|
23.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/490
tal-21 ta' Marzu 2018
li tħassar id-Deċiżjoni 2007/365/KE dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)
(notifikata bid-dokument C(2018) 1607)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Minkejja l-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE (2) li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fi ħdan l-Unjoni ta' Rhynchophorus ferrugineus (Olivier), jidher minn stħarriġ annwali mwettaq mill-Istati Membri skont dik id-Deċiżjoni li l-organiżmu issa huwa mifrux f'ħafna partijiet miż-żona fil-periklu. |
|
(2) |
B'riżultat ta' dan, mhuwiex fattibbli li wieħed jimpedixxi l-introduzzjoni u t-tixrid ulterjuri tiegħu fi ħdan il-parti l-kbira tat-territorju tal-Unjoni. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni 2007/365/KE. |
|
(4) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-istess data bħal dik tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/484 (3) sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/365/KE tħassret.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) li tħassar id-Deċiżjoni 2007/365/KE tal-25 ta' Mejju 2007, dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 24).
(3) Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/484 tal-21 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-materjal ta' propagazzjoni ta' ċerti ġeneri jew speċi ta' Palmae fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (ara l-paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).