30.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/141

tad-29 ta' Jannar 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1).

(2)

Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2018. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2019. Jenħtieġ li tiġi emendata l-entrata ta' persuna waħda.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2019. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

(2)

l-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


ANNESS

L-entrata għall-persuna li ġejja li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

“5

Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI

Tuneżin, twieled f'Tuneż fit-2 ta' Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur tal-NIC Nru 04682068

Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi Tuneżini minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika, l-ex President Ben Ali, bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u għal kompliċità fir-reat ta' riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta' fondi pubbliċi li kien jaf li ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta' membri tal-familja tiegħu.”