|
25.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Jannar 2018
li taħtar erba’ membri u ħames membri supplenti għall-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(2018/C 27/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 jipprevedi li l-Kunsill jaħtar ħames membri u s-supplenti tagħhom fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“il-Bord Amministrattiv”). |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009, membru tal-Bord Amministrattiv ma jistax ikun membru tal-Bord tar-Regolaturi u l-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u objettiv fl-interess pubbliku. |
|
(3) |
Bid-Deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar tliet membri u tliet membri supplenti fil-Bord Amministrattiv għal sitt snin, u żewġ membri u żewġ membri supplenti għal erba’ snin mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Bid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2013 (3), il-Kunsill ħatar żewġ membri u tliet membri supplenti fil-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2014. Bid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Jannar 2016 (4), il-Kunsill ħatar tliet membri u żewġ membri supplenti fil-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2016. Barra minn hekk, il-Kunsill ħatar membru supplenti fil-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ sentejn mit-28 ta’ Jannar 2016. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-iskadenza tal-mandati ta’ erba’ snin ta’ żewġ membri u żewġ membri supplenti, l-iskadenza tal-mandat ta’ sentejn ta’ membru supplenti kif ukoll ir-riżenja ta’ membru supplenti mill-mandat tiegħu ta’ erba’ snin, jenħtieġ li jinħatru tliet membri u tliet membri supplenti biex jissostitwixxuhom. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li kandidat li bħalissa jaġixxi fuq mandat bħala membru supplenti għandu jinħatar bħala membru għal perijodu ta’ erba’ snin, jenħtieġ li jinħatar membru supplenti ieħor biex iwettaq dak il-mandat għall-bqija tat-terminu. |
|
(5) |
Barra minn hekk, minħabba r-riżenja tas-Sur Georgios SHAMMAS minn Ċipru u s-Sur Martin HANSEN mid-Danimarka mill-mandati tagħhom ta’ erba’ snin bħala membru u membru supplenti rispettivament, f’konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula minn Ċipru u d-Danimarka fil-Coreper fit-2 ta’ Diċembru 2015, jenħtieġ li s-Sur Martin HANSEN jinħatar bħala membru tal-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ sentejn mit-28 ta’ Jannar 2018 u li s-Sur Georgios SHAMMAS jinħatar bħala membru supplenti tal-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ sentejn mit-28 ta’ Jannar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri għall-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2018:
|
— |
Is-Sur Jochen PENKER, Awstrija |
|
— |
Is-Sur Jurijs SPIRIDONOVS, Latvja |
Artikolu 2
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri għall-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ sentejn mit-28 ta’ Jannar 2018:
|
— |
Is-Sur Michel THIOLLIÈRE, Franza |
|
— |
Is-Sur Martin HANSEN, Danimarka |
Artikolu 3
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri supplenti għall-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ erba’ snin mit-28 ta’ Jannar 2018:
|
— |
Is-Sur Pál KOVÁCS, Ungerija |
|
— |
Is-Sur Paweł PIKUS, Polonja |
|
— |
Is-Sur Diego VÁZQUEZ TEIJEIRA, Spanja |
Artikolu 4
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru bħala membri supplenti għall-Bord Amministrattiv għal perijodu ta’ sentejn mit-28 ta’ Jannar 2018:
|
— |
Is-Sur Ľubomír KUCHTA, Slovakkja |
|
— |
Is-Sur Georgios SHAMMAS, Ċipru |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2009 li taħtar ħames membri u ħames membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU C 21, 28.1.2010, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2013 li taħtar żewġ membri u tliet membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU C 337, 19.11.2013, p. 8).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2016 li taħtar tliet membri u tliet membri supplenti tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU C 19, 20.1.2016, p. 6).