22.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/477

tal-15 ta' Marzu 2018

dwar eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument C(2018) 1506)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta' Jannar 1997 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjoni ta' ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta' dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet rreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta' Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta' wħud mill-partijiet tar-rota li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (3) u b'mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Dazju antidumping bħalissa japplika fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' partijiet essenzjali ta' roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”)(“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw fiċ-Ċina. Id-dazju estiż inżamm l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 (4).

(2)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta' partijiet essenzjali tar-rota li ma jevitawx id-dazju antidumping.

(3)

Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 li jistabbilixxi s-sistema ta' eżenzjoni speċifika.

(4)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżentat għadd ta' persuni li jarmaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

(5)

Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, il-Kummissjoni ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5).

(6)

L-aktar Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni riċenti dwar l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 kien adottat fit-22 ta' Frar 2017 (6).

1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 3 hawn taħt it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina li dawn kienu ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

(8)

Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom.

(9)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta' kull importazzjoni ta' partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet tagħhom.

2.   AWTORIZZAZZJONI TAL-EŻENZJONIJIET

(10)

L-eżaminazzjoni tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt ġiet konkluża.

Tabella 1

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

C003

Interbike Spółka z o.o.

ul. Śląska 6/5,

PL-42-200 Częstochowa, Poland

C102

Uno Bike B.V.

Bovendijk 213,

NL-3045 PD Rotterdam, The Netherlands

C128

Slavomir Sladek Velosprint S

Trnavská 40,

SK-949 01 Nitra, Slovak Republic

(11)

Matul l-eżaminazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina jikkostitwixxu inqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha assemblati minn kull waħda minn dawn il-partijiet. Dan kien ukoll il-każ għall-biċċa l-kbira tar-roti assemblati minn kull parti.

(12)

Konsegwentement, l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħhom jaqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(13)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, il-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn fuq jenħtieġ li jiġu eżentati mid-dazju estiż.

(14)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjonijiet jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni għandu għalhekk jitqies null mill-istess data.

(15)

Il-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom u ngħataw opportunità biex jikkummentaw fuqhom.

(16)

Peress li l-eżenzjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabbela 1 hawn fuq, il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil fihom (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma legali jew l-indirizz jew wara lil jitwaqqfu entitajiet ġodda).

(17)

F'każ ta' bidla fir-referenzi, il-parti jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

3.   AĠĠORNAMENT TA' REFERENZI GĦAL PARTIJIET EŻENTATI

(18)

Il-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 2 hawn taħt innotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidliet fir-referenzi tagħhom (l-ismijiet, il-forom ġuridiċi jew l-indirizzi). Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97.

(19)

Filwaqt li l-eżenzjoni ta' dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97 tibqa' mhux affettwata, ir-referenzi għal dawn il-partijiet jenħtieġ li jiġu aġġornati.

Tabella 2

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Referenza ta' qabel

Il-bidla

8009

MIFA-Bike GmbH

Kyselhäuser Strasse 23

DE-06526 Sangerhausen, Germany

L-isem u l-forma ġuridika tal-kumpanija nbidlu għal:

Sachsenring Bike Manufaktur GmbH

A571

Sprick Rowery Sp. z o.o.

ul. Świerczewskiego 76

PL-66-200 Świebodzin, Poland

L-indirizz tal-kumpanija nbidel għal:

ul. Zachodnia 76

PL-66-200 Świebodzin, Poland

C053

Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna ‘Trans- Rower’ Roman Tylec

Dąbie 47, PL-39-311 Zdziarzec, Poland

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija nbidlu għal:

Trans-Rower Roman Tylec

Dąbie 54d, PL-39-311 Zdziarzec, Poland

4.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦAL PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(20)

L-eżaminazzjoni tal-mertu tat-talba mill-partijiet elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt tinsab għaddejja. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mingħand dawn il-partijiet il-pagament tad-dazju estiż huwa sospiż.

(21)

Billi s-suspensjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 3 ta' hawn, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) minnufih, dwar kwalunkwe bidla f'dawn (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' assemblaġġ).

(22)

F'każ ta' bidla fir-referenzi, il-parti jenħtieġ li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

Tabella 3

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

C049

Cycles Sport North Ltd

363 Leach Place, Walton Summit Center,

GB-PR5 8AS Preston, United Kingdom

C170

Hermann Hartje KG

Deichstrasse 120-122,

DE-27318 Hoya, Germany

C202

Vanmoof B.V.

Mauritskade 55,

NL-1092 AD Amsterdam, The Netherlands

C207

Kenstone Metal Company GmbH

Heideland 1-7,

DE-24976 Handewitt-Weding, Germany

C209

Gor Kolesa, proizvodnja koles, d.o.o.

Partizanska cesta 12,

SI-3320 Velenje, Slovenia

C220

Matex International Aquitaine

6 Avenue Gay Lussac,

FR-33370 Artigues-près-Bordeaux, France

C307

Merida Polska Sp. Z o.o.

ul. Marii Skłodowskiej-Curie 35,

PL-41-800 Zabrze, Poland

C311

Juan Luna Cabrera

C/Alhama 64,

ES-14900 Lucena (Cordoba), Spain

5.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦAL PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI TNEĦĦIET

(23)

Is-sospensjoni tal-pagamenti tad-dazji għal partijiet li qed jiġu eżaminati jenħtieġ li titneħħa għall-parti elenkata fit-Tabella 4 hawn taħt.

Tabella 4

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

C169

Pelago MFG oy

Tyynenmerenkatu 6 L3,

FI-00220 Helsinki, Finland

(24)

Il-Kummissjoni rċeviet mill-parti kkonċernata talba biex tirtira l-applikazzjoni għal eżenzjoni meta l-eżami tal-merti tagħha kienet għadha għaddejja u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż.

(25)

Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li titneħħa. Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba għal eżenzjoni mressqa minn din il-parti, li hija d-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni (23 ta' Settembru 2016).

(26)

Il-parti ġiet informata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħata opportunità tikkummenta dwarhom. Ma tressaq l-ebda kumment qabel l-iskadenza.

6.   AWTORIZZAZZJONI TAL-EŻENZJONI REVOKATA

(27)

Il-parti eżentata elenkata fit-Tabella 5 hawn taħt nnotifikat lill-Kummissjoni bl-għeluq tal-attivitajiet tagħha u bir-rinunzja għall-eżenzjoni mill-pagament tad-dazju estiż.

(28)

Konsegwentement, skont il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, l-awtorizzazzjoni ta' eżenzjoni mill-pagament tad-dazju estiż jenħtieġ li tiġi revokata.

Tabella 5

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

A549

Alliance Bikes Sp. Z o.o.

ul. Tadeusza Borowskiego 2,

PL-03-475 Warszawa, Poland

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Artikolu 2

Il-partijiet elenkatati fit-Tabella 1 hawn taħt huma b'dan eżentati mill-estensjoni bir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (8) fuq importazzjonijiet ta' ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet tal-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” fit-Tabella 1 hawn taħt.

L-eżenzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 1 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.

Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b'kull bidla f'dawn, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni.

Tabella 1

Partijiet Eżentati

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

Data tad-dħul fis-seħħ

C003

Interbike Spółka z o.o.

ul. Śląska 6/5,

PL-42-200 Częstochowa, Poland

18.12.2014

C102

Uno Bike B.V.

Bovendijk 213,

NL-3045 PD Rotterdam, The Netherlands

24.11.2015

C128

Slavomir Sladek Velosprint S

Trnavská 40,

SK-949 01 Nitra, Slovak Republic

14.4.2016

Artikolu 3

Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati elenkati fit-Tabella 2 hawn taħt huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawn il-partijiet eżentati kif stipulat fil-kolonna intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” fit-Tabella 2 hawn taħt jibqgħu l-istess.

Tabella 2

Partijiet eżentati li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Referenza ta' qabel

Referenza ġdida

Data tad-dħul fis-seħħ

8009

MIFA-Bike GmbH

Kyselhäuser Strasse 23

DE-06526 Sangerhausen, Germany

Sachsenring Bike Manufaktur GmbH

Kyselhäuser Strasse 23

DE-06526 Sangerhausen, Germany

24.8.2017

A571

Sprick Rowery Sp. z o.o.

ul. Świerczewskiego 76

PL-66-200 Świebodzin, Poland

Sprick Rowery Sp. z o.o.

ul. Zachodnia 76

PL-66-200 Świebodzin, Poland

20.7.2017

C053

Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna ‘Trans- Rower’ Roman Tylec

Dąbie 47,

PL-39-311 Zdziarzec, Poland

Trans-Rower Roman Tylec

Dąbie 54d,

PL-39-311 Zdziarzec, Poland

19.9.2017

Artikolu 4

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom jidħlu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet ta' dawn il-partijiet. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” fit-Tabella 3 hawn taħt.

Dawn is-sospensjonijiet għandhom japplikaw biss għall-partijiet eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella 3 bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b'kull bidla f'dawn, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-parti marbuta mal-operazzjonijiet ta' assemblaġġ fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' sospensjoni.

Tabella 3

Partijiet li qed jiġu eżaminati

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

Data tad-dħul fis-seħħ

C049

Cycles Sport North Ltd

363 Leach Place, Walton Summit Center,

GB-PR5 8AS Preston, United Kingdom

27.4.2015

C170

Hermann Hartje KG

Deichstrasse 120-122,

DE-27318 Hoya, Germany

29.9.2016

C202

VANMOOF B.V.

Mauritskade 55,

NL-1092 AD Amsterdam, The Netherlands

19.12.2016

C207

Kenstone Metal Company GmbH

Heideland 1-7,

DE-24976 Handewitt-Weding, Germany

20.3.2017

C209

Gor Kolesa, proizvodnja koles, d.o.o.

Partizanska cesta 12,

SI-3320 Velenje, Slovenia

26.4.2017

C220

Matex International Aquitaine

6 Avenue Gay Lussac,

FR-33370 Artigues-près-Bordeaux, France

9.6.2017

C307

Merida Polska Sp. Z o.o.

ul. Marii Skłodowskiej-Curie 35,

PL-41-800 Zabrze, Poland

14.6.2017

C311

Juan Luna Cabrera

C/Alhama 64,

ES-14900 Lucena (Cordoba), Spain

4.10.2017

Artikolu 5

Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b'dan imneħħija għall-parti elenkata fit-Tabella 4 hawn taħt.

Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni. Din id-data hija prevista fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” fit-Tabella 4 hawn taħt.

Tabella 4

Parti li tneħħiet is-suspensjoni tagħha

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

Data tad-dħul fis-seħħ

C169

Pelago MFG oy

Tyynenmerenkatu 6 L3,

FI-00220 Helsinki, Finland

23.9.2016

Artikolu 6

L-awtorizzazzjoni tal-eżenzjoni mill-pagament tad-dazju antidumping estiż hija b'dan revokata għall-parti elenkata fit-Tabella 5 hawn taħt.

Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-data li fiha daħlet fis-seħħ ir-revoka tal-awtorizzazzjoni. Din id-data hija prevista fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” fit-Tabella 5 hawn taħt.

Tabella 5

Parti li ġiet revokata l-eżenzjoni tagħha

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

Isem

Indirizz

Data tad-dħul fis-seħħ

A549

Alliance Bikes Sp. Z o.o.

ul. Tadeusza Borowskiego 2,

PL-03-475 Warszawa, Poland

21.2.2017

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6. Hija wkoll ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)   ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad- 29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).

(5)   ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13.

(6)   ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13.

(7)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta' Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv antidumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju antidumping (ĠU L 228, 9.9.1993, p. 1).