13.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/392

tat-12 ta' Marzu 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1561 (2), biex b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-issoktar tat-tqegħid fil-periklu jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill eżamina d-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK u ddeċieda li jemenda l-informazzjoni dwar ċerti individwi u entitajiet.

(5)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2018.”.

Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KARANIKOLOV


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1561 tal-14 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 237, 15.9.2017, p. 72).


ANNESS

L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif imniżżel fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович ТЕМИРГАЛИЕВ)

Rustam Ilmyrovych TEMIRHALIIEV (Рустам Iльмирович ТЕМIРГАЛIЄВ)

Data tat-twelid: 15.8.1976

Post tat-twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

Meta kien Viċi Prim Ministru tal-Krimea, Temirgaliev kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni attiva favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta' Ġunju 2014, huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Attwalment huwa d-Direttur Ġenerali tal-Kumpannija Maniġerjali tal-Fond ta' Investiment Russu-Ċiniż għall-Iżvilupp Reġjonali.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatista.

17.3.2014

6.

Pyotr Anatoliyovych ZIMA

(Пётр Анатольевич ЗИМА)

Petro Anatoliyovych ZYMA

(Петро Анатолiйович ЗИМА)

Data tat-twelid: 18.1.1970 jew 29.3.1965

Post tat-twelid: Artemivsk (Артемовск) (fl-2016 reġa' ħa l-isem ta' Bakhmut/Бахмут), Donetsk Oblast, Ukrajna

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014, il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata minn eks uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

9.

Viktor Alekseevich OZEROV

(Виктор Алексеевич Озеров)

Data tat-twelid: 5.1.1958

Post tat-twelid: Abakan, Khakassia

Eks President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

F'Lulju 2017, huwa ppreżenta r-riżenja tiegħu bħala President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża. Huwa għadu membru tal-Kunsill u huwa membru tal-Kumitat dwar ir-regolamentazzjoni interna u l-affarijiet parlamentari.

Fl-10 ta' Ottubru 2017, permezz tad-digriet N 372-SF, Ozerov ġie inkluż fil-kummissjoni temporanja tal-Kunsill Federali dwar il-protezzjoni tas-sovranità tal-istat u għall-prevenzjoni tal-interferenza fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

14.

Aleksandr Borisovich TOTOONOV

(Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-twelid: 3.4.1957

Post tat-twelid: Ordzhonikidze, Tramuntana ta' Ossetia

Eks Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa ntemmu f'Settembru 2017.

Attwalment huwa membru tal-parlament tat-Tramuntana tal-Ossezja.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович Куликов)

Data tat-twelid: 1.9.1956

Post tat-twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna)

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Fis-26 ta' Settembru 2017, permezz ta' Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa huwa ġie mkeċċi minn din il-kariga u mis-servizz militari.

21.3.2014

31.

Valery Kirillovich MEDVEDEV

(Валерий Кириллович МЕДВЕДЕВ)

Valeriy Kyrylovych MEDVEDIEV

(Валерiй Кирилович МЕДВЕДЄВ)

Data tat-twelid: 21.8.1946

Post tat-twelid: Shmakovka, reġjun ta' Primorsky

Eks President tal-Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol (sas-26 ta' Mejju 2017). Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

21.3.2014

33.

Elena Borisovna MIZULINA (imwielda DMITRIYEVA)

(Елена Борисовна МИЗУЛИНА (imwielda ДМИТРИЕВА))

Data tat-twelid: 9.12.1954

Post tat-twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

Eks Deputat tad-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

Minn Settembru 2015 'l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk. Bħalissa Viċi President tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġislazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat.

21.3.2014

51.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN

(Владимир Николаевич ПЛИГИН)

Data tat-twelid: 19.5.1960

Post tat-twelid: Ignatovo, Oblast ta' Vologodsk, USSR.

Eks membru tad-Duma tal-Istat u eks President tal-Kumitat tal-Liġi Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-faċilitazzjoni tal-adozzjoni ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

Membru tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda.

12.5.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич КОЗЮРА)

Oleh Hryhorovych KOZYURA (Олег Григорович КОЗЮРА)

Data tat-twelid: 30.12.1965 jew 19.12.1962

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea jew Zaporizhia

Eks Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

Minn Ottubru 2016, huwa l-Kap tal-Persunal tal-Assemblea Leġislattiva ta' Sevastopol.

12.5.2014

59.

Aleksandr Sergeevich MALYKHIN,

Alexander Sergeevich MALYHIN

(Александр Сергеевич МАЛЫХИН)

Oleksandr Serhiyovych (Sergiyovych) MALYKHIN

(Олександр Сергiйович МАЛИХIН)

Data tat-twelid: 12.1.1981

Eks kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' linji politiċi separatisti.

12.5.2014

66.

Marat Faatovich BASHIROV

(Марат Фаатович БАШИРОВ)

Data tat-twelid: 20.1.1964

Post tat-twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa

Kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Lugansk”, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju 2014.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Ikompli b'attivitajiet ta' appoġġ għal strutturi separatisti tal-LNR.

12.7.2014

70.

Igor PLOTNITSKY,

Igor Venediktovich PLOTNITSKII

(Игорь Венедиктович ПЛОТНИЦКИЙ)

Ihor (Igor) Venedyktovych PLOTNYTSKYY

(Iгор Венедиктович ПЛОТНИЦЬКИЙ)

Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964

Post tat-twelid: Luhansk (possibilment f'Kelmentsi, oblast ta' Chernivtsi)

Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” u kien l-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Ikompli jwettaq attivitajiet “governattivi” tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Lugansk” bħala l-Mibgħut Speċjali tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk.

12.7.2014

77.

Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

(Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)

Data tat-twelid 15.12.1950

Post tat-twelid: Vladivostok

Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet tas-sigurtà nazzjonali, kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għadu l-President tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda.

25.7.2014

84.

Fyodor Dmitrievich BEREZIN

(Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН),

Fedir Dmytrovych BEREZIN

(Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН)

Data tat-twelid: 7.2.1960

Post tat-twelid: Donetsk

Kien l-hekk imsejjaħ “viċi ministru għad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Huwa assoċjat ma' Igor Strelkov/Girkin, li hu responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. Il-President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR.

25.7.2014

90.

Boris Alekseevich LITVINOV

(Борис Алексеевич ЛИТВИНОВ)

Borys Oleksiyovych LYTVYNOV

(Борис Олексiйович ЛИТВИНОВ)

Data tat-twelid: 13.1.1954

Post tat-twelid: Dzerzhynsk (oblast ta' Donetsk)

Eks membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Popolari” u eks president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” li kien responsabbli għall-politika u l-organizzazzjoni tar-“referendum” illegali li wassal għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti. Mexxej attwali tal-Partit Komunista tad-DNR.

30.7.2014

97.

Vladimir Petrovich KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”)

(Владимир Петровнч КОНОНОВ)

Volodymyr Petrovych KONONOV

(Володимир Петрович КОНОНОВ)

Data tat-twelid: 14.10.1974

Post tat-twelid: Gorsky, Luhansk Oblast

Mill-14 ta' Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta' ġellieda separatisti f'Donetsk minn April 2014 'l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

103.

Aleksandr Akimovich KARAMAN

(Александр Акимович КАРАМАН),

Alexandru CARAMAN

Data tat-twelid: 26.7.1956

Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta' Slobozia, issa r-Repubblika tal-Moldova

Kien l-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Eks Kap tal-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Sa Marzu 2017, l-hekk imsejjaħ “Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President” tal-hekk imsejħa “Repubblika Pridnestrovjana tal-Moldova” għall-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

108.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

(Владимир Абдуалиевич Васильев)

Data tat-twelid: 11.8.1949

Post tat-twelid: Klin

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

Ġie maħtur aġent kap tar-Repubblika ta' Dagestan f'Otturbu 2017 permezz ta' Digriet Presidenzjali.

12.9.2014

111.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

(Владимир Степанович НИКИТИН)

Data tat-twelid 5.4.1948

Post tat-twelid: Opochka

Eks membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewrasjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

Membru tal-Presidium tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista tal-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

112.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

(Олег Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

Data tat-twelid 21.3.1964

Post tat-twelid: Rudny, reġjun ta' Kostanai, Kazakh SSR

Ex membru tad-Duma tal-Istat u ex l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewrasjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' linji politiċi separatisti.

12.9.2014

119.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

(Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

Data tat-twelid: 8.2.1963

Post tat-twelid: Chisinau

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b'investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea.

Fl-20 ta' Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

Attwalment membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin.

12.9.2014

123.

Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO (magħruf ukoll bħala Yuriy SIVOKONENKO, Yury SIVOKONENKO, Yury SYVOKONENKO)

(Юрий Викторович СИВОКОНЕНКО)

Data tat-twelid: 7.8.1957

Post tat-twelid: Belt ta' Stalino (issa Donetsk)

Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u President tal-assoċjazzjoni pubblika l-Unjoni tal-Veterani tal-Berkut ta' Donbass u membru tal-moviment pubbliku “Free Donbass”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” kienu bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Għadu membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Popolari tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

29.11.2014

125.

Ravil Zakarievich KHALIKOV

(Равиль Закариевич ХАЛИКОВ)

Ravil Zakariyovych KHALIKOV

(Равiль Закарiйович ХАЛIКОВ)

Data tat-twelid: 23.2.1969

Post tat-twelid: Villaġġ ta' Belozere, Romodanovskiy rayon, USSR

Kien l-hekk imsejjaħ l-“Ewwel Viċi Prim Ministru” u l-“Prosekutur Ġenerali” preċedenti tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment huwa “aide” tal-kap tal-fergħa ta' Moska tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (GSU SK).

29.11.2014

126.

Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV

Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV

(Дмитрий Александрович СЕМЕНОВ)

Data tat-twelid: 3.2.1963

Post tat-twelid: Moska

Eks “Viċi Prim Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ ta' strutturi separatisti tal-LNR.

29.11.2014

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV magħruf ukoll bħala TAMBOV)

(Сергей Юрьевич ИГНАТОВ magħruf ukoll bħala КУЗОВЛЕВ magħruf ukoll bħala ТAMБOB).

Data tat-twelid: 7.1.1967

Post tat-twelid: Michurinsk, Tambov oblast

Мичуринск, Тамбовская область

Kien l-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi.

16.2.2015

145.

Olga Igoreva BESEDINA

(Ольга Игорева БЕСЕДИНА)

Olha Ihorivna BESEDINA

(Ольга Iгорiвна БЕСЕДIНА)

Data tat-twelid: 10.12.1976

Post tat-twelid: Luhansk

Kienet l-hekk imsejħa “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment hija l-kap tad-dipartiment tal-ekonomija barranija fl-Uffiċċju tal-kap tal-“Amministrazzjoni ta' Luhansk”.

16.2.2015

146.

Zaur Raufovich ISMAILOV

(Заур Рауфович ИСМАИЛОВ)

Zaur Raufovych ISMAYILOV

(Заур Рауфович IСМАЇЛОВ)

Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

Post tat-twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta' Lugansk

Kien l-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” (sa Ottubru 2017).

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

147.

Anatoly Ivanovich ANTONOV (Анатолий Иванович АНТОНОВ)

Data tat-twelid 15.5.1955

Post tat-twelid: Omsk

Eks Viċi Ministru għad-Difiża u, f'dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità huwa pparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Mit-28 ta' Diċembru 2016, Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Għandu pożizzjoni ta' Ambaxxatur fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa.

16.2.2015

153.

Konstantin Mikhailovich BAKHAREV

(Константин Михайлович БАХАРЕВ)

Data tat-twelid: 20.10.1972

Post tat-twelid: Simferopol SSR tal-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kontroll u r-Regolamentazzjoni.

F'Marzu 2014, Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, u f'Awwissu 2014 bħala l-Ewwel Viċi President ta' dak il-korp. Huwa ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa appoġġa pubblikament, inkluż f'intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-22 ta' Marzu 2016 u s-sit elettroniku c-pravada.ru fit-23 ta' Awwissu 2016. Huwa ġie ppremjat bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea”.

9.11.2016

154.

Dmitry Anatolievich BELIK

(Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)

Data tat-twelid: 17.10.1969

Post tat-twelid: Distrett ta' Kular Ust-Yansky, SSR Awtonomu ta' Yakut

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta' Sevastopol li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kontroll u r-Regolamentazzjoni.

Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta' Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku Popolari” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit elettroniku personali tiegħu u f'intervista ppubblikata fil-21 ta' Frar 2016 fuq is-sit elettroniku nation-news.ru.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta' annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu “Mertu lejn il-Patrija — it-tieni grad”.

9.11.2016

160.

Sergey Anatolevich TOPOR-GILKA

(Топор-Гилка, Сергей Анатольевич)

Direttur Ġenerali ta' OAO “VO TPE” sal-insolvenza tagħha, Direttur Ġenerali ta' OOO “VO TPE”.

Data tat-twelid: 17.2.1970

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' OAO “VO TPE”, huwa mexxa n-negozjati ma' Siemens Gas Turbine Technologies OOO dwar ix-xiri u l-konsenja tat-turbini tal-gass għal impjant tal-elettriku f'Taman, ir-reġjun ta' Krasnodar, Federazzjoni Russa. Aktar tard, bħala Direttur Ġenerali ta' OO ‘VO TPE’, kien responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lejn il-Krimea. Dan jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta' appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

4.8.2017

Entitajiet:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

3.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”

“Луганская народная республика”

“Luganskaya narodnaya respublika”

Sit elettroniku uffiċjali:

https://glava-lnr.su/content/konstituciya

https://glava-lnr.info/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” ġiet stabbilita fis-27 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fit-22 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk ħolqu l-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal-“Armata tax-Xlokk” separatista u gruppi separatisti illegali armati oħrajn, u għaldaqstant tipperikola l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

4.

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”

“Донецкая народная республика”

“Donétskaya naródnaya respúblika”

Informazzjoni uffiċjali, inkluż il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-kompożizzjoni tal-Kunsill Suprem

https://dnr-online.ru/

L-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” ġiet iddikjarata fis-7 ta' April 2014.

Responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referendum illegali fil-11 ta' Mejju 2014. Dikjarazzjoni tal-indipendenza fit-12 ta' Mejju 2014.

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Hija involuta wkoll fir-reklutaġġ tal- gruppi separatisti illegali armati, u għaldaqstant iddgħajjef l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukraina.

25.7.2014

5.

L-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya”

“Федеративное государство Новороссия”

“Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya”

Stqarrijiet uffiċjali għall-istampa:

http://novorossia.su/official

http://novopressa.ru/

http://novorossia-tv.ru/

http://novorossia.today/

http://novorossiia.ru/

https://www.novorosinform.org/

Fl-24 ta' Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki Popolari” ta' Donetsk u Lugansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta' Novorossiya” li mhux rikonoxxut.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

20.

Kumpannija b'ishma konġunti tal-Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”

Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’

Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża statali unitarja tar-“Repubblika tal-Krimea” l-Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”

Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Завод шампанских вин Новый Свет”

Gosudarstvennoye unitarnoye predpriyatiye Respubliki Krym ‘Zavod shampanskykh vin “Novy Svet”’ u bħala Intrapriża statali tal-Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’

Государственное предприятие Завод шампанских вин ‘Новый свет’ (Gosudarstvenoye predpriyatiye Zavod shampanskykh vin ‘Novy Svet’)

298032, Crimea, Sudak, Novy Svet, str. Shalapina 1.

298032, Крым, г. Судак, пгт. Новый Свет, ул. Шаляпина, д.1

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014, il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta d-deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-“Repubblika tal-Krimea”” tas-26 ta' Marzu 2014, Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu għall-intrapriża tal-istat ‘Zavod shampanskykh vin Novy Svet’ f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea””. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-4 ta' Jannar 2015 bħala “Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” tal-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Завод шампанских вин ‘Новый Свет’”). Fundatur: Il-Ministeru għall-Biedja tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство сельского хозяйства Республики Крым).

Irreġistrata mill-ġdid wara r-riorganizzazzjoni fid-29.8.2017 bħala Kumpannija b'ishma konġunti tal-Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet” (Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: il-Ministeru għar-Regolamenti dwar l-Art u l-Proprjetà tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство земельных и имущественных отношений Республики Крым).

25.7.2014

21.

JOINT-STOCK COMPANY ALMAZ-ANTEY AIR AND SPACE DEFENCE CORPORATION

Акционерное общество “Концерн воздушно-космической обороны ‘Алмаз — Антей’”

(magħrufa wkoll bħala CONCERN ALMAZ-ANTEY; ALMAZ-ANTEY CORP; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY DEFENSE CORPORATION; magħrufa wkoll bħala ALMAZ-ANTEY JSC; Концерн ВКО ‘Алмаз — Антей’;)

41 ul.Vereiskaya, Moscow 121471, Russia;

Sit elettroniku: almaz-antey.ru;

Indirizz Elettroniku antey@almaz-antey.ru

Almaz-Antey hija kumpannija Russa proprjetà tal-Istat. Timmanifattura armi kontra l-inġenji tal-ajru inkluż missili mill-art għall-ajru li hija tforni lill-armata Russa. L-awtoritajiet Russi qegħdin ifornu armamenti tqal lis-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna, li kkontribwixxew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Dawn l-armi jintużaw mis-separatisti, inkluż għat-twaqqigħ ta' ajruplani. Għalhekk, bħala kumpannija proprjetà tal-Istat, Almaz-Antey tikkontribwixxi għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

22.

DOBROLET magħrufa wkoll bħala DOBROLYOT

ДОБРОЛЕТ/ДОБРОЛЁТ

Kodiċi tal-linja tal-ajru QD

International Highway, House 31, building 1, 141411 Moscow

141411, r. Москва, Международное ш, дом 31, строение 1

Sit elettroniku: www.dobrolet.com

Dobrolet hija sussidjarja ta' linja tal-ajru proprjetà tal-istat Russu. Sa mill-annessjoni illegali tal-Krimea, Dobrolet ħaddmet titjiriet esklużivament bejn Moska u Simferopol. Għalhekk, hija ffaċilitat l-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea li ġiet annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa u pperikolat is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

30.7.2014

28.

Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)

Луганский экономический союз

 

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk” fit-2 ta' Novembru 2014. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, se jkun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Lugansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jkomplu jiddestabbilizzaw l-Ukrajna.

29.11.2014

29.

Gwardja Nazzjonali Kosakka

Казачья Национальная Гвардия

http://казакнацгвард.рф/

Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jkomplu jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika Popolari ta' Lugansk”

16.2.2015

41.

“Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea ‘Crimean Sea Ports’”

(“Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Крымские морские порты’”), inkluż il-fergħat:

Feodosia Commercial Port,

Kerch Ferry,

Kerch Commercial Port.

28 Kirova Street

Kerch 298312

Krimea

(298312, Крым, гор. Керчь, ул. Кирова, дом 28)

Il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-Riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-Ministeri Ukreni għall-Infrastruttura jew l-Agrikoltura” u r-Riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 tas-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża tal-Istat ‘Crimean Sea Ports’” (“О Государственном предприятии ‘Крымские морские порты’”) li jiddikjaraw l-approprjazzjoni ta' assi li jappartjenu lil diversi intrapriżi tal-Istat li ġew integrati fl-“Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea ‘Crimean Sea Ports’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. B'hekk dawk l-intrapriżi ġew effettivament konfiskati mill-“awtoritajiet” tal-Krimea u “Crimean Sea Ports” ibbenefikat mit-trasferiment illegali tas-sjieda tagħhom.

16.9.2017”