28.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/297

tal-20 ta' Frar 2018

li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat Militari”) għandu jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari mlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża. Skont l-Artikolu 3(2) ta' dik id-Deċiżjoni, iż-żmien tal-kariga tal-President tal-Kumitat Militari huwa ta' tliet snin, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

(2)

Fil-15 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill ħatar lill-Ġeneral Mikhail KOSTARAKOS bħala President tal-Kumitat Militari (“CEUMC”) għal perijodu ta' tliet snin mis-6 ta' Novembru 2015 (2).

(3)

Fil-laqgħa tiegħu tas-6 u s-7 ta' Novembru 2017, il-Kumitat Militari mlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Claudio GRAZIANO jinħatar President tal-Kumitat Militari, eċċezzjonalment, għal perijodu ta' tliet snin u nofs.

(4)

Il-Kumitat Militari rrakkomanda li l-mandat tal-Ġeneral Claudio GRAZIANO jiġi estiż eċċezzjonalment lil hinn minn tliet snin sabiex is-sostituzzjoni tas-CEUMC titressaq permanentement għal perijodu aktar opportun tas-sena,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Claudio GRAZIANO huwa b'dan maħtur President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' tliet snin u nofs mis-6 ta' Novembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

V. GORANOV


(1)   ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/920/PESK tal-15 ta' Diċembru 2014 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 149).