|
31.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/119
tat-18 ta' Settembru 2017
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47702 (2017/C) (ex 2017/N) — Ir-Renju Unit
Pakkett alternattiv li jissostitwixxi l-impenn għar-Royal Bank of Scotland li jċedi n-negozju Rainbow
(notifikata bid-dokument C(2017) 6184)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija aktar 'il fuq (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
B'deċiżjonijiet tal-14 ta' Diċembru 2009 (2) (“Deċiżjoni ta' Ristrutturar”), il-Kummissjoni ddikjarat għadd ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat (3) konċessi lir-Royal Bank of Scotland (“RBS”) bħala kompatibbli mas-suq intern. Il-konklużjoni ntlaħqet abbażi tal-pjan ta' ristrutturar (“Pjan ta' Ristrutturar”) u tal-impenji (“Impenji”) maħruġa mill-Gvern tar-Renju Unit (“l-awtoritajiet tar-Renju Unit”). |
|
(2) |
Permezz ta' deċiżjoni tad-9 ta' April 2014 (4) (“Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata”), il-Kummissjoni ddikjarat li l-lista emendata notifikata tal-impenji (5) (“Impenji Emendati”) ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-Impenji Emendati wkoll ma jaffettwawx il-konklużjoni milħuqa fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, li l-għajnuna mill-Istat ipprovduta lir-RBS hija kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
(3) |
Minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata, is-servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet tar-Renju Unit u r-RBS (direttament jew permezz tal-Fiduċjarju ta' Monitoraġġ maħtur skont id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar) kellhom skambji frekwenti, f'għamla ta' laqgħat, sejħiet ta' konferenza u skambju ta' ittri elettroniċi u dokumenti. |
|
(4) |
Fis-17 ta' Frar 2017, Her Majesty's Treasury (“HMT”) ħabbar pubblikament li kien beħsiebu jitlob emenda formali biex jiġi ssostitwit l-impenn li jċedi n-negozju Rainbow (6) b'pakkett ta' miżuri li jkollhom l-għan li tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq bankarju SME u ta' daqs medju (7) (“suq bankarju SME u ta' daqs medju”). |
|
(5) |
Permezz ta' ittra tat-2 ta' Marzu 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni t-talba formali biex jiġi ssostitwit l-impenn li jċedi 'l hekk imsejjaħ negozju Rainbow, kif identifikat fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar (8) u sussegwentement emendat fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata (9). |
|
(6) |
Permezz ta' ittra tal-4 ta' April 2017 (“Deċiżjoni ta' Ftuħ”), il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet tar-Renju Unit li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward ta' din it-talba. |
|
(7) |
Fil-5 ta' Mejju 2017, id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (10). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jippreżentaw il-kummenti tagħhom. |
|
(8) |
Fit-8 ta' Mejju 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit issottomettew ir-risposta tagħhom għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(9) |
Tul Mejju u Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn partijiet interessati. Saru laqgħat ma' xi partijiet interessati biex jiġu kkjarifikati l-kummenti rċevuti. Il-Kummissjoni pprovdiet lill-awtoritajiet tar-Renju Unit il-kummenti rċevuti mill-partijiet interessati. |
|
(10) |
Fit-22 ta' Ġunju 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit issottomettew ir-riposta tagħhom għall-kummenti rċevuti mill-partijiet interessati u għall-kummenti rċevuti fil-qafas tal-eżerċizzju ta' ttestjar tas-suq tal-awtoritajiet tar-Renju Unit infushom (11). |
|
(11) |
Permezz ta' ittra tat-28 ta' Lulju 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit bagħtu notifika aġġornata lill-Kummissjoni li tirrifletti aġġornament rigward il-pakkett alternattiv propost fin-notifika oriġinali tat-2 ta' Marzu 2017. |
2. OSSERVAZZJONI ADDIZZJONALI
|
(12) |
Billi fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika li beħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar l-irtirar jew, jekk dan ma jsirx, wara sentejn min-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dan il-perjodu. Minħabba f'hekk, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-ftehim dwar l-irtirar, din id-Deċiżjoni tapplika biss sakemm ir-Renju Unit jibqa' Stat Membru. |
3. DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-MIŻURA/GĦAJNUNA
3.1. IR-RBS U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA' RISTRUTTURAR U L-PJAN TA' RISTRUTTURAR EMENDAT
3.1.1. Ir-RBS
|
(13) |
Ibbażat f'Edinburgh, ir-RBS (12) huwa wieħed mill-ikbar gruppi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji fl-Ewropa u jipprovdi servizzi lil klijenti privati, korporattivi u istituzzjonali. Fl-aħħar tal-2016, kellu karta tal-bilanċ b'total ta' GBP 799 biljun (13) u total ta' assi bil-piż differenzjat skont ir-riskju (“RWA”) (14) ta' GBP 228 biljun. |
|
(14) |
Deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat favur ir-RBS tista' tinstab fil-premessi 31 sa 54 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar. Id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata (15) indikat li l-unika miżura ta' għajnuna għall-kapital li kienet għadha ma ttemmitx jew għadha ma tħallsitx lura fl-2013 kienet ir-rikapitalizzazzjoni ta' GBP 45,5 biljun f'azzjonijiet ordinarji u pprivileġġjati (16), li magħha kien relatat is-sehem ta' aċċess għad-dividend (“DAS”) miżmum mill-Istat. Id-DAS inħoloq biex jiġu pprovduti drittijiet imsaħħa għad-dividendi lill-awtoritajiet tar-Renju Unit. |
|
(15) |
F'Awwissu 2015, l-awtoritajiet tar-Renju Unit biegħu 5,4 % tal-bank (17), u dan kien l-ewwel bejgħ tal-ishma li l-Gvern kellu fil-grupp tar-RBS. L-ishma pprivileġġjati kollha nbidlu f'ishma ordinarji f'Ottubru tal-2015 (18). Rigward id-DAS, ir-RBS ħallas lill-awtoritajiet tar-Renju Unit dividend finali f'Marzu 2016, u sussegwentement id-DAS ġie rtirat (19). B'konsegwenza ta' dawn l-azzjonijiet, l-awtoritajiet tar-Renju Unit bħalissa jżommu 8,4 biljun sehem ordinarju fir-RBS, li jirrappreżentaw 71,2 % tal-kapital azzjonarju ordinarju tal-kumpanija (20). |
3.1.2. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-IMPENJI U TAL-IMPENJI EMENDATI
|
(16) |
L-implimentazzjoni tal-impenji ta' ċessjoni u ta' mġiba li wasslet għad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata hija deskritta b'mod iddettaljat fil-premessi 12 sa 22 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata. |
|
(17) |
L-implimentazzjoni tal-impenji inklużi fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata hija deskritta fil-qosor fil-premessi 15 u 16 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Ir-RBS ikkompleta dawn iċ-ċessjonijiet qabel l-iskadenzi miftiehma, bl-eċċezzjoni tal-impenn relatat maċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. |
3.2. L-IMPENN LI JĊEDI N-NEGOZJU RAINBOW
|
(18) |
L-Impenji u l-Impenji Emendati inkludew iċ-ċessjoni ta' diversi negozji, inklużi tan-negozju bl-imnut u mal-SMEs tar-RBS relatat mal-fergħat fl-Ingilterra u f'Wales, u tan-negozju bl-imnut u mal-SMEs tan-NatWest relatat mal-fergħat fl-Iskozja, flimkien man-negozju dirett mal-SMEs u ċerti klijenti korporattivi ta' daqs medju (imsejjaħ in-“negozju Rainbow”). L-iskadenza inkluża fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar kienet il-31 ta' Diċembru 2013, u fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata, l-iskadenza ġiet estiża għall-31 ta' Diċembru 2017. |
|
(19) |
Fil-valutazzjoni tagħha tal-kompatibilità tal-għajnuna lir-RBS fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, il-Kummissjoni nnutat li l-impenn li jċedi n-negozju Rainbow ikkontribwixxa biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni maħluqa mill-għajnuna fis-suq bankarju SME u ta' daqs medju fir-Renju Unit. |
|
(20) |
Deskrizzjoni ddettaljata tal-proċess segwit mir-RBS u l-awtoritajiet tar-Renju Unit biex iċedu n-negozju Rainbow u tad-diffikultajiet relatati li ħabbtu wiċċhom magħhom qed tingħata fil-premessi minn 19 sa 25 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(21) |
B'ittra datata t-2 ta' Marzu 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni t-talba li l-impenn li jċedu n-negozju Rainbow jiġi ssostitwit b'pakkett alternattiv ta' impenji. Permezz ta' ittra tat-28 ta' Lulju 2017, l-awtoritajiet tar-Renju Unit bagħtu notifika emendata lill-Kummissjoni li tirrifletti aġġornament rigward il-pakkett alternattiv propost fin-notifika oriġinali. |
3.3. IL-PAKKETT ALTERNATTIV AĠĠORNAT LI ĠIE PROPOST MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT
|
(22) |
Skont l-awtoritajiet tar-Renju Unit, l-għan tal-pakkett alternattiv propost huwa li, minħabba d-diffikultajiet biex iċedu n-negozju Rainbow (21), tinstab alternattiva mill-inqas ekwivalenti rigward l-ambitu u l-impatt għall-impenn oriġinali li iċedu n-negozju Rainbow u li wkoll: (i) ikollha impatt aktar malajr u b'hekk ittaffi b'mod aktar effikaċi kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni; (ii) tieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi attwali tas-suq u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-entitajiet sfidanti (“entitajiet sfidanti”) (22) u ta' parteċipanti potenzjali oħra fis-suq bankarju SME u ta' daqs medju fir-Renju Unit; u (iii) ma tqegħidx f'riskju l-vijabbiltà tar-RBS. |
|
(23) |
Il-pakkett alternattiv aġġornat jinkludi firxa ta' rimedji ta' mġiba u jikkonsisti minn żewġ elementi
|
|
(24) |
Jiġi stabbilit korp indipendenti (“il-Korp”) għall-ġestjoni u l-kontroll tal-Fond ta' Kapaċità u l-Iskema ta' Qlib Inċentivat (23). |
|
(25) |
Il-pakkett alternattiv aġġornat ikun iffinanzjat mir-RBS. L-awtoritajiet tar-Renju Unit jistmaw li l-ispiża totali tal-pakkett għar-RBS se tkun ta' madwar GBP [0,5-1,5] biljun jekk wieħed jikkunsidra l-kost kapitali bil-quddiem u tnaqqis kontinwu fil-qligħ tar-RBS (24). |
3.3.1. IL-FOND TA' KAPAĊITÀ U TA' INNOVAZZJONI (“MIŻURA A”)
|
(26) |
Il-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni jkollu daqs ta' GBP 425 miljun, imqassam lill-entitajiet eliġibbli (i) għall-iżvilupp tal-kapaċità biex jikkompetu mar-RBS fil-forniment ta' servizzi bankarji lil SMEs; u/jew(ii) għall-iżvilupp u t-titjib tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji disponibbli lill-SMEs. Il-proġetti ta' investiment li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ħtieġa ta' appoġġ biex jidħlu fil-mira l-Għanijiet Permessi (25). |
|
(27) |
Il-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni jkun maqsum f'erba' pools, u l-fondi jkunu jsiru disponibbli kif deskritt fit-Tabella 1: Tabella 1 Għotjiet disponibbli għall-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni
L-ikbar żborżi mill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni jkunu mmirati għal entitajiet b'kapaċità BCA eżistenti b'saħħitha. It-tliet l-ikbar għotjiet se jsiru disponibbli għal entitajiet b'tali kapaċità, għat-tisħiħ tal-abbiltà tagħhom li jikkompetu mar-RBS fil-forniment ta' servizzi bankarji u prodotti finanzjari għall-SMEs. Il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-pools differenti huma deskritti fil-premessi 28 sa 31. |
|
(28) |
Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-Pool A: Dan il-pool ikun miftuħ għal kull entità li taċċetta d-depożiti:
|
|
(29) |
Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-Pool B: Kienu se japplikaw l-istess kriterji ta' eliġibbiltà kif deskritti fil-premessa 28 rigward il-Pool A, barra l-fatt li mhux meħtieġ li l-entità jkollha offerta BCA attwali (għalkemm jentħieġ mill-inqas li tkun esprimiet pubblikament l-intenzjoni tagħha li tniedi waħda). |
|
(30) |
Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-Pool C: Dan il-pool ikun miftuħ għall-entitajiet tal-Pool A u tal-Pool B u kwalunkwe entità oħra:
|
|
(31) |
Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-Pool D: Dan il-pool ikun miftuħ għal kull entità:
|
|
(32) |
Il-Korp ikun jimmanniġġa u jikkontrolla l-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni. Il-Korp huwa ddisinjat bħala indipendenti kemm mir-RBS kif ukoll mill-awtoritajiet tar-Renju Unit u se jkollu s-setgħat meħtieġa biex jaqdi l-kompitu tiegħu li jamministra l-applikazzjonijiet lill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni jew jagħmel arranġamenti għall-amministrazzjoni tagħhom u għall-monitoraġġ tal-użu li jkun qed isir mill-fondi. Se jkun hemm erba' gruppi ta' salvagwardji rigward l-użu tal-fondi mill-entitajiet riċevituri li jiġu applikati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-fond: (i) salvagwardji ta' qabel l-iżborż, (ii) rappurtar u monitoraġġ permanenti mill-Korp, (iii) id-dritt tal-awditjar tal-Korp u (iv) id-dritt tal-Korp li jirkupra fondi. |
|
(33) |
L-ewwel grupp ta' salvagwardji japplika qabel l-iżborż. L-applikanti se jkunu mitluba jissottomettu lill-Korp pjan ta' direzzjoni tan-negozju li jispjega, b'livell raġjonevoli ta' dettall, kif l-applikant jipproponi li se juża kwalunkwe fond mogħti lilu. Imbagħad, il-Korp irid jikkunsidra kull element tal-pjan skont għadd ta' fatturi determinati minn qabel u rigward jekk il-pjan huwiex konsistenti mal-Għanijiet Permessi (27). |
|
(34) |
It-tieni grupp ta' salvagwardji jikkonsisti fir-rappurtar u l-monitoraġġ permanenti mill-Korp: ir-riċevituri sejrin jirrappurtaw lill-Korp fuq bażi ta' kull tliet xhur għal 18-il xahar (il-korp se joħroġ ir-rapport annwali tiegħu stess dwar l-amministrazzjoni tal-fond min-naħa tiegħu). Ir-rapport fih dettalji rigward l-użu tal-fondi rċevuti, inkluż l-ammont totali minfuq tul l-aħħar tliet xhur. Fil-każ tal-entitajiet tal-Pool A, tal-Pool B u tal-Pool C, ir-rapport se jinkludi:
|
|
(35) |
It-tielet grupp ta' salvagwardji jikkonsisti fid-dritt tal-awditjar tal-Korp: il-Korp ikollu l-kapaċità kuntrattwali li jaħtar “persuna kompetenti” (28) biex tinvestiga u tawditja l-użu tal-fondi mir-riċevituri f'ċirkostanzi fejn il-Korp ikollu dubji li r-riċevitur kien qed juża b'mod adegwat u bis-sħiħ il-fondi rċevuti fil-qafas tal-Miżura A. |
|
(36) |
Ir-raba' grupp ta' salvagwardji jikkonsisti fid-dritt tal-Korp li jirkupra fondi: jekk il-Korp iqis (wara awditu jew mod ieħor) li seħħ ksur materjali tal-ftehim ta' bejn il-Korp u r-reċipjent, dak tal-ewwel jista' jitlob l-irkupru tal-fondi diġà mqassma lil dan tal-aħħar. Dan jinkludi kull nuqqas li l-ammont tal-fondi jintuża għal Għanijiet Permessi jew kwalunkwe użu tiegħu għal għanijiet ipprojbiti (29): F'dawn il-każijiet, il-Korp jista' jobbliga lir-riċevitur jirrimedja l-ksur jew jitlob il-ħlas lura (sħiħ jew parzjali) tal-ammont tal-fondi. |
|
(37) |
Id-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw l-użu tal-fondi tal-Pool A, tal-Pool B u tal-Pool C għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jistipulaw li:
|
|
(38) |
Id-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw l-użu tal-fondi tal-Pool D għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jistipulaw li:
|
|
(39) |
Il-finanzjament għall-entitajiet tal-Pools A, B u C ikun organizzat f'tali fażijiet li kwalunke entità li ma tirbaħx applikazzjoni għall-Pool A tkun eliġibbli biex tapplika għal finanzjament mill-Pool B, filwaqt li kwalunke entità li ma tirbaħx applikazzjoni għall-Pool B tkun eliġibbli biex tapplika għal finanzjament mill-Pool C. Il-proċess ta' finanzjament għall-Pool D ikun għaddej fl-istess ħin bħall-proċess ta' finanzjament organizzat f'fażijiet għall-Pools A, B u C. |
|
(40) |
Il-Korp se jikkummerċjalizza l-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni lill-entitajiet tal-Pools A u D malajr daqskemm ikun raġjonevolment prattikabbli wara l-istabbiliment tiegħu u wara li jiġi ffirmat l-Att ta' Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat (31). Il-kummerċjalizzazzjoni lill-entitajiet tal-Pools B u C se ssegwi 3 u 6 xhur (rispettivament) wara l-kummerċjalizzazzjoni tal-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni lill-entitajiet tal-Pool A. |
|
(41) |
Il-perjodu ta' applikazzjoni għall-fondi tal-Pool A se jiskadi fi żmien xahrejn (2) wara li l-Korp jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-fond, filwaqt li l-perjodu ta' applikazzjoni tal-Pool B se jiskadi fi żmien 5 xhur wara din id-data, u l-perjodu ta' applikazzjoni tal-Pool C se jiskadi fi żmien 8 xhur wara din id-data. Il-perjodu ta' applikazzjoni għall-Pool D se jkun għaddej fl-istess ħin bħall-perjodu ta' applikazzjoni għall-fondi tal-Pools A–C u se jiskadi wara massimu ta' 6 xhur wara li l-Korp jibda l-kummerċjalizzazzjoni tal-fond. |
|
(42) |
Il-fond huwa maħsub biex jiskadi wara tmiem l-Iskema ta' Qlib Inċentivat (għalkemm jista' jiġi estiż abbażi ta' kriterji ddeterminati minn qabel skont l-ammont ta' fondi mhux imqassma li jkun fadal). Id-drittijiet u l-obbligi tal-Korp rigward ir-rappurtar f'kull każ ikunu jkomplu għal tliet xhur wara li jintemm l-aħħar ftehim bejn il-Korp u kwalunkwe riċevitur li jkun jipparteċipa fil-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni. |
|
(43) |
L-ispiża tal-Miżura A għar-RBS tinkludi l-kost kapitali bil-quddiem ta' GBP 425 miljun u l-ispejjeż operattivi tal-Korp (32), li għalihom se jħallas ir-RBS. |
3.3.2. L-ISKEMA TA' QLIB INĊENTIVAT (“MIŻURA B”)
|
(44) |
L-entitajiet eliġibbli biex jipparteċipaw fl-Iskema ta' Qlib Inċentivat (“Entitajiet Eliġibbli”) huma dawk li jaċċettaw depożiti u jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
|
(45) |
L-Iskema ta' Qlib Inċentivat iffinanzjata mir-RBS tkun tipprovdi fondi lill-Korp biex jitqassmu lill-Entitajiet Eliġibbli billi huma jittrasferixxu klijenti b'suċċess. B'hekk l-Entitajiet Eliġibbli jingħataw il-possibbiltà li joffru inċentivi lill-klijenti tas-servizzi bankarji għall-SMEs tar-RBS li jinkoraġġuhom jaqilbu l-BCA, il-kont ta' depożitu u s-self tagħhom lejn l-Entitajiet Eliġibbli. Dan ikun isir f'għamla ta' impenn mir-RBS li:
|
|
(46) |
Id-doti BCA u ta' self se jagħtu l-possibbiltà lill-Entitajiet Eliġibbli jiffinanzjaw offerti bi prezzijiet attraenti jew inċentivi oħrajn lill-klijenti tar-RBS fil-perimetru ta' Williams & Glyn (“W&G”) (34) u jattiraw l-interess ta' dawk il-klijenti biex jaqilbu. |
|
(47) |
Id-doti BCA mħallsa lill-entitajiet riċevituri jkunu organizzati f'saffi karatterizzati minn żieda kbira fl-ammonti biex b'hekk huma jkollhom riżorsi suffiċjenti biex jipprovdu inċentivi konvinċenti lill-klijenti li jkunu kemm SMEs żgħar kif ukoll SMEs ta' daqs ikbar biex jaqilbu għalihom. L-ammonti ta' dota BCA proposti biex jingħataw fil-bidu tal-iskema jintwerew fit-tabella ta' hawn taħt. Tabella 2 Ammonti proposti ta' dota BCA inizjali mill-Iskema ta' Qlib Inċentivat
|
|
(48) |
Id-doti ta' self se jagħtu l-possibbiltà lill-Entitajiet Eliġibbli li jnaqqsu r-rati tal-imgħax imposti fuq is-self lill-klijenti u b'hekk se jagħmlu l-offerti tagħhom aktar kompetittivi filwaqt li jisseddaq introjtu mill-kapital adegwat. Fil-każijiet fejn klijent jaqleb il-BCA primarju tiegħu u prodott ta' self mir-RBS, il-Korp se jħallas lill-entità riċevitriċi dota addizzjonali ta' 2,5 % tal-bilanċ tas-self meħud li jiġi ttrasferit. |
|
(49) |
Ir-RBS ikun qed jimmira għall-klijenti tiegħu fi ħdan il-perimetru W&G (li jinkludi madwar 200 000 klijent tas-servizzi bankarji għall-SMEs), li se titwasslilhom informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-qlib u l-entitajiet sfidanti alternattivi potenzjali li huma forsi jkunu jixtiequ jikkunsidraw. |
|
(50) |
Ir-RBS se jibda jikkomunika l-Iskema ta' Qlib Inċentivat lill-klijenti madwar tliet xhur wara t-tnedija tal-pakkett, u d-doti jsiru disponibbli sa mit-tieni (2) trimestru tal-2018 (madwar tliet xhur wara li r-RBS jibda jikkomunika lill-klijenti tiegħu). Il-proċess tat-tqassim tad-doti għall-Iskema ta' Qlib Inċentivat jiġi rripetut kull tliet xhur sakemm id-doti jkunu disponibbli. Id-doti jieqfu malli jkun tħallas massimu ta' GBP 225 miljun għad-doti BCA jew, fil-każ li dan ma jkunx seħħ aktar kmieni, 18-il xahar wara l-komunikazzjoni tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat mir-RBS (suġġett għal estensjoni bi 12-il xahar, ara l-premessa 51(d)). |
|
(51) |
Il-Korp ikun responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat, b'żieda mal-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni, u jkun qed jimmonitorja l-imġiba tar-RBS lejn il-klijenti u l-interazzjoni tiegħu magħhom fuq bażi permanenti. Dan ikun jinkludi l-possibbiltà li, suġġett għal-liġijiet applikabbli u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, il-Korp:
|
|
(52) |
Sabiex jiġi żgurat li r-RBS ikollu l-inċentivi adegwati għall-implimentazzjoni effettiva tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat, fil-każ li inqas minn […] klijent ikunu qalbu u jkun hemm nuqqas ta' nefqa għad-doti sal-aħħar tal-perjodu ta' […] xahar (jew, fil-każ li l-Korp jiddeċiedi li jestendi l-perjodu rilevanti, id-data li fiha jiskadi l-perjodu estiż), ir-RBS ikun obbligat jittrasferixxi ammont multiplu addizzjonali ddefinit minn qabel (il-“Multiplikatur”) ta' dan in-nuqqas ta' nefqa lill-Korp, suġġett għal massimu ta' GBP 50 miljun. |
|
(53) |
Il-Multiplikatur ġie ddefinit bħala […] tan-nuqqas ta' nefqa. Din il-penali hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(54) |
[…] |
|
(55) |
F'każ fejn it-total tal-ammont mhux minfuq kollu u l-multiplikatur (flimkien ma' kwalunkwe ammonti rkuprati u ammonti mhux imqassma mill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni) ikun jammonta għal inqas minn GBP 5 miljun, il-Korp se jqassam il-fondi lil xi organizzazzjonijiet karitattivi. |
|
(56) |
Ir-RBS se jagħti l-kunsens tiegħu għal arranġamenti ta' non-solleċitazzjoni fil-qafas tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat, li se jipprojbixxu lir-RBS u lill-membri tal-grupp tiegħu li (i) jieħdu ċerti azzjonjiet li jista' jkollhom effett negattiv fuq l-Iskema ta' Qlib Inċentivat; u (ii) li jissolleċitaw, iħeġġu jew jinkoraġixxu lil Klijenti Eliġibbli (jew klijenti li jkunu qalbu għal Entità Eliġibbli għall-Qlib Inċentivat) biex jibqgħu klijenti tal-grupp rigward kwalunkwe BCA jew prodott rilevanti ta' self, jew li jittrasferixxu kwalunkwe BCA jew prodott rilevanti ta' self minn Entitajiet Eliġibbli għall-Qlib Inċentivat lejn kwalunkwe membru tal-grupp tul ċerti perjodi ta' żmien definiti. |
|
(57) |
Bil-għan li jappoġġja s-suċċess tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat, ir-RBS se joffri lill-entitajiet li jkunu qed jipparteċipaw fl-Iskema ta' Qlib Inċentivat l-għażla li jidħlu f'Kuntratt ta' Aġenzija Interbankarju li jħalli l-għażla lill-klijenti li jiġbdu lejhom fil-qafas tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat li jibqgħu jużaw servizzi ta' flus kontanti u ta' pproċessar ta' ċekkijiet fil-fergħat tar-RBS (l-“Iskema ta' Aċċess għall-Fergħat”). Dan l-aċċess għall-fergħat se jkun disponibbli għall-Klijenti Eliġibbli għal minimu ta' tliet snin mit-tnedija tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat b'kundizzjonijiet kummerċjali raġjonevoli u mhux diskriminatorji, bi spejjeż tal-entità kkonċernata. |
|
(58) |
Il-kost kapitali bil-quddiem tal-Miżura B huwa ta' GBP 350 miljun, li magħhom iridu jiżdiedu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni għar-RBS u t-telf permanenti ta' qligħ futur mir-RBS (37). |
4. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI U L-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT
4.1. KUMMENTI ĠENERALI DWAR IL-PAKKETT ALTERNATTIV
|
(59) |
Id-Deċiżjoni ta' Ftuħ tat l-opportunità lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fuq il-proposta tal-awtoritajiet tar-Renju Unit. Waslu għadd kbir ta' kummenti tul il-perjodu ta' konsultazzjoni. Il-kummenti rċevuti kienu dwar il-pakkett alternattiv inizjali kif deskritt fil-premessi minn 28 sa 68 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ (“Pakkett Alternattiv Inizjali”). B'reazzjoni għall-kummenti mill-partijiet interessati u l-istudju tas-suq tagħhom stess (38), l-awtoritajiet tar-Renju Unit aġġornaw il-pakkett alternattiv, kif deskritt fit-Taqsima 2.3. |
|
(60) |
Minħabba l-għadd kbir ta' kummenti (39), il-kummenti ewlenin li ġew kondiviżi bejn diversi partijiet interessati sabiex jgħinu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-pakkett alternattiv maċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow huma deskritti fil-qosor f'din it-taqsima. |
4.1.1. KUMMENTI ĠENERALI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR IL-PAKKETT ALTERNATTIV
|
(61) |
Il-maġġoranza tal-kummenti rċevuti jindikaw li l-Pakkett Alternattiv Inizjali għandu għadd ta' karatteristiċi li jkunu jistgħu jsaħħu l-kompetizzjoni fis-swieq tal-SMEs tar-Renju Unit. Xi wħud jindikaw li l-pakkett alternattiv ikollu impatt aktar rapidu fuq il-kompetizzjoni b'inqas riskju ta' eżekuzzjoni u jkun kapaċi jsaħħaħ mhux biss Entità Sfidanti waħda (bħalma hu l-każ taċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow). |
|
(62) |
Xi partijiet interessati jissuġġerixxu dwar li-Pakkett Alternattiv Inizjali fl-intier tiegħu li
|
4.1.2. KUMMENTI ĠENERALI MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT FUQ IL-PAKKETT ALTERNATTIV U FUQ IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(63) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu li l-pakkett alternattiv huwa mill-inqas ekwivalenti għaċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow f'termini tal-impatt tiegħu fuq il-limitazzjoni ta' distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, u jista' jiġi implimentat b'aktar ċertezza u b'mod aktar rapidu minn ċessjoni. |
|
(64) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu li l-pakkett alternattiv fl-intier tiegħu hu ddisinjat bil-għan li joħloq kapaċità fis-suq biex jiġu promossi livelli permanentement ogħla ta' qlib madwar is-suq kollu fis-swieq tal-SMEs u tal-klijenti korporattivi ta' daqs medju. Billi huwa l-ikbar attur, il-piż ta' dan se jaffettwa l-aktar lir-RBS. Minkejja li huwa inqas kwantifikabbli mill-benefiċċji tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat, il-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni se jsaħħaħ l-offerti ta' servizzi bankarji lill-SMEs ta' ħafna banek u b'hekk iwassal għal għażla ikbar fis-suq billi joħloq diversità ta' mudelli ta' negozju u jmexxi 'l quddiem il-qlib. Se jaċċellera wkoll l-iżvilupp ta' negozji ġodda u ta' teknoloġiji ġodda li jista' jkun li jdgħajfu d-dipendenza tal-SMEs fuq il-banek tagħhom. |
|
(65) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit jissottomettu li l-pakkett alternattiv ġie ddisinjat biex jissodisfa l-istess għanijiet bħaċ-ċessjoni oriġinali tan-negozju Rainbow:
|
|
(66) |
Rigward l-impatt tal-pakkett alternattiv fuq il-qasam tan-negozji ta' daqs medju, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu wkoll li:
|
|
(67) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu l-vantaġġi addizzjonali tal-pakkett alternattiv meta mqabbel maċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow.
|
|
(68) |
Rigward il-kummenti minn partijiet interessati, l-awtoritajiet tar-Renju Unit jgħidu li
|
4.2. KUMMENTI DWAR IL-FOND TA' KAPAĊITÀ TAL-SME
4.2.1. KUMMENTI DWAR IL-FOND TA' KAPAĊITÀ TAL-SME MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(69) |
F'għadd ta' kummenti mill-partijiet interessati ssemma li jkun tajjeb li jitkabbar id-daqs tal-Fond ta' Kapaċità tal-SME peress li b'hekk kieku jinħoloq impatt ikbar fuq il-kompetizzjoni fis-suq bankarju tal-SMEs. |
|
(70) |
Kummenti oħrajn mill-partijiet interessati semmew li l-frammentazzjoni tal-fondi bejn għadd kbir ta' banek, b'tali mod li l-ebda wieħed ma jkun jista' jwettaq investiment sinifikantii, mhux se jkollha effett materjali fuq il-kompetizzjoni jew il-konċentrazzjoni. Flok li jkun hemm żborżi indaqs fi ħdan il-pools rispettivi, ikun tajjeb li d-daqs tal-iżborżi jvarja biex ikunu jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ħtiġijiet u l-pjanijiet ta' investiment reali tal-applikant li jkun. |
|
(71) |
Għadd ta' partijiet ippreżentaw ukoll li jkun tajjeb li l-Fond ta' Kapaċità tal-SME jinfetaħ aktar lejn dawk l-istituzzjonijiet mingħajr kapaċità BCA b'saħħitha eżistenti u li istituzzjonijiet mhux bankarji (pereżempju kumpaniji tal-bini) għandu jkollhom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-Fond ta' Kapaċità. |
4.2.2. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT FUQ IL-FOND TA' KAPAĊITÀ TAL-SME U FUQ IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(72) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu li jkun raġjonevoli li wieħed jistenna li l-Fond ta' Kapaċità tal-SME, b'mod partikolari meta jingħaqad mal-Iskema ta' Qlib Inċentivat, se jżid is-sehem mis-suq tal-Entitajiet Sfidanti u b'hekk jirriżulta fi tnaqqis ekwivalenti fis-sehem mis-suq tar-RBS. |
|
(73) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu li l-Fond ta' Kapaċità se jżid is-sehem mis-suq tal-Entitajiet Sfidanti billi se jtejjeb b'mod sostanzjali s-sitwazzjoni ekonomika tal-banek li deħlin fis-suq bankarju tal-SMEs (u, jekk ikunu jixtiequ, f'dak tal-korporazzjonijiet ta' daqs medju) u/jew li qed jiżviluppaw aktar il-kapaċitajiet eżistenti. Biex tingħata illustrazzjoni tal-kunċett sottostanti, għotja ta' GBP 3 miljun mill-fond tista' trendi proġett ta' GBP 10 miljun fil-limitu profittabbli ekonomiku, billi żżid ir-redditu fuq l-investiment fi proġett minn redditu taħt il-kost kapitali għal livell vijabbli u sostenibbli. |
|
(74) |
B'rispons għall-kummenti mill-partijiet interessati, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għamlu t-tibdiliet li ġejjin rigward il-pakkett alternattiv:
|
4.3. KUMMENTI DWAR L-ISKEMA TA' QLIB INĊENTIVAT
4.3.1. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR L-ISKEMA TA' QLIB INĊENTIVAT
|
(75) |
Xi partijiet interessati qajmu kwistjonijiet dwar jekk kienx se jkun hemm biżżejjed klijenti li jiġu inċentivati biżżejjed bid-daqs propost tad-doti biex jegħlbu l-isforzi li jinvolvi l-qlib. L-esperjenza tal-passat tat prova li l-klijenti huma inerti u li jrid ikun hemm proċess ċar u bla xkiel biex il-klijenti jaqilbu. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qlib, ikun tajjeb ukoll li r-RBS jikkondividi informazzjoni dwar il-klijenti tiegħu mal-Entitajiet Sfidanti (inklużi r-rekords dwar l-istorja ta' kreditu). Xi partijiet interessati indikaw ukoll il-ħtieġa li jiġu pprovduti rekords tal-passat tal-klijenti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. |
|
(76) |
Għadd ta' kummenti indikaw li jrid jiżdied id-daqs tad-doti biex isir possibbli l-qlib (u skont il-komplessità u d-daqs tal-klijent), u dan ikun jirrikjedi żieda sinifikanti fid-daqs totali tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat. |
|
(77) |
Xi kummenti indikaw li t-tul tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat għandu jkun suffiċjenti biex ikun żgurat li ż-żmien ma jkunx ostakolu sinifikanti. Barra minn hekk, ġiet proposta l-estensjoni awtomatika tal-perimetru ta' klijenti (fil-każ li ma jintlaħaqx il-livell ta' qlib mixtieq). |
|
(78) |
Diversi kummenti ssuġġerixxew li jkun tajjeb li l-pakkett alternattiv jiffoka wkoll fuq it-trasferiment tas-self flimkien mat-trasferiment ta' BCAs, peress li l-enfasi fuq il-BCAs qed tinjora l-ħtieġa ta' kompetizzjoni ikbar fis-suq tas-self lill-SMEs. Il-pakkett ikun qed jiffoka żżejjed fuq il-fornituri ta' BCA. Is-suq tas-self lill-SMEs wieħed jarah bħala ferm aktar profittabbli mill-BCAs, u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni trid tissewwa fis-suq tas-self ukoll. Il-kummenti wkoll jispjegaw fil-qosor li bħalissa, l-Entitajiet Sfidanti jkunu żvantaġġati billi l-ikbar 4 banek huma permessi jużaw mudell ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni Avvanzati milli mudell kapitali standardizzat: dan jippermetti li l-erba' banek joffru prezzijiet aħjar għas-self mill-Entitajiet Sfidanti. |
|
(79) |
Xi kummenti ssuġġerew li x'aktarx ikun aħjar li r-RBS jiġġiegħel iċedi klijenti (inkluż bejgħ sfurzat ta' BCAs u/jew self) milli li l-klijenti jingħataw l-opportunità li jaqilbu bank. Kummenti oħrajn jissuġġerixxu li jkun tajjeb li r-RBS jikkommetti ruħu jittrasferixxi għadd minimu nett ta' BCA u tiġi imposta penali fil-każ ta' nuqqas ta' prestazzjoni. |
|
(80) |
Għadd ta' kummenti wkoll jissuġġerixxu li jkun tajjeb li l-Iskema ta' Qlib Inċentivat tibda biss wara li jkun irnexxielhom jimplimentaw l-investimenti li jsiru possibbli permezz tal-Fond ta' Kapaċità tal-SME. |
4.3.2. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT FUQ L-ISKEMA TA' QLIB INĊENTIVAT U FUQ IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(81) |
Rigward l-Iskema ta' Qlib Inċentivat inkluża fil-Pakkett Alternattiv Inizjali, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu li:
|
|
(82) |
B'rispons għall-kummenti mill-partijiet interessati, l-awtoritajiet tar-Renju Unit jistqarru li huma fiduċjużi li biżżejjed klijenti jaqilbu bis-saħħa tal-inċentivi finanzjarji offruti bħal:
|
|
(83) |
Barra minn hekk, b'rispons għall-kummenti mill-partijiet terzi, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iqisu li:
|
|
(84) |
B'rispons għall-kummenti mill-partijiet interessati u l-istudju tagħhom stess dwar is-suq, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għamlu wkoll it-tibdiliet li ġejjin fl-Iskema ta' Qlib Inċentivat:
|
4.4. KUMMENTI DWAR L-ISKEMA TA' AĊĊESS GĦALL-FERGĦAT
4.4.1. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR L-ISKEMA TA' AĊĊESS GĦALL-FERGĦAT
|
(85) |
Għadd ta' partijiet interessati ddubitaw il-benefiċċji tal-Iskema ta' Aċċess għall-Fergħat għall-kompetizzjoni fis-suq bankarju tal-SMEs u kienu tal-fehma li l-amministrazzjoni u l-iffinanzjar tal-iskema kienu se jkunu ta' piż għall-klijenti u l-Entitajiet Sfidanti involuti u li din tista' tfisser distrazzjoni mhux utli għall-Korp. |
|
(86) |
Għadd żgħir ta' partijiet interessati esprimew ruħhom favur l-Iskema ta' Aċċess għall-Fergħat u kienu jaħsbu li se jisfruttawha. |
4.4.2. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT FUQ L-ISKEMA TA' AĊĊESS GĦALL-FERGĦAT U FUQ IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(87) |
B'rispons għall-kummenti rċevuti li l-Iskema ta' Aċċess għall-Fergħat probabbli li tkun ta' interess limitat għall-Entitajiet Sfidanti, għalkemm importanti għal għadd żgħir minnhom, l-Iskema ta' Aċċess għall-Fergħat se tinżamm, iżda bir-reviżjonijiet li ġejjin:
|
4.5. KUMMENTI FUQ IL-FOND TA' INNOVAZZJONI
4.5.1. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI FUQ IL-FOND TA' INNOVAZZJONI
|
(88) |
Xi partijiet interessati kienu kritiċi rigward il-Fond ta' Innovazzjoni propost billi jqisuh mhux neċessarju u, minħabba n-natura fit-tul tiegħu, kienu tal-fehma li mhux se jkollu impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni u mhu se jkollu ebda effett fuq il-pożizzjoni tar-RBS fis-suq tal-SMEs fir-Renju Unit. Argumentaw li l-finanzjament mill-Fond ta' Innovazzjoni jkun aħjar li jiġi indirizzat lejn elementi oħrajn tal-pakkett. |
|
(89) |
Għadd żgħir ta' kummenti dwar il-Fond ta' Innovazzjoni kienu pożittivi u tal-fehma li dak kien se jgħin biex titħaffef l-innovazzjoni fis-settur bankarju tal-SME. Xi wħud argumentaw ukoll li l-banek u s-soċjetajiet tal-bini jrid ikollhom aċċess għall-benefiċċji ta' dan il-finanzjament. |
4.5.2. KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET TAR-RENJU UNIT IL-FOND TA' INNOVAZZJONI U FUQ IL-KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(90) |
B'rispons għall-kummenti rċevuti, il-Fond ta' Innovazzjoni se jingħaqad mal-Fond ta' Kapaċità tal-SME biex b'hekk jinħoloq Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni. Dan hu maħsub biex jindirizza t-tħassib dwar l-eżistenza ta' żewġ fondi distinti billi b'hekk tkun possibbli aktar flessibbiltà rigward min jista' japplika u l-mod ta' kif jiġu allokati l-fondi, filwaqt li jinżammu l-benefiċċji tal-finanzjament għall-innovazzjonijiet rilevanti għall-SMEs. |
5. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA/GĦAJNUNA
5.1. EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT
|
(91) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, hija pprojbita. Il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet tar-Renju Unit jqisu li fil-qafas tal-pakkett alternattiv aġġornat mhux se tkun qed tingħata għajnuna addizzjonali mill-Istat. |
|
(92) |
Il-kwalifikazzjoni ta' miżura bħala għajnuna mill-Istat fi ħdan is-sinifikat ta' din id-dispożizzjoni tirrikjedi għalhekk li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat u ffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat; (ii) din trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura għandha tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.1. GĦAJNUNA POTENZJALI LIR-RBS
|
(93) |
Il-pakkett alternattiv aġġornat deskritt fit-taqsima 2.3 jirrappreżenta kost finanzjarju għar-RBS. Abbażi tad-data pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, il-pakkett alternattiv ikollu kost bil-quddiem għar-RBS ta' madwar GBP 833 miljun (51), flimkien ma' kost addizzjonali permanenti kkawżat mit-telf ta' profitti (52). Mhux se jkun hemm fluss ta' riżorsa statali mill-Istat lejn ir-RBS għall-finanzjament ta' dawk il-Miżuri. L-ispejjeż tal-pakkett alternattiv aġġornat se jiġġarrbu mir-RBS fl-intier tagħhom. |
|
(94) |
Minħabba li l-pakkett alternattiv aġġornat ma jinvolvix riżorsi mill-Istat rigward ir-RBS, m'hemmx ħtieġa li jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet kumulattivi l-oħra biex xi miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, il-pakkett alternattiv ma jinvolvix għajnuna ġdida lir-RBS. |
5.1.2. GĦAJNUNA POTENZJALI LILL-BENEFIĊJARJI TAL-PAKKETT ALTERNATTIV
|
(95) |
Il-Kummissjoni tosserva li m'hemmx rabta diretta bejn l-għajnuna mill-Istat mogħtija lir-RBS fl-2008 u fl-2009 u l-pakkett alternattiv aġġornat li jiġi deskritt fit-taqsima 2.3. Fil-fatt, fil-proċedura li twassal għad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, l-awtoritajiet tar-Renju Unit impenjaw ruħhom biex iċedu n-negozju Rainbow, u l-approvazzjoni tal-għajnuna kienet ibbażata fuq dak l-impenn. Il-pakkett alternattiv ġie propost tmien snin wara l-għoti tal-aħħar għajnuna kapitali lir-RBS. Għaldaqstant, jista' jiġi eskluż li l-pakkett alternattiv ikun marbut direttament mal-għajnuna lir-RBS fl-2008 u l-2009 jew ibbażat fuqha. |
|
(96) |
Madankollu, ta' min wieħed jinnota li, kif ġie indikat fil-premessa 15, l-Istat għadu l-proprjetarju ta' 71,2 % tal-ishma tar-RBS. Dan jissuġġerixxi li l-piż finanzjarju tal-pakkett alternattiv jiġġarrab mill-Istat b'mod indirett, iżda fil-parti kbira tiegħu billi hu jkun l-azzjonist maġġoritarju tar-RBS. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tar-Renju Unit kienu involuti mill-qrib fid-disinn tal-pakkett alternattiv, ħaġa li tista' tissuġġerixxi li d-disinn tal-pakkett huwa imputabbli għall-Istat. Barra minn hekk, jista' jkun li l-pakkett alternattiv jagħti vantaġġ selettiv lill-impriżi li huma intitolati li jibbenefikaw minnu. Il-miżura hija wkoll imfassla b'tali mod li l-effetti tagħha jkunu indirizzati lejn l-Entitajiet Sfidanti. |
|
(97) |
Madankollu, għalkemm il-pakkett alternattiv ġie kkunsidrat li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-banek li kienu se jibbenefikaw minnu, il-Kummissjoni tqis li huwa kompatibbli bħala parti neċessarja mill-Impenji li abbażi tagħhom il-miżuri ta' għajnuna favur ir-RBS jitqiesu kompatibbli abbażi tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata u tad-Deċiżjoni preżenti (53). |
5.1.3. KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA ĠDIDA
|
(98) |
Fid-dawl tal-elementi diskussi fit-taqsima 5.1.1, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pakkett alternattiv aġġornat ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat ġdida lir-RBS. |
|
(99) |
Kif ġie analizzat fit-taqsima 5.1.2, sa fejn il-pakkett alternattiv jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat lill-banek li jibbenefikaw minnu, din l-għajnuna titqies kompatibbli abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE bħala parti neċessarja mill-Impenji li abbażi tagħhom il-miżuri ta' għajnuna inizjali favur ir-RBS jitqiesu kompatibbli fil-każ preżenti. Fid-dawl tas-sostituzzjoni tal-impenn ta' ċessjoni bil-pakkett alternattiv, il-kompatibbiltà tal-għajnuna eżistenti lir-RBS hija analizzata fit-taqsima 5.2 tad-Deċiżjoni preżenti. |
5.2. KOMPATIBBILTÀ
|
(100) |
Filwaqt li l-pakkett alternattiv aġġornat donnu ma jinkludix għajnuna mill-Istat ġdida lir-RBS, l-għajnuna eżistenti ġiet awtorizzata, fost l-oħrajn, abbażi tal-impenn li jinbiegħ in-negozju Rainbow. L-awtoritajiet tar-Renju Unit issa jitolbu li dan l-impenn jiġi ssostitwit b'impenn li jimplimenta l-pakkett alternattiv aġġornat. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk is-sostituzzjoni proposta hijiex se tibdel il-konklużjoni li l-għajnuna eżistenti lir-RBS hija kompatibbli mas-suq intern. |
|
(101) |
Deċiżjoni ta' ristrutturar, bħad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata, bi prinċipju tista' tiġi emendata mill-Kummissjoni fejn il-modifika tkun ibbażata fuq impenji ġodda li jistgħu jitqiesu ekwivalenti ma' dawk ipprovduti oriġinarjament (54). F'dik is-sitwazzjoni, il-miżuri ta' għajnuna eżistenti jibqgħu kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jekk jibqa' intatt il-bilanċ ġenerali tad-deċiżjoni oriġinali. Sabiex jinżamm il-bilanċ oriġinali, is-sostituzzjoni tal-impenn ta' ċessjoni bil-pakkett alternattiv m'għandhiex taffettwa ħażin il-vijabbiltà tal-benefiċjarju tal-għajnuna, bis-sett ġenerali ta' impenji jibqa' ekwivalenti f'termini ta' qsim tal-piżijiet u miżuri ta' kumpens filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar (55). |
5.2.1. VIJABBILTÀ
|
(102) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-modifiki tal-Impenji Emendati humiex iqiegħdu f'dubju l-konklużjoni milħuqa fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata rigward il-kapaċità tar-RBS li jreġġa' lura l-vijabbiltà tiegħu mingħajr ma jiġi bżonn għajnuna oħra mill-Istat. |
|
(103) |
Skont l-estimu pprovdut mill-awtoritajiet tar-Renju Unit (ara t-Tabella 3), l-ispejjeż tal-pakkett alternattiv mhumiex ogħla mill-ispejjeż talli titkompla ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-qlib għall-pakkett alternattiv ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-vijabbiltà tar-RBS. |
|
(104) |
Ta' min wieħed jinnota li n-negozju Rainbow fih innifsu mhuwiex entità li tagħmel it-telf (56). Konsegwentement, il-modifiki tal-Impenji Emendati li jippermettu lir-RBS iżomm in-negozju Rainbow mhux se jaffettwaw b'mod negattiv il-profittabbiltà tar-RBS. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi b'mod preliminari li l-emendi proposti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit mhux qed iqiegħdu f'periklu l-vijabbiltà tar-RBS. |
|
(106) |
Ir-RBS kellu telf sinifikanti attribwibbli lill-azzjonisti ordinarji mill-2008 'l quddiem (57), li jirriżulta primarjament mill-akkumulazzjoni ta' elementi kbar ta' darba, bħal multi u ħlasijiet minħabba mġiba ħażina fil-passat u bejgħ mhux permess ta' ċerti prodotti, spejjeż ta' ristrutturar u telf ogħla mill-mistenni rigward assi mhux komuni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk għadhiex valida il-konklużjoni tagħha li r-RBS se jkun kapaċi jreġġa' lura l-profittabbiltà u l-vijabbiltà tiegħu mingħajr għajnuna oħra mill-Istat. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni qed tinnota li r-riżultati tar-RBS mill-ewwel (1) nofs tal-2017 jindikaw profittabbiltà mtejba (58). Għall-ewwel (1) nofs tal-2017, ir-RBS irrapporta introjtu operatorju ta' GBP 939 miljun lill-azzjonisti ordinarji. |
|
(108) |
Il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' ekwità komuni baqa' jitjieb mill-2013 'il quddiem, u l-introjtu operatorju komuni kompla b'mod pożittiv kif deskritt fil-premessa 11 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(109) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-emendi proposti ma jqegħdux f'dubju l-konklużjoni milħuqa fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar rigward il-kapaċità tar-RBS li jreġġa' lura l-vijabbiltà tiegħu. |
5.2.2. IL-QSIM TAL-PIŻIJIET
|
(110) |
Id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata tindika li ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow ttieħdet inkonsiderazzjoni bħala miżura biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u la kien miżura ta' qsim tal-piżijiet u lanqas miżura li tillimita l-spejjeż ta' ristrutturar (59). F'dan is-sens, il-pakkett alternattiv aġġornat propost mhux qed jaffettwa l-valutazzjoni mwettqa qabel mill-Kummissjoni dwar il-qsim tal-piżijiet. |
|
(111) |
Għaldaqstant, it-tibdiliet innotifikati ma jaffettwawx il-valutazzjoni tal-qsim tal-piżijiet li seħħet fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar u fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata. |
5.2.3. MIŻURI MAĦSUBA SABIEX JILLIMITAW ID-DISTORSJONIJIET TAL-KOMPETIZZJONI
|
(112) |
Skont id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata (60), l-għan ewlieni tal-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow kien li tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li setgħet toħloq l-għajnuna lir-RBS. B'mod aktar preċiż, l-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow kien immirat biex jiġi evitat li l-ammont kbir ħafna ta' għajnuna mill-Istat li ngħata lir-RBS fl-2008 u l-2009 jirriżulta f'distorsjoni indebita tal-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi bankarji lill-SMEs u lill-korporazzjonijiet ta' daqs medju fir-Renju Unit, fejn ir-RBS kien il-mexxej tas-suq (61). Sabiex jiġi evitat tisħiħ tal-pożizzjoni tar-RBS f'dak is-suq li jnaqqas il-kompetizzjoni fih, l-awtoritajiet tar-Renju Unit impenjaw ruħhom li r-RBS kien se jċedi entità b'sehem ta' 5 % mis-suq tal-klijenti SMEs u korporazzjonijiet ta' daqs medju fir-Renju Unit (62). |
|
(113) |
L-għan tal-pakkett alternattiv kif deskritt fit-taqsima 3.3 huwa l-indirizzar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni bl-istess mod bħal permezz tal-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow, li qed jiġi ssostitwit bih. |
|
(114) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-pakkett alternattiv aġġornat huwiex ekwivalenti għall-impenn ta' ċessjoni li se jissostitwixxi. |
5.2.3.1. Id-disinn tal-miżuri individwali
|
(115) |
Il-pakkett alternattiv jikkonsisti l-aktar f'żewġ miżuri individwali. Il-Kummissjoni beħsiebha tivvaluta l-ekwivalenza kemm f'livell individwali kif ukoll fil-livell tal-pakkett. |
Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni
|
(116) |
Il-Kummissjoni tosserva li huwa probabbli li l-provvista ta' fondi mill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni (63) lil Entitajiet Sfidanti bil-għan li tiżdied il-kapaċità tagħhom li joffru servizzi bankarji lill-SMEs se żżid il-kompetizzjoni fis-suq bankarju tal-SMEs. |
|
(117) |
Abbażi tal-kummenti li l-Kummissjoni rċeviet mingħand il-partijiet interessati b'riżultat tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, hija tqis li d-distribuzzjoni tal-fondi f'diversi għotjiet ta' daqs sa GBP 120 miljun tippermettiha ssaħħaħ l-offerti bankarji ta' għadd ta' entitajiet u ddaħħal għażla ikbar fis-suq. |
|
(118) |
L-interess li ntwera u r-rispons li wasal mill-partijiet interessati dwar kif kienu se jużaw il-fondi li jista' jkun li se jirċievu mill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni jipprovdi serħan il-moħħ ulterjuri li l-Fond ta' Kapaċità se jkollu impatt pożittiv fuq il-kompetizzjoni fis-suq. |
|
(119) |
Abbażi tal-kummenti rċevuti mill-partijiet interessati, id-daqs tal-għotjiet jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għad-daqs li xi wħud mill-partijiet interessati indikaw li jeħtieġu sabiex ikun hemm inċentiv għalihom biex jinvestu fil-kapaċitajiet tagħhom tas-servizzi bankarji lill-SMEs. Se jkun hemm kompetizzjoni għad-diżborżi mill-fondi, bl-aktar fondi jiġu indirizzati lejn dawk l-entitajiet li jkunu l-aktar kapaċi jikkonvinċu lill-Korp bl-argumenti tagħhom favur il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li d-daqs tal-għotjiet mill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni huwa adegwat u li l-kompetizzjoni se twassal għal impatt ikbar fuq is-suq. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni tinnota li, minn total ta' GBP 425 miljun, ir-riżorsi tal-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni huma kkonċentrati madwar erba' għotjiet kbar li flimkien jammontaw għal GBP 330 miljun. Fil-fatt, hemm qasma kbira bejn is-sehem mis-suq tal-erba' banek ewlenin għall-SMEs fir-Renju Unit (64) u l-Entitajiet Sfidanti. Barra minn hekk, fost l-Entitajiet Sfidanti, hemm differenza kbira bejn dawk l-entitajiet li stabbilixxew operat ta' servizzi bankarji lill-SMEs u dawk li għadhom deħlin fis-suq jew li qed joffru firxa limitata ta' prodotti ta' spiss immirati għall-iżgħar SMEs. L-għan taċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow kien li jinħoloq bank għall-SMEs u l-korporazzjonijiet ta' daqs medju li, għalkemm iżgħar mill-erba' banek ewlenin għall-SMEs, madankollu jkun kbir biżżejjed biex jisfidahom. Il-fatt li l-parti l-kbira tal-fondi huma mmirati għal dawk il-ftit Entitajiet Sfidanti b'kapaċità BCA għall-SMEs eżistenti b'saħħitha, huwa probabbli li jwassal għall-ikbar impatt fuq il-kompetizzjoni fis-suq u se jirriżulta b'aktar ċertezza f'tisħiħ sinifikanti tal-pożizzjoni ta' waħda jew aktar mill-entitajiet. B'hekk, dan iżid l-ekwivalenza mal-impatt li kien se jkollha ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow, meta mqabbla ma' pakkett alternattiv iffukat fuq il-banek il-ġodda li deħlin fis-suq jew il-banek li qed joffru biss firxa limitata ta' prodotti bankarji lill-SMEs, ta' spiss immirati għall-iżgħar SMEs biss. |
|
(121) |
Skont il-kummenti rċevuti mill-partijiet interessati, huwa importanti għall-Entitajiet Sfidanti li l-ewwel joħolqu kapaċitajiet addizzjonali li jkunu ta' appoġġ għall-isforz tagħhom biex jikkonvinċu lill-klijenti ta' W&G biex jaqilbu permezz tal-Qlib Inċentivat. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-fatt li jiġi pprovdut perjodu ta' tliet xhur wara l-ħruġ ta' għotja mill-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni jagħti l-possibbiltà lill-Entitajiet Sfidanti jippjanaw u jimplimentaw investimenti addizzjonali mingħajr ma jdewwmu bla bżonn l-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat. |
Qlib Inċentivat
|
(122) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Iskema ta' Qlib Inċentivat (65) se żżid il-kompetizzjoni fis-suq bankarju tal-SMEs, bit-trasferiment ta' klijenti mir-RBS lejn l-Entitajiet Sfidanti. L-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat timmira għat-trasferiment ta' għadd ta' klijenti li jikkorrispondi għal 3 punti perċentwali mis-sehem mis-suq tar-RBS fis-suq bankarju tal-SMEs fir-Renju Unit (ikkalkulat abbażi tal-għadd ta' SMEs). |
|
(123) |
F'termini ta' għadd ta' SMEs ittrasferiti, l-Iskema ta' Qlib Inċentivat tista' twassal għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tar-RBS li jaqbeż it-3 punti perċentwali, iżda f'dan il-każ, il-portafoll tal-klijenti li jkunu jaqilbu kieku fih proporzjon ikbar ta' SMEs ta' daqs żgħir. Fil-fatt, billi hemm limitu massimu għall-ammont ta' fondi disponibbli għall-Miżura B, il-qlib ta' aktar klijenti neċessarjament jimplika li bħala medja, id-doti jkollhom ikunu iżgħar, bir-riżultat li l-klijenti ttrasferiti jkollhom ikunu SMEs żgħar ħafna, ħaġa li ma kinitx fil-mira taċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. Bħala konklużjoni, meta wieħed jivvaluta l-ekwivalenza, ta' min iqis li l-Iskema ta' Qlib Inċentivat se jippermetti li t-trasferiment mis-sehem mis-suq tar-RBS ikun limitat għal 3 punti perċentwali. |
|
(124) |
Rigward kemm hu probabbli li jintlaħaq it-tnaqqis bi 3 punti perċentwali, il-Kummissjoni tosserva li l-offerti magħmula mill-Entitajiet Sfidanti se jkollhom ikunu attraenti biżżejjed biex jikkonvinċu l-għadd massimu ta' klijenti biex jaqilbu. Filwaqt li tikkunsidra l-kummenti rċevuti mill-partijiet interessati, id-daqs tad-doti msemmi fir-riċerka Charterhouse ikkummissjonata mir-RBS (66), u ż-żieda fil-fondi disponibbli għall-Miżura B, il-Kummissjoni tqis li issa huma kbar biżżejjed biex iservu ta' inċentiv għat-trasferiment ta' għadd ta' klijenti li jikkorrispondi għal sehem mis-suq ekwivalenti għal 3 punti perċentwali. |
|
(125) |
Il-Kummissjoni tqis l-estensjoni tat-tul, tal-perimetru u tal-Multiplikatur kif deskritt fil-premessi 52 u 53 bħala salvagwardji importanti li jipprovdu serħan il-moħħ addizzjonali li jista' jintlaħaq trasferiment ta' sehem mis-suq ta' 3 punti perċentwali mir-RBS. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-BCAs huma prodott “gateway” għall-SMEs, li ġeneralment ikunu jikkunsidraw il-fornitur BCA tagħhom meta jkunu qed ifittxu servizzi bankarji oħra bħas-self (67). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-inċentivi għall-qlib ta' BCA huma wkoll inċentivi biex il-klijenti jaqilbu prodotti ta' self. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni tosserva li d-doti għas-self deskritti fil-premessa 48 ikunu jippermettu lill-Entitajiet Sfidanti jipprovdu aktar inċentivi lill-klijenti SMEs biex jittrasferixxu prodotti oħra flimkien mal-BCAs tagħhom. Id-daqs tad-dota għas-self inaqqas ukoll l-iżvantaġġ li semmew il-partijiet interessati rigward l-użu ta' mudell kapitali standardizzat (68). Il-Kummissjoni tqis li dan il-fatt jipprovdi aktar serħan il-moħħ li l-pakkett alternattiv huwa ekwivalenti maċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow, li fil-qafas tagħha dawk is-selfiet kienu se jiġu ttrasferiti lejn xerrej potenzjali. |
|
(128) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ammont allokat ta' GBP 75 miljun biex jiffaċilita l-qlib (kumpens għall-ħlasijiet ta' waqfien relatati mat-trasferiment tal-bilanċi ta' self jew spejjeż oħra ta' partijiet terzi bħall-ispejjeż legali) u s-Servizz ta' Qlib ta' Kont Kurrenti se jnaqqsu l-ostakoli li jżommu lura lill-klijenti milli jaqilbu għall-Entitajiet Sfidanti. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-setgħat u l-kontroll f'idejn il-Korp (69) jiżguraw li l-Iskema ta' Qlib Inċentivat tista' tiġi adattata aktar għas-sinjali tas-suq wara li tkun tnediet l-iskema. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni ma tqisx problematiku l-fatt li m'għadux qed jiġi propost li l-aċċess għall-fergħat tar-RBS (kif deskritt fil-premessa 57) jiġi offrut bla ħlas, kif previst fil-verżjoni inizjali tal-pakkett alternattiv. Fil-fatt, l-Entitajiet Sfidanti stabbiliti fil-qasam tal-SMEs ikkummentaw li huma ma kellhomx bżonn ta' tali aċċess biex ikunu jistgħu jikkompetu mal-erba' banek ewlenin tal-SMEs. Bl-użu tal-fondi inizjalment allokati lill-Iskema ta' Aċċess għall-Fergħat (inizjalment bla ħlas) għall-Miżuri A u B, il-fondi tal-pakkett alternattiv qed jiġu allokati b'mod aktar effikaċi bil-għan li tintlaħaq ekwivalenza mal-effett taċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. |
|
(131) |
Abbażi tat-tibdiliet li ġew introdotti fl-Iskema ta' Qlib Inċentivat, tas-salvagwardji inklużi fl-iskema u tal-kummenti rċevuti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun probabbli ħafna li l-Iskema ta' Qlib Inċentivat twassal għat-trasferiment b'suċċess ta' 3 punti perċentwali mis-sehem mis-suq tal-RBS. |
5.2.3.2. Ekwivalenza ġenerali tal-pakkett mal-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow
|
(132) |
Kif ġie stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ (70), hemm modi differenti ta' kif wieħed jivvaluta l-ekwivalenza tal-pakkett alternattiv. F'termini ta' xenarju kontrofattwali, l-impatt tal-pakkett alternattiv jista' jitqabbel mal-impatt mistenni li jkollu l-bejgħ tan-negozju Rainbow lil xerrej kummerċjali li kieku ġie implimentat issa (“Ċessjoni tan-negozju Rainbow” fit-Tabella 3) jew mal-impatt li kien mistenni li se jkollha ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow skont id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar (“Deċiżjoni fuq l-Objettiv 2009” fit-Tabella 3). F'termini tal-indikaturi użati, wieħed jista' jkejjel l-ekwivalenza bl-użu ta' indikaturi differenti, bħall-evoluzzjoni tas-sehem mis-suq tal-SMEs tar-RBS, l-ispejjeż finanzjarji għar-RBS, u d-daqs tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti. |
|
(133) |
It-Tabella 3 tqabbel it-tliet xenarji skont indikaturi differenti. Tabella 3 Paragun ta' 3 xenarji skont indikaturi differenti
|
|
(134) |
Il-motivazzjoni wara ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar u d-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata hija li tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq bankarju tal-SMEs u l-korporazzjonijiet ta' daqs medju fir-Renju Unit. L-awtoritajiet tar-Renju Unit iddisinjaw il-pakkett alternattiv bil-għan li jintlaħaq l-istess għan sottostanti. |
|
(135) |
L-alternattivi jistgħu jitqabblu bl-użu tal-impatt fuq is-sehem tar-RBS mis-suq tal-SMEs fir-Renju Unit. Skont id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, iċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow kienet mistennija li tirriżulta f'telf ta'5 % tas-sehem mis-suq, kif deskritt fil-premessa 112 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Il-pakkett alternattiv ikollu wkoll jirriżulta f'telf fis-sehem mis-suq. Dan ikun jammonta għal massimu ta' 3 % meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-Iskema ta' Qlib Inċentivat biss. Il-Kummissjoni tqis li l-impatt tal-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni se jkun ukoll sinifikanti biżżejjed biex jagħmel possibbli il-qlib ta' SMEs mir-RBS u minn banek oħrajn. Madankollu, il-kwantifikazzjoni ta' dan il-fenomenu hija diffiċli. |
|
(136) |
Kif indikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit (73), ikun raġjonevoli li wieħed iqis il-fatt li r-RBS ġarrab telf fis-sehem mis-suq bankarju tal-SMEs fir-Renju Unit mid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar'il quddiem. L-awtoritajiet tar-Renju Unit irreferew għal fornitur tad-data. Sfortunatament, il-fornitur tad-data beda jipproduċi kalkoli tas-sehem mis-suq mhux qabel ir-raba' (4) trimestru tal-2010. B'riżultat ta' dan, m'hemmx serje ta' perjodi konsistenti li tkopri l-perjodu mill-2008 jew l-2009 sal-lum. Skont id-data kkalkulata mill-fornitur, is-sehem mis-suq tar-RBS kien jammonta għal mhux inqas minn [25-30] % fir-raba' (4) trimestru tal-2010 (l-ewwel punt ta' data) fis-suq għall-SMEs b'fatturat sa GBP 25 miljun. Skont dik id-data, ir-RBS tilef [3-7] % tas-sehem mis-suq bejn ir-raba' (4) trimestru tal-2010 u r-raba' (4) trimestru tal-2016 fis-suq għall-SMEs b'fatturat sa GBP 25 miljun (74). Il-Kummissjoni tqis li l-użu tat-telf fis-sehem mis-suq mir-raba' (4) trimestru tal-2011 'il quddiem ([0-5] %) huwa aktar prudenti meta mqabbel mal-użu tat-telf fis-sehem mis-suq mir-raba' (4) trimestru tal-2010 'l quddiem ([3-7] %), peress li l-ewwel punt ta' data (Q4 2010) jagħti sehem mis-suq ogħla minn dak li ġie kkomunikat minn sorsi oħra fi żmien id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, u għalhekk ma jistax jiġi eskluż li dak il-punt jikkostitwixxi massimu ta' darba li ma jirriflettix b'mod korrett il-punt ta' tluq fil-perjodu 2008-2009. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li s-sehem mis-suq diġà mitluf fis-segment tal-SMEs fir-Renju Unit jista' jiġi, b'mod prudenti, kkwantifikat fil-livell ta' [0-5] %. |
|
(137) |
It-tnaqqis b'5 % fis-sehem mis-suq tar-RBS mistenni fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar jinqabeż meta wieħed jgħaqqad flimkien it-telf fis-sehem mis-suq mistenni mill-pakkett alternattiv (sa 3 % b'rużultat tal-Miżura B weħidha) mat-telf fis-sehem mis-suq osservat ta' [0-5] %. |
|
(138) |
Abbażi tal-analiżi fil-premessi 122 sa 131, il-Kummissjoni tivvaluta li huwa probabbli ħafna li bil-pakkett alternattiv se jintlaħaq trasferiment ta' 3 % tas-sehem mis-suq tal-klijenti SMEs. |
|
(139) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li t-telf fis-sehem mis-suq rigward l-SMEs antiċipat fl-2009 fi żmien id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar ikun jiġi ssodisfat permezz tal-pakkett alternattiv. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Miżura A hija mmirata għall-klijenti SMEs, iżda ma teskludix il-korporazzjonijiet ta' daqs medju mill-benefiċċji tal-pakkett alternattiv. Il-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni se jippermetti lill-banek itejbu u jestendu l-proposti eżistenti fil-qasam tas-servizzi bankarji lin-negozji lejn l-SMEs il-kbar u b'hekk anki lejn il-korporazzjonijiet ta' daqs medju. Pereżempju, wieħed mill-banek indika fis-sottomissjoni tiegħu wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ li kien se jinvesti sa GBP 25 miljun fi pjattaforma sofistikata ta' servizzi bankarji onlajn lin-negozji li kienet se tipprovdi kapaċitajiet diġitali sofistikati (inklużi FX u kapaċitajiet ta' pagamenti internazzjonali) lill-korporazzjonijiet żgħar, ta' daqs medju u kbar. Dan il-bank antiċipa wkoll li sa GBP 50 miljun ta' pjanijiet ta' investiment oħra kienu jkunu ta' għajnuna għalih biex jindirizza s-segmenti kollha tas-suq. |
|
(141) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Iskema ta' Qlib Inċentivat (b'doti kbar għall-SMEs ta' daqs ikbar u aktar kumplessi) se sservi ta' inċentiv ulterjuri lill-Entitajiet Sfidanti biex itejbu aktar il-prodotti u s-servizzi tagħhom għal dawk l-SMEs kbar. Għalhekk, dawk l-Entitajiet Sfidanti se jsaħħu wkoll il-kapaċità tagħhom li jaqdu klijenti korporattivi ta' daqs medju. |
|
(142) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-għotjiet u d-doti tal-Miżuri A u B huma kkonċentrati f'idejn dawk il-ftit Entitajiet Sfidanti b'kapaċità BCA għall-SMEs eżistenti b'saħħitha. Dawk l-Entitajiet Sfidanti se jkunu wkoll li jkun probabbli li jippruvaw jikkompetu għall-klijenti korporattivi ta' daqs medju. |
|
(143) |
Skont id-data kkalkulata mill-fornitur, is-sehem mis-suq tar-RBS kien jammonta għal mhux inqas minn [30-35] % fir-raba' (4) trimestru tal-2010 (l-ewwel punt ta' data) fis-suq għall-klijenti korporattivi b'fatturat li jaqbeż il-GBP 25 miljun. (75). Skont dik id-data, ir-RBS tilef [5-10] % tas-sehem mis-suq bejn ir-raba' (4) trimestru tal-2010 u t-tieni (2) trimestru tal-2017 fis-suq għall-SMEs b'fatturat sa GBP 25 miljun (76). B'mod simili bħal fil-każ tas-segment tal-SMEs, il-Kummissjoni tqisu aktar prudenti li wieħed juża t-telf fis-sehem mis-suq mir-raba' (4) trimestru tal-2011 'il quddiem milli li jintuża t-telf fis-sehem mis-suq mir-raba' (4) trimestru tal-2010 'l quddiem. Il-Kummissjoni tinnota li t-telf osservat fis-sehem tar-RBS mis-suq tal-klijenti korporattivi mir-raba' (4) trimestru tal-2011 sar-raba' (4) trimestru tal-2016 ([0-5] %) huwa konformi mat-telf fis-sehem mis-suq tal-SMEs ([0-5] %). It-telf osservat huwa saħansitra ikbar meta wieħed jikkunsidra t-telf fis-sehem mis-suq mir-raba' (4) trimestru tal-2011 sat-tieni (2) trimestru tal-2017 ([5-10] %). |
|
(144) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-klijenti korporattivi ta' daqs medju ta' spiss jitolbu prodotti bankarji aktar kumplessi u aktar varjati. Għadd limitat ħafna biss ta' Entitajiet Sfidanti wrew interess reali f'dawk il-klijenti (77), billi l-parti l-kbira tal-entitajiet ma jkollhomx il-kapaċità biex jiżviluppaw dawk il-prodotti b'mod profittabbli. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li huwa raġjonevoli li wieħed jikkunsidra l-kummenti mir-Renju Unit fil-premessa 66(e), li jiddeskrivu fil-qosor li ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow kien se jkollha impatt iżgħar u/jew aktar inċert fuq il-kompetizzjoni fis-segment tal-korporazzjonijiet ta' daqs medju meta mqabbel mas-segment tal-SMEs. |
|
(145) |
Minkejja li huwa aktar diffiċli li wieħed jikkwantifika d-distorsjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-impatt indirett tal-pakkett alternattiv fuq is-segment tal-korporazzjonijiet ta' daqs medju, il-Kummissjoni tqis li, flimkien mat-telf fis-sehem mis-suq osservat, il-pakkett alternattiv ikun probabbli li jilħaq impatt rilevanti għall-kompetizzjoni rigward il-korporazzjonjiet ta' daqs medju li jkun mill-inqas ekwivalenti maċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija wkoll indirizzata rigward il-klijenti korporattivi ta' daqs medju bil-Miżuri A u B. |
|
(146) |
Rigward kemm il-klijenti korporattivi ta' daqs medju u kemm il-klijenti SMEs, it-telf kapitali totali stmat tax-xenarji differenti jista' wkoll jintuża biex titqabbel l-ekwivalenza bejn iċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow u l-pakkett alternattiv. |
|
(147) |
Id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar ma kinitx tinkludi estimu tal-kost kapitali taċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. Madankollu, huwa raġjonevoli li wieħed juża l-estimu tal-kost kapitali ġġenerat mill-bejgħ tan-negozju Rainbow kieku jiġi segwit, element li ġie kkwantifikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. |
|
(148) |
L-ispejjeż imġarrba mir-RBS mill-2009 'l quddiem biex jikkonforma mal-impenn ta' ċessjoni jammontaw għal GBP [1-3] biljun (78). Dawn ikopru diversi tipi ta' spejjeż, bl-ikbar waħda minnhom tkun dik tat-teknoloġija għall-ħolqien ta' pjattaforma tal-IT separata għan-negozju Rainbow. |
|
(149) |
It-telf kapitali dirett (79) tal-pakkett alternattiv huwa iżgħar milli kieku titkompla ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. Barra minn hekk, meta wieħed iżid l-ispejjeż diġà mġarrba mir-RBS, huwa ċar li l-pakkett alternattiv jinvolvi aktar spejjeż minn dawk previsti b'mod impliċitu fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar (80). |
|
(150) |
Bħala konklużjoni, bl-użu ta' dak l-indikatur, il-pakkett alternattiv kif iddikjarat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, mhux qed iħaffef il-piż finanzjarju għar-RBS, meta mqabbel ma' dak previst fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar; eventwalment, jiswa sinifikantement aktar flus. |
|
(151) |
Għall-paragun bejn id-diversi xenarji, jista' jintuża wkoll l-impatt fuq il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1. Id-differenza bejn l-indikatur tal-proporzjon tal-Grad 1 u l-indikatur tat-telf kapitali huwa li dak tal-ewwel jikkunsidra wkoll it-tnaqqis f'RWA: jekk xi xenarju jiġġenera tnaqqis ikbar fl-assi bil-piż differenzjat skont ir-riskju, dan ikollu — abbażi ta' ċertu telf kapitali konkret — effett inqas negattiv fuq il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1. |
|
(152) |
Iċ-ċifri dwar il-kapital tal-Grad 1 ġew ipprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. It-Tabella 3 turi li l-impatt fuq il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 tal-pakkett alternattiv huwa aktar sinifikanti. Dan donnu jirriżulta mill-fatt li jinvolvi telf ta' assi iżgħar. B'hekk, anki jekk it-telf kapitali jkun ftit iżgħar, għandu effett ftit aktar negattiv fuq il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1. |
|
(153) |
Ix-xenarji alternattivi jistgħu jitqabblu anki madwar l-assi totali. L-impatt fuq l-assi totali tal-pakkett alternattiv huwa ferm iżgħar minn dak relatat mal-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow. |
|
(154) |
L-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow kellu l-għan għaċ-ċessjoni ta' entità vijabbli. Sabiex ikun entità vijabbli, in-negozju Rainbow ried ikollu biżżejjed assi li jiġġeneraw introjtu u klijenti li jġarrbu l-ispejjeż tan-netwerk u l-infrastruttura kbar estiżi tal-fergħat tiegħu. Għalhekk, barra s-self u d-depożiti għall-SMEs, li fuqhom kienet tiffoka l-miżura mmirata biex iżżid il-kompetizzjoni fis-suq tal-SMEs, il-perimetru tan-negozju Rainbow kien jinkludi wkoll ammont kbir ta' selfiet bl-imnut u depożiti. |
|
(155) |
Il-pakkett alternattiv mhux qed jipprevedi t-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet bl-imnut u oħrajn mhux relatati mal-SMEs. Jiffoka fuq l-ilħuq tat-trasferiment ta' parti mill-klijenti SMEs flimkien mal-assi (selfiet) u l-obbligazzjonijiet (depożiti) tagħhom. Għaldaqstant, il-pakkett alternattiv huwa ħafna iżgħar f'termini tal-ammonti tal-assi ttrasferiti, iżda jipprova jwassal riżultat simili fis-suq bankarju tal-SMEs fir-Renju Unit. |
5.2.3.3. Konklużjoni fuq l-ekwivalenza tal-pakkett alternattiv aġġornat
|
(156) |
Mid-data tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar (14 ta' Diċembru 2009) 'il quddiem, ir-RBS ġenwinament ipprova jċedi n-negozju Rainbow, kif turi l-evidenza tal-proċeduri suċċessivi li tnedew, l-ammont sinifikanti tar-riżorsi involuti u l-ħaddiema ddedikati għaċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. |
|
(157) |
B'hekk, ir-RBS ġarrab spejjeż sinifikanti (b'mod partikolari, l-ispejjeż stmati tat-tentattivi biex jiġi ċedut in-negozju Rainbow, kif deskritt fil-premessa 148). |
|
(158) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pakkett alternattiv donnu mhux qed iħaffef ir-rekwiżiti imposti fuq ir-RBS. Fejn jidħlu l-ispejjeż, barra dawk diġà mġarrba mir-RBS fil-passat, l-implimentazzjoni tal-pakkett alternattiv ikun qed jimponi l-piż ta' kost addizzjonali fuq ir-RBS. L-ispejjeż kumulattivi mill-2009 'l quddiem ikunu ferm ogħla milli mistenni b'mod impliċitu mid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar. |
|
(159) |
Il-pakkett alternattiv, flimkien mat-telf fis-sehem mis-suq, se jirriżulta fi tnaqqis totali fis-sehem tar-RBS mis-suq tal-SMEs, ħaġa mill-inqas ekwivalenti ma' dak previst fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar. Għalhekk it-tħassib li l-għajnuna kbira ħafna tal-2008-2009 tintuża mir-RBS biex jikkonsolida jew ikabbar is-sehem tiegħu mis-suq fis-suq diġà kkonċentrat tal-SMEs, ma jkunx aktar realistiku milli kieku ċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow ġiet implimentata kif previst mid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar. |
|
(160) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, sabiex jintlaħaq l-effett intiż fuq il-kompetizzjoni, il-pakkett alternattiv huwa ekwivalenti għaċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-RBS implimenta l-Impenji u l-Impenji Emendati kollha (barra ċ-ċediment tan-negozju Rainbow) mid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar u d-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata. Għalhekk, is-sostituzzjoni nnotifikata ta' impenn wieħed ta' ċessjoni qed isseħħ fil-kuntest tal-implimentazzjoni korretta tal-bqija tal-pjan ta' ristrutturar. |
6. KONKLUŻJONI
|
(162) |
Abbażi tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, tneħħew id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-ekwivalenza tal-pakkett alternattiv, li ġew espressi fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ. L-emenda rigward l-impenji ma taffettwax il-konklużjoni milħuqa fid-Deċiżjoni ta' Ristrutturar u d-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata, u għalhekk l-għajnuna mill-Istat ipprovduta lir-RBS trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE. |
|
(163) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li jinħtieġ li l-għajnuna mill-Istat potenzjali lill-benefiċjarji mill-pakkett alternattiv tiġi ddikjarata kompatibbli bħala parti neċessarja mill-impenji li abbażi tagħhom il-miżuri ta' għajnuna favur ir-RBS jiġu ddikjarati kompatibbli. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sostituzzjoni tal-impenn li jiġi ċedut in-negozju Rainbow bil-pakkett alternattiv innotifikat mir-Renju Unit rigward ir-RBS hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat. B'hekk qed tiġi awtorizzata s-sostituzzjoni tal-impenn li jċedi n-negozju Rainbow bil-pakkett alternattiv.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat potenzjali lill-benefiċjarji tal-pakkett alternattiv hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq..
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(3) Għal lista sħiħa tal-miżuri ta' għajnuna mill-Istat approvati, ara l-premessi 31 sa 77 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar.
(5) Għal stampa ġenerali tal-emendi mitluba, ara l-premessi 27 sa 49 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(6) Premessa 73 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar.
(7) Skont il-premessa 73 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar, is-suq bankarju SME huwa definit bħala t-taqsima tas-suq bankarju li tkopri d-ditti b'fatturat sa GBP 25 miljun u dak tal-entitajiet ta' daqs medju bħala t-taqsima li tkopri d-ditti b'fatturat bejn GBP 25 miljun u 1 biljun.
(8) Premessa 93 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar.
(9) Premessa 28 u Impenji Emendati 3.1 u 3.2(A) tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(10) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(11) Dan it-testjar tas-suq jinkludi l-intervisti tal-awtoritajiet tar-Renju Unit ma' sitt entitajiet sfidanti kbar, 12-il entità sfidanti ta' daqs iżgħar u seba' rispondenti mill-qasam tal-kapital ta' riskju u tat-teknoloġija finanzjarja kif ukoll riċerka kkummissjonata mir-RBS minn Charterhouse dwar l-imġiba tal-klijenti rigward il-qlib fil-perimetru ta' W&G. L-entitajiet sfidanti l-kbar kienu CYBG PLC; Co-op Bank; Handelsbanken; Metro Bank; Santander UK PLC; u TSB Bank. L-entitajiet sfidanti ta' daqs iżgħar kienu Aldermore Group PLC; Allied Irish Bank; Atom Bank; Cumberland Building Society; Danske Bank; Monzo; OakNorth Bank; Paragon Bank PLC; Shawbrook Bank; Starling Bank; Tesco Bank; u Virgin Money. Ir-rispondenti mill-qasam tal-kapital ta' riskju/tat-teknoloġija finanzjarja kienu British Business Bank Investments Limited; Business Growth Fund; Funding Circle; Louise Beaumont (esperta indipendenti tat-teknoloġija finanzjarja); Iwoca; Nesta; u Transferwise.
(12) Deskrizzjoni ddettaljata tar-RBS tista' tinstab fil-premessi 4 sa 11 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata. Ċifri pro forma ewlenin mill-2008 sal-2016 huma deskritti fil-premessi 7 sa 10 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(13) F'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni qed tuża r-riżultati ppubblikati mir-RBS fir-rapport u l-kontijiet annwali tiegħu għas-sena kollha tal-2016.
(14) RWA huwa kejl tal-ammont tal-assi ta' xi bank, aġġustat skont ir-riskju. Dan il-kejl jintuża meta jiġu ddeterminati r-rekwiżiti kapitali.
(15) Premessa 11 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(16) Kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni mingħajr dritt tal-vot, kif deskritt f'aktar dettalji fil-premessa 38 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar.
(17) Stqarrija għall-istampa ta' HMT: https://www.gov.uk/government/news/government-begins-sale-of-its-shares-in-the-royal-bank-of-scotland
(18) Stqarrija għall-istampa tar-RBS: http://otp.investis.com/clients/uk/rbs1/rns1/regulatorystory.aspx?cid=365&newsid=580941
(19) Stqarrija għall-istampa tar-RBS: http://otp.investis.com/clients/uk/rbs1/rns1/regulatory-story.aspx?cid=365&newsid=687910
(20) Rapporti u kontijiet annwali 2016/2017 ta' UK Financial Investments Ltd.
(21) Deskritt fil-premessi 19 sa 25 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
(22) Entitajiet finanzjarji ġodda li jkunu qegħdin jikkompetu għan-negozju mal-4 banek nazzjonali l-kbar li ilhom stabbiliti bl-ikbar sehem mis-suq (sehem mis-suq ikkombinat ta' 82 % fl-2015) fis-suq bankarju SME u ta' daqs medju fir-Renju Unit.
(23) Il-Korp se jiġi stabbilit bil-għan li jiffaċilita u jissorvelja t-twassil tal-pakkett alternattiv. Se jkun regolat mill-“Att ta' Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat”, li huwa att bejn HMT, il-Korp u rl-RBS rigward l-impenji.
(24) Meta wieħed jikkunsidra l-kost kapitali bil-quddiem, l-ispejjeż annwali tal-operat tal-pakkett alternattiv, u t-telf ta' qligħ relatat mat-trasferiment ta' klijenti b'riżultat tal-Miżura B, ikkumpensat mir-rilaxx tal-kapital relatat ma' dawk il-klijenti.
(25) Deskritti fil-premessi 37 u 38 ta' din id-Deċiżjoni.
(26) Kont kurrenti tan-negozju (“BCA”): ifisser kont li jiġi aktar ikkummerċjalizzat għal negozji milli għal individwi li jipprovdi l-faċilità li wieħed iżomm depożiti, jirċievi u jwettaq pagamenti biċ-ċekk u/jew bil-karta ta' debitu, juża faċilitajiet ta' ATM u jwettaq pagamenti regolari b'debitu dirett u/jew ordni permanenti, iżda ma jinkludix (i) kont li fih jinżammu f'depożitu flus f'munita differenti mill-munita uffiċjali tar-Renju Unit; jew (ii) kont li fih jinżammu fondi ta' kreditu paċuti ma' dejn ipotekarju jew self (differenti minn faċilità ta' overdraft).
(27) Deskritti fil-premessi 37 u 38 ta' din id-Deċiżjoni
(28) B'mod simili bħall-ħatriet regolatorji skont it-Taqsima 166 tal-Att dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji tal-2000.
(29) Kif deskritt fil-premessi 37 u 38.
(30) It-teknoloġija finanzjarja jew Fintech hija linja ta' negozju bbażata fuq l-użu ta' softwer għall-forniment ta' servizzi finanzjarji, bħas-servizzi bejn il-pari, dawk iffinanzjati minn sorsi varji (crowdsourcing), eċċ.
(31) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 23.
(32) Il-finanzjament totali għall-istabbiliment u l-operat tal-Korp se jammonta għal GBP 20 miljun.
(33) Servizz appoġġjat minn Bacs Payment Schemes Limited li jippermetti t-trasferiment awtomatiku tal-arranġamenti ta' pagamenti kollha lejn bank ġdid u l-għeluq ta' kont eżistenti. Ara: https://www.currentaccountswitch.co.uk
(34) It-termini “Rainbow” u “W&G” jirreferu għall-istess perimetru ta' negozju, kif deskritt fl-Iskeda 2 tad-dokument rivedut dwar il-kundizzjonijiet anness mad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(35) Klijent Eliġibbli jfisser klijent tad-diviżjoni tar-RBS magħrufa bħala W&G, li hija SME.
(36) […] Sigriet tan-negozju.
(37) L-awtoritajiet tar-Renju Unit stmaw spiża tal-implimentazzjoni ta' GBP 38 miljun għar-RBS u kost addizzjonali permanenti tal-profitt imnaqqas ta' madwar GBP […] fis-sena.
(38) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 11.
(39) Ġew irċevuti kummenti mingħand Santander UK plc, CYBG plc, Metro Bank PLC, Aldermore Bank plc, Masthaven Bank Ltd, Paragon Bank plc, Secure Trust Bank plc, Shawbrook Bank Ltd, Virgin Money plc, OakNorth Bank Ltd, Cumberland Building Society, Tide u RBS.
(40) Riċerka minn Charterhouse fornita lir-RBS li tkejjel is-sehem mis-suq tan-negozji b'fatturat li jaqbeż il-GBP 25M.
(41) Ir-rapport ewlieni tas-CMA dwar l-investigazzjoni tas-suq bankarju bl-imnut, appendiċi A8.1-16, figura 12.
(42) Ara wkoll il-Premessa 25 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.
Sors: Stħarriġ minn Charterhouse Research rigward is-servizzi bankarji lin-negozji fir-raba' (4) trimestru tal-2016 dwar l-SMEs b'fatturat li jaqbeż il-GBP 0-25 miljun. Data dejjem mill-aktar 12-il xahar reċenti. Data ponderata skont ir-reġjun u l-fatturat biex tkun rappreżentattiva tan-negozji fir-Renju Unit. Daqs totali stmat tas-suq ta' […].
(44) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 23.
(45) Rapport ta' investigazzjoni finali tas-CMA dwar is-servizzi bankarji bl-imnut (9 ta' Awwissu 2016): https://www.gov.uk/cma-cases/review-of-banking-for-small-and-medium-sized-businesses-smes-in-the-uk
(46) Ir-RBS ikkummissjona riċerka minn Charterhouse bi klijenti eliġibbli fil-perimetru W&G biex jiġu esplorati l-attitudnijiet tagħhom lejn il-qlib u l-impatt tal-inċentivi fuq il-probabbiltà li jagħmlu dan. Ir-riċerka ffukat fuq il-klijenti tas-servizzi bankarji lin-negozji, li jikkorrispondu għal […] tal-[…] klijenti fil-perimetru W&G. Ir-riċerka kienet kemm kwantitattiva (b'kampjun rappreżentattiv ta' […] klijenti intervistati) kif ukoll kwalitattiva ([…] intervisti fil-fond).
(47) Rispons tar-RBS għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 4.12.
(48) Rapport ta' investigazzjoni finali tas-CMA dwar is-servizzi bankarji, paragrafu 8.169.
(49) Rapport ta' investigazzjoni finali tas-CMA dwar is-servizzi bankarji, paragrafu 17.19.
(50) Rapport ta' investigazzjoni finali tas-CMA dwar is-servizzi bankarji, paragrafu 17.14.
(51) Dawn jinkludu l-kost kapitali bil-quddiem ta' GBP 425 miljun tal-Fond ta' Kapaċità u ta' Innovazzjoni (premessa 43), il-finanzjament għall-istabbiliment u l-operat tal-Korp ta' GBP 20 miljun (nota ta' qiegħ il-paġna 31), il-kost kapitali bil-quddiem tal-Iskema ta' Qlib Inċentivat ta' GBP 350 miljun (premessa 13) u l-ispejjeż tal-operat stmati għall-implimentazzjoni mir-RBS ta' GBP 38 miljun (nota f'qiegħ il-paġna 36).
(52) L-awtoritajiet tar-Renju Unit jistmaw kost addizzjonali permanenti kkawżat mill-profitt imnaqqas ta' madwar GBP […] fis-sena (nota ta' qiegħ il-paġna 36).
(53) Kif ġie analizzat fit-taqsima 5.2 tad-Deċiżjoni preżenti.
(54) Premessa 65 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(55) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(56) L-introjtu operatorju ta' W&G ammonta għal GBP 345M fl-2016, għal GBP 431M fl-2015, għal GBP 467M fl-2014 (sors: analiżi segmentali mir-rapporti annwali tar-RBS).
(57) Premessa 10 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(58) http://investors.rbs.com/~/media/Files/R/RBS-IR/results-center/rbs-group-announcement-04-08-2017.pdf
(59) Premessa 78 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(60) Premessa 82 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(61) Premessa 238 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar.
(62) Premessa 29 tad-Deċiżjoni ta' Ristrutturar Emendata.
(63) Kif deskritt fid-dettall fil-premessi 26 sa 43 ta' din id-Deċiżjoni.
(64) RBS, Lloyds Banking Group, HSBC u Barclays.
(65) L-Iskema ta' Qlib Inċentivat hija deskritta fid-dettall fil-premessi 44 sa 58 ta' din id-Deċiżjoni.
(66) Kif deskritt fil-premessa 82(a) u n-nota ta' qiegħ il-paġna 45.
(67) Kif deskritt fil-premessa 83(a).
(68) Kif deskritt fil-premessa 78.
(69) Kif deskritt fil-premessa 51.
(70) Kif deskritt fil-premessi 122 u 123 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(71) In-numri fil-parentesi jirreferu għaċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow u l-pakkett alternattiv aġġornat jinkludi t-telf ta' sehem mis-suq mir-raba' (4) trimestru tal-2011 'il quddiem.
(72) In-numri fil-parentesi jirreferu għaċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow u l-pakkett alternattiv aġġornat jinkludi GBP [1-3] biljun ta' spejjeż diġà mġarrba.
(73) Ara l-premessa 68.
(74) Abbażi ta' data minn Charterhouse Research ipprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 42).
(75) Il-Kummissjoni tinnota li mhi disponibbli l-ebda data separata għas-segment tal-korporazzjonijiet ta' daqs medju u għalhekk qed jintuża s-sehem mis-suq tal-klijenti li jaqbżu l-GBP 25 miljun bħala indikatur tas-sehem mis-suq.
(76) Abbażi ta' data minn Charterhouse Research ipprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit.
(77) Bħala parti mir-rispons irċevut wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(78) L-ammont ta' GBP [1-3] biljun ġie rrikonċiljat mal-ispejjeż attwali mniżżla taħt il-programm W&G minn konsulent estern.
(79) It-Tabella 3 tindika t-telf kapitali totali dirett tal-alternattivi differenti. It-telf kapitali totali meta wieħed iżid l-ispejjeż ta' GBP [1-3] biljun diġà mġarrba mir-RBS huwa indikat fil-parentesi.
(80) Id-Deċiżjoni ta' Ristrutturar ma kinitx tinkludi estimu tal-kost kapitali taċ-ċessjoni tan-negozju Rainbow. Madankollu, donnu raġjonevoli li wieħed juża l-estimu tal-kost kapitali ġġenerat mill-bejgħ tan-negozju Rainbow kieku jiġi segwit, element li ġie kkwantifikat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit. L-ispejjeż imġarrba mir-RBS mill-2009 'l quddiem biex jikkonforma mal-impenn ta' ċessjoni jammontaw għal GBP [1-3] biljun. Bl-ispejjeż totali ta' GBP [1-3] biljun inklużi, it-telf kapitali totali ta' GBP […]sa GBP […] jaqbeż b'mod sinifikanti l-GBP […] ta' kost kapitali li kien se jiġġenera t-telf tan-negozju Rainbow.