20.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2018

li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

(2018/C 64/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Lussemburgiż,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2) u tal-14 ta’ Settembru 2015 (3), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.

(2)

Post ta’ membru fuq il-Bord Governattiv taċ-Ċentru huwa disponibbli għal-Lussemburgu fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sur Antonio DE CAROLIS.

(3)

Jenħtieġ li l-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:

LUSSEMBURGU

Is-Sur Jean-Marie WIRTGEN

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.

(3)  ĠU C 305, 16.9.2015, p. 2.