminatorju, indipendentament minn jekk humiex ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. L-akkwisti għandhom jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-kompetizzjoni. L-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni jista' jsir kriterju. Għandhom jiġu stipulati d-dettalji fir-Regoli ta' Proċedura. |
|
2. |
L-akkwist mis-Siti Sħab kif definit fl-Artikolu 11 tal-Istatuti għandu jirrispetta l-bżonnijiet, ir-rekwiżiti tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-EU-OPENSCREEN ERIC maħruġa mill-korpi rilevanti. Għandhom jiġu stipulati iktar dettalji fir-Regoli ta' Proċedura. Il-ftehim bejn Sit Sieħeb u l-EU-OPENSCREEN ERIC għandu jkollu dispożizzjoni skont dan. |